Tenders għal sinjali tat-traffiku – Kumpaniji/koperattivi – Ksur tal-kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar ħames snin qatt itteħdux passi kontra l-kumpaniji/koperattivi li ngħataw tenders biex jipprovdu sinjali tat-traffiku għal xi ksur tal-kuntratti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Infrastructure Malta – Sinjali tat-traffiku – Spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar ħames snin sarux spezzjonijiet biex ikun żgurat li s-sinjali tat-traffiku li tqiegħdu huma konformi mal-istandards mitluba minn Infrastructure Malta? Jekk iva, jista’ jgħid x’irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Infrastructure Malta twettaq spezzjonijiet regolari sabiex tivverifika l-kundizzjoni u l-konformità tas-sinjali tat-traffiku mal-istandards u r-rekwiżiti applikabbli. B’riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, inħarġu diversi ordnijiet ta’ xogħol sabiex isiru l-interventi meħtieġa fejn ġie identifikat li kien hemm bżonn ta’ azzjoni korrettiva.
Tenders għal sinjali tat-traffiku – Kumpaniji/koperattivi – Ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset kull waħda mill-kumpaniji/koperattivi li ngħataw tenders biex jipprovdu sinjali tat-traffiku matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2973, 3307 u 3501 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqghet ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2972, 3306 u 3500 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqqgħet ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2971, 3305 u 3499 u jgħid kemm kien jikkonsisti f’persuni l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Ministeru tiegħu għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqqgħet ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kontinġent għall-laqgħat f’New York
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2970, 3304 u 3498 u jgħid f’kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent li akkumpanjah jew li ntbagħat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga u r-rwol ta’ kull persuna? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali relatata ma’ dan il-kontinġent, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqqghet ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2969, 3303 u 3497 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqqgħet ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2968, 3302 u 3496 u jgħid f'kemm persuni kien jikkonsisti l-kontinġent Malti li attenda għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u/jew laqgħat oħra fi New York f’Settembru 2026? Jista’ jipprovdi lista tal-persuni kollha li ffurmaw parti minn dan il-kontinġent, filwaqt li jindika l-kariga, ir-rwol u l-ministeru jew l-entità li kull persuna kienet qed tirrappreżenta jew li ġew ingaġġati minnha? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali ta’ din iż-żjara, kemm dik imħallsa kif ukoll dik li għadha dovuta, b’rendikont separat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, it-trasport u spejjeż oħra?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tlaqqghet ix-xahar li għadda u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Is-Swieqi, Pembroke, San Ġiljan u l-akkwati – Ilmenti dwar irwejjaħ u emissjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1957, tista’ l-Ministru tgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fir-rigward tat-18-il ilment li rċeviet bejn l-1 ta’ Jannar 2026 u l-31 ta’ Awwissu 2026 dwar l-impjant inkwistjoni, inkluż kemm saru spezzjonijiet, jekk sarx monitoraġġ tal-kwalità tal-arja u tal-emissjonijiet, partikolarment matul il-ħinijiet ta’ filgħaxija u billejl, u jekk instabx ksur ta’ xi kundizzjoni tal-permess jew regolament ambjentali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet li tajtha għall-mistoqsijiet parlamentari 1959 u 1961.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dati ta’ meta saru sessjonijiet ta’ konsultazzjoni u ma’ min saru s-sessjonijiet qabel ma ħarġet is-sejħa għall-offerti b’referenza MIEA/02/2026 mill-Malta Investments & Economic Advisory?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Rapporti u dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3207 u 3626 u jgħid f’liema rapporti jew dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Gvern jiġu rreġistrati l-istimi tal-obbligazzjonijiet relatati ma’ kumpens li għadu ma tħallasx għal artijiet u proprjetajiet meħuda għal skopijiet pubbliċi jew soċjali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rendikont disponibbli, bid-data ta’ referenza tiegħu, li juri separatament il-kumpens totali determinat u/jew maqbul iżda mhux imħallas, l-istima totali min-naħa tal-Gvern tal-kumpens li għadu jrid jiġi determinat, u l-imgħax totali dovut?