Ministeru għad-Djalogu Soċjali, affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — fuel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant
Fondi tal-Unjoni Ewropea – Għjnuna lill-Kunsilli Lokali u NGOs mill-MEUSAC
Question
Tista' l-Ministru tagħti elenku sena b'sena għal dawn l-aħħar erba' snin tal-kunsill lokali u għaqdiet non governattivi (NGOs) li ġew megħjuna mill-MEUSAC biex jakkwistaw fondi tal-Unjoni Ewropea għal proġetti u inizjattivi? Kemm kienu l-ammonti li ngħataw f'kull każ?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b’direct order jew le?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant
Għaqdiet mhux governattivi — eżenzjonijiet ministerjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru eżenzjonijiet ministerjali, sena b'sena lil għaqdiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet volontarji li mhumiex reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-organizzazzjonijiet volontarji minn kemm ilu mwaqqaf dan l-uffiċċju?
Response (DALLI, HELENA)
In-Numru ta' eżenzjonijiet ministerjali, sena b'sena lil għaqdiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet volontarji li mhumiex reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-organizzazzjonijiet volontarji minn kemm ilu mwaqqaf dan l-uffiċċju kienu hekk:
Sena 2009 = 1
Sena 2010 = 10
Sena 2011 = 16
Sena 2012 = 46
Sena 2013 = 9
Kunsill Konsultattiv dwar id-Drittijiet Ċivili ta' Persuni (LGBT) — terms of reference
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference tal-Kunsill Konsultattiv dwar id-Drittijiet Ċivili ta' Persuni li huma LGBT li twaqqaf dan l-aħħar? Tista' tgħid kemm se jitħallsu ċ-chairperson u l-membri ta' dan il-kunsill? Tista' tgħid jekk qabel inħatar dan il-kunsill intbagħtitx xi stedina lill-għaqdiet li saret referenza għalihom waqt it-tnedija tiegħu u oħrajn li ma ssemmewx biex dawn iressqu ismijiet għal fuq dan il-kunsill?
Response (DALLI, HELENA)
i. Qieghda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference hekk kif maqbula mal-Membri tal-Kunsill Konsultattiv.
ii. Xejn
iii. Kif stipulat fil-programm elettorali tal-Gvern, jien stedint lill-għaqdiet kollha li huma attivi b'mod dirett dwar temi li jikkonċernaw id-drittijiet ta' persuni LGBT.
Tista' l-Ministru tgħid jekk talbitx ir-riżenja taċ-chairpersons tat-Tribunal Industrijali? Jekk iva, ma taħsibx li dan imur kontra l-liġi peress li l-ħatra ta' dawn il-persuni li jaġixxu ta' ġudikanti fi kwestjonijiet industrijali hija proprju mħarsa sabiex tassigura li dawn ma jkollhom l-ebda pressjoni, jaġixxu b'mod indipendenti u ma jkun bl-ebda mod soġġetti għall-Gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Miinistru ma talbet l-ebda riżenja taċ-chairpersons tat-Tribunal Industrijali.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — vakanzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtha bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u tagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-informazzjoni mitluba mill-Onor Interperllant.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Tista' l-Ministru tgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tagħha ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Numru 559
(Ara dokument nru. pl 256 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 17 tat-Tnejn 13 ta' Mejju 2013)
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'l quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tagħha? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Kiri ta' vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk, u kemm-il vettura, ġiet mikrija mill-Ministeru tagħha mill-11 ta' Marzu 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor Interpellant li l-Ministeru kera karozza għall-użu uffiċċjali tal-Ministru għal sitt ijiem biss sakemm instab li l-Ministeru kien marbut b'kuntratt sal-2014 għall-kirja ta' karozza għall-ex-chairperson tal-MCESD. Din il-karozza kienet ġiet irritornata lill-kuntrattur filwaqt li l-ħlas kien għadu għaddej kif stipulat fil-kuntratt mingħajr ma kienet qed tintuża u għaldaqstant se tibda tintuża mill-Ministru. Ġiet mikrija karozza waħda għall-użu ġenerali fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Transfers
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Tista' tgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat mill-Onor Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari nru: 214.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — membri tas-segretarjat
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tagħha, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabbilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-twegiba li se tingħata mill-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari Nru 324