Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi verifikat lill-armla, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed tirċievi l-pensjoni tar-romol skond il-bolol li r-raġel tagħha kien ħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament għaliex tnaqqsulha Lm28.90 fix-xahar ta' April 2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Jista' l-Ministru jara li anzjana li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament tibda tieħu s-sussidju fuq it-telecare peress li issa ilha xhur li applikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f'Mejju li għadda l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet notifikata li ser tibda tgawdi mis-sussidju fuq it-Telecare b'seħħ minn Jannar 2002.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod il-kummissjoni għall-avvanz tal-mara u d-dipartiment tan-nisa fis-soċjeta' ġew ikkunsultati fit-tħejjija tar-rapport sexual harassment at the work place in Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-rapport li qed tirreferi għalih l-Onor. Membru huwa rapport ta' riċerka dwar il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol li sar mill-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien ma' l-Aġenzija Appoġġ. Dan ir-rapport jiġbor fih ir-riżultati ta' l-istudju msemmi u ma kien qatt intenzjonat bħala rapport ta' konsultazzjoni. Jirriżulta wkoll li l-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara, li fiha hemm ukoll rappreżentanza tad-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta', kienet informata b'mod dettaljat bil-proposta ta' dan l-istudju u li tat is-sapport tagħha għal dan l-istudju.
B'referenza għat-talba pendenti tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex tidħol f'Mtarfa home, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkunsidra l-urġenza tal-każ kawża taċ-ċirkustanzi familjari?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-każ li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi trattat bħala wieħed urġenti tant li għalkemm l-applikazzjoni saret fl-20 ta' Marzu 2002, diġa' sar ir-rapport soċjali u r-rapport mediku mistenni jsir fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jara li jingħalqu bil-ġebel il-bibien tal-postijiet li ġew żvojtjati fl-area ta' St. John Street Bormla, quddiem il-club ta' Cospicua Rangers peress li fihom qed ikun hemm l-abbużi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 34206 f'Seduta Numru 760.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li ssir xi dar residenzjali fil-Gżira jew fil-qrib ta' dan il-lokal fejn ikunu jistgħu jinżammu nies bid-down' syndrome l-aktar dawk li jispiċċaw jitilfu l-ġenituri tagħhom? Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-aktar kumitat volontarju dwar din il-problema ħalli forsi tkun tista' tinsab soluzzjoni dejjiema għaliha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan il-Gvern ilu li ħa inizjattiva biex tkun indirizzata problema li rrefera għaliha l-Onor Interpellant.
Tard is-sena l-oħra twaqqfet Diviżjoni ġdida għall-Għixien Issapportjat fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi dwar Ħarsien Soċjali, li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għall-Politika' Soċjali.
L-iskop ta' din id-Diviżjoni hu li tissapportja persuni b'kull tip ta' diżabilita' fid-dar fejn jgħixu biex ittejjeb il-kwalita' tal-ħajja tagħhom u tnaqqas il-ħtieġa li jiġu mdaħħla f'istituzzjoni u, meta dan ma jkunx aktar possibbli, tgħin biex dawn il-persuni xorta jibqgħu jgħixu fil-komunita'. Għal dan l-iskop id-Diviżjoni qiegħda qiegħda fil-fażi finali biex takkwista żewġ appartamenti, wieħed fil-Fgura u l-ieħor f'Ħal-Kirkop, kif ukoll qed tlesti bini ieħor fl-Imtarfa. Barra minn hekk ser jibda wkoll ix-xogħol meħtieġ biex jinfetħu sitt units fil-kumpless Ta' Vajrita, f'Marsaskala, liema xogħol mistenni jkun lest kmieni s-sena d-dieħla.
Barra minn dan, il-Ministeru jgħin finanzjarjament lid-djar li diġa twaqqfu fil-Komunita' u li huma mmexxija minn NGOs.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi pprovdut wheelchair għar-residenta li toqgħod fl-indirizz indikat separatament li tilfet is-saħħa tal-mixi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li fl-indirizz ndikat mill-Onor Interpellant jidher li hemm diversi residenti, nitolbu jgħaddili, anke b'mod kunfidenzjali, dettalji dwar il-persuna li qed jirreferi għaliha biex il-każ ikun jista' jiġi nvestigat.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jintbagħat carer biex taħsel il-premises tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li hija armla anzjana wisq tlaħħaq mal-faċendi fid-dar tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata qatt ma għamlet applikazzjoni għas-servizz li rrefera għalih l-Onor Interpellant.
Id-Dipartiment konċernat bagħtilha l-applikazzjoni meħtieġa biex timliha u tirritornaha lid-Dipartiment biex ikun jista' jikkunsidra t-talba.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol taħt part 1 u part 2 minn Jannar sal-lum? Jista' jaqsamhom f'age groups u skond is-sess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern sabiex jiġu stallati lifts fil-qasam tad-djar ta' Għeriexem u ta' Għajn Qajjed r-Rabat?
Meta se jibdew ix-xogħlijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet applikazzjoni waħda għall-installar ta' lift mill-postijiet indikati mill-Onor. Interpellant, u din kienet dwar blokk f'Għajn Qajjed.
Infurmat ukoll li f'qasir żmien mistennija jsiru spezzjonijiet sabiex jiġi determinat hux possibbli l-installar ta' dan il-lift.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala disabled li qed jirreġistraw għax-xogħol? Jista' jaqsamhom skond il-lokalita` u l-eta`? Jista' jgħid kemm minnhom ġew offruti xi mpjieg mill-ETC f'din l-aħħar sena? Kemm minnhom fil-fatt sabu mpjieg bl-intervent ta' l-ETC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjni dwar in-numru ta' persuni f'Malta u Għawdex reġistrati bħala disabled mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li f'April 2002 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol taħt l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru.
Ninsab infurmat li bejn April 2001 u April 2002 il-Korporazzjoni offriet 1,080 impjieg lill-persuni reġistrati bħala disabled. Ta min jgħid li persuna tista' tiġi offruta iżjed minn impjieg wieħed. Matul l-istess perijodu 52 persuna reġistrata bħala disabled sabu mpjieg bl-intervent tal-Korporazzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33794 fejn il-Viċi Prim Ministru qal li għad fadal sitt nursing aides li qed jitħallsu skala 14 u li jista' jkun li huma intitolati għal skala 13, jista' jara jekk hux minnha l-informazzjoni li għaddiet lili li hemm 13 li qed isofru din id-differenza? Jista' jgħid jekk hux minnu li l-maġġoranza tagħhom ġew approvati mid-direttur ta' l-istess dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-appell ta' persuna separata b'tifel li ma għandha l-ebda dħul finanzjarju li qiegħda tistenna li tibda tirċievi xi benefiċċji soċjali biex tkun tista' tgħix hi u t-tifel tagħha? Il-partikolaritajiet ta' din il-persuna qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Tribunal Industrijali — Każ bejn il-UĦM u Sant'Iermu Shipping Co.Ltd.
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformana dwar deċiżjoni nru. 1135 tat-tribunal industrijali li jirrigwarda każ nru. 1376 bejn il-UĦM u Sant'Iermu Shipping Co. Ltd. fejