DIER - TCNs li rrikorrew għall-għajnuna matul l-2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) rrikorrew għall-għajnuna tad-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) matul l-2025, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa ilmenti quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) matul l-2025 u li ġew riżolti mingħajr il-ħtieġa tat-tribunal?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid dwar xiex kienu l-ilmenti mressqa quddiem id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) matul l-2025, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u persentaġġi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Iskema għax-Xogħol fil-Komunità għadhiex fis-seħħ u, jekk iva, kif qed titħaddem u kif tista’ tiġi aċċessata? Jekk le, hemm il-ħsieb li jkun hemm skema ekwivalenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat illi I-implimentazzjoni tal-Community Work Scheme għadha għaddejja. Klijenti jiġu rreferuti minn Jobsplus skont il-kriterji stabbiliti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li daħlu l-isptar, u kemm minnhom tilfu ħajjithom fl-isptar u barra, minħabba sħana (hyperthermia) fil-heatwave ta' Lulju 2026 u jaqsam din l-informazzjoni ġurnata b'ġurnata?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mis-sistema administrattiva tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ attendenzi ġewwa l-emerġenza kien jammonta għal 179, li minnhom 89 ġew ammessi fi swali.
Skond ir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet, in-numru ta’ persuni li mietu b’konsegwenza diretta tal-effett tas-sħana f’Malta u Għawdex matul ix-xahar ta’ Lulju 2026 kien ta’ għoxrin, bi tlieta minnhom imutu fl-isptar. Fil-każijiet kollha, il-pazjenti kellhom kundizzjonijiet mediċi oħra li setgħu ikkontribwew għall-mewt tagħhom.
Qorti tal-Familja - Żmien medju biex tinqata’ kawża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu ż-żmien medju biex tinqata’ kawża fil-Qorti tal-Familja u jagħti din l-informazzjoni mill-2015 sal-aktar data riċenti, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Waqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żmien medju biex kawża tiġi deċiża fil-perjodu msemmi minnha kien ta’ bejn madwar sentejn, ta’ min jinnota li mill-1 t’Otturbu 2026, daħlet fis-seħħ ir-Riforma tal-Qorti tal-Familja li permezz tagħha ġew stabbiliti limiti u żminijiet ċari li għandhom jigħnu biex jitħaffu il-proċeduri fil-Qorti tal-Familja. Wieħed għandu jagħti perjodu ta’ żmien sakemm tkun tista ssir evalwazzjoni oħra tal-iżviluppi li jkunu saru bis-saħħa ta’ din ir-riforma.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 703 u tgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Tista’ tgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 702 u jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim, memorandum jew komunikazzjoni bejn il-Gvern u għaqdiet tal-kaċċaturi relatati ma’ policies jew permits tal-kaċċa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex filwaqt li jispeċifika l-mistoqsija tiegħu, żgur li dan il-Gvern ma bagħat l-ebda komunikazzjoni bil-miktub u iffirmata minn Prim Ministru fejn il-kaċċaturi kienu ġew imwegħdin li l-kacca u l-insib se jigu ssalvagwardjati, biex mbagħad ftit wara ġara kollox bl-oppost. Il-politika ta’ dan il-Gvern favur id-delizzji u tradizzjonijiet lokali hija ċarissima. Dan għal kuntrarju tal-partit fl-oppozizzjoni.
Elezzjoni Ġenerali 2026 – Liċenzji tal-kaċċa maħruġa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja tal-kaċċa nħarġet wara l-Elezzjoni Ġenerali 2026 u jekk kienx hemm żieda fl-applikazzjonijiet matul dan il-perjodu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar eżamijiet tal-liċenzja tal-kaċċa saru f’Ġunju li għadda. Il-proċess biex jinħarġu l-liċenzji tal-kaċċa għadu ma bediex peress li r-riżultati tal-eżamijiet għadhom qegħdin jiġu pproċessati. In-numru ta’ applikanti li poġġew għal dawn l-eżamijiet huwa fl-istess livell ta’ sessjonijiet preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux intenzjoni jirrevedi s-sistema tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-kaċċa sabiex ikun hemm aktar trasparenza u infurzar effettiv?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura tal-eżamijiet biex wieħed tinħariġlu liċenzja ġdida hija diġà waħda trasparenti. Qabel l-eżami, l-applikanti jiġu mistiedna jattendu kors ta’ informazzjoni li matulu jingħataw tagħrif u spjegazzjonijiet dwar ir-regolamenti applikabbli, inkluż l-identifikazzjoni ta’ għasafar kaċċabbli. Wara dan il-kors, l-applikanti jiġu msejħa biex ipoġġu għall-eżami bil-għan li jiġu evalwati fuq l-għarfien tagħhom tar-regolamenti u l-identifilazzkoni tal-għasafar kaċċabbli.
L-applikanti jiġu infurmati bil-miktub bir-riżultat tal-eżami tagħhom. Dawk li ma jgħaddux mill-eżami jingħataw l-opportunità li jerġgħu jpoġġu għall-eżami f’sessjoni sussegwenti.
B’differenza mill-proċedura ta’
interview
li kienet tintuża qabel it-twaqqif tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU), l-eżami bil-miktub jipprovdi metodu ta’ evalwazzjoni oġġettiv u uniformi li ma jħallix lok għal preġudizzju jew għal interpretazzjonijiet differenti.
Speċi protetti/migratorji – Effett tal-kaċċa – Impact assessment ambjentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx impact assessment ambjentali dwar l-effett tal-kaċċa fuq ċerti speċi protetti jew migratorji?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat Ornis huwa inkarigat li jevalwa dawn il-kwistjonijiet skont ir-regolament 10 tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (L.S.549.42).