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dettalji ta dan it-tip ma tistax tingħata. Minbarra hekk, fil-maġġoranza tal-każi, il-valur ta tali kumpens jiġi stabbilit fiż-żmien li jkun ser isir il-ħlas, għax ikun skont deċiżjoni tal-qorti jew għax ikun marbut ma akkwisti li jkunu neċessarja li jingħalqu bil-ħlas u b’kuntratti ta xiri.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3208 u 3625 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar statistiċi mill-Awtorità tad-Djar u/jew minn entità oħra għas-snin 2023, 2024, 2025 u 2026 (sal-aħħar ta’ Settembru) dwar l-applikanti u l-benefiċjarji tal-iskema tal-10% Depożitu, l-Iskema ta’ Qsim ta’ Ekwità, l-Iskema tas-Self Soċjali u l-Għotja għax-Xiri ta’ Residenza rigward l-età, il-kompożizzjoni tal-familja, id-dħul, l-assi, il-prezz u l-karatteristiċi tal-proprjetà, id-depożitu, l-ammont u t-terminu tas-self, il-pagament ta’ kull xahar, u għajnuniet oħra riċevuti? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm benefiċjarji ta’ aktar minn skema waħda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar statistiċi mill-Awtorità tad-Djar għas-snin 2023, 2024, 2025 u 2026 dwar l-applikanti u l-benefiċjarji tal-iskema tal-10% Depożitu, l-Iskema ta’ Qsim ta’ Ekwità, l-Iskema tas-Self Soċjali u l-Għotja għax-Xiri ta’ Residenza rigward l-età, il-kompożizzjoni tal-familja, id-dħul, l-assi, il-prezz, il-karatteristiċi tal-proprjetà u n-numru ta’ benefiċjarji li bbenefikaw minn aktar minn skema waħda qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Awtorità tad-Djar m’għanda l-ebda informazzjoni rigward id-depożitu, l-ammont u t-terminu tas-self, il-pagament ta’ kull xahar peress li din l-informazzjoni ma tingħatax lill-Awtorità tad-Djar mill-banek. Però ta min jgħid li d-depożitu jkun dejjem 10% tal-prezz tal-proprjetà.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3211 u 3624 u jgħid kemm kienet il-medja taż-żmien bejn applikazzjoni kompluta u d-deċiżjoni tal-Awtorità tad-Djar, u bejn dik id-deċiżjoni u l-kuntratt finali għall-iskema tal-10% Depożitu għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli? Jekk xi informazzjoni ma tinżammx mill-Awtorità, jista’ jgħid jekk tinżammx mill-banek parteċipanti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3213 u 3623 u jipprovdi, f’tabella separata għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli, għall-każijiet konklużi taħt l-Iskema ta’ Qsim ta’ Ekwità, il-medja u l-medjan tal-prezz tal-proprjetà, tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Awtorità u tal-perċentwal tas-sehem tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
KM Malta Airlines – Servizzi ta’ konsulenza professjonali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3490 u jgħid kemm nefqet KM Malta Airlines fuq servizzi ta’ konsulenza professjonali mill-bidu tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll:
i. jipprovdi l-isem tal-konsulenti jew tad-ditti li ngħataw dawn il-kuntratti;
ii. jipprovdi l-ammont imħallas lil kull wieħed minnhom;
iii. jgħid is-servizzi li għalihom ġew ingaġġati; u
iv. jgħid jekk dawn is-servizzi ngħatawx permezz ta’ sejħa għall-offerti, proċess kompetittiv jew b’għotja diretta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
KM Malta Airlines – Kontijiet finanzjarji awditjati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3489 u jgħid jekk il-kontijiet finanzjarji awditjati ta’ KM Malta Airlines, li twaqqfet fl-2023, ġewx approvati mill-Bord tad-Diretturi u ppreżentati lill-Malta Business Registry, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk le, jista’ jispjega r-raġunijiet għal dan id-dewmien, jindika jekk ingħatawx estensjonijiet addizzjonali u jagħti data sa meta dawn il-kontijiet huma mistennija li jiġu ppreżentati u ppubblikati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif għidt fid-diskors tal-Budget, għaddejjin b’taħditiet ma’ numru ta’ kumpaniji tal-avjazzjoni bil-għan li jinstab sieħeb strateġiku għal-linja tal-ajru tagħna.
Għaldaqstant minħabba s-sensittività tat-tali proċess, kwalunkwe pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ser issir wara l-għeluq ta’ dawn id-diskussjonijiet.