Response (BORG, JOE)
Hawn 16 l-ambaxxatur residenti f'Malta li jirrappreżentaw lill-Awstralja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, il-Federazzjoni Russa, Franza, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Indja, l-Italja, il-Ġemaħarija tal-Libja, l-Ordni Ospitallier Militari Sovran ta' San Ġwann ta' Ġerusalem, ta' Rodi u ta' Malta, il-Palestina, ir-Renju Unit, is-Santa Sede, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropeja.
Minbarra dawn hemm 76 li huma akkreditati għal Malta b'residenza f'pajjiżi oħra. Dawn jirrappreżentaw lill-Afrika ta' Isfel, l-Albanija, l-Alġerija, l-Angola, l-Arabja Sawdija, l-Arġentina, L-Awstrija, il-Bangladesh, il-Belarus, il-Belġju, il-Brażil, il-Bulgarija, iċ-Ċili, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Ekwador, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Estonja, il-Filippini, il-Finlandja, il-Ghana, il-Ġappun, il-Ġordan, il-Greċja, il-Guinea, l-Indonesia, l-Iran, l-Iraq, l-Irlanda, l-Iżrael, ir-Repubblika tal-Jemen, il-Jugoslavja, il-Kanada, il-Każakstan, il-Kolombja, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, ir-Repubblika tal-Korea, Kroazja, Kuba, il-Kuwajt, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Malasja, il-Mali, il-Marokk, il-Messiku, in-Nepal, New Zealand, in-Niġerja, in-Norveġja, l-Olanda, l-Oman, il-Pakistan, il-Panama, il-Peru, il-Polonja, il-Portugal, il-Qatar, ir-Rumanija, is-Senegal, is-Slovakkja, Spanja, is-Sudan, is-Sważiland, l-Isvezja, l-Isvizzera, is-Sirja, it-Tajlandja, it-Turkija, l-Ukraina, l-Ungerija, l-Urugwaj, il-Veneżwela, il-Vjetnam u ż-Żambia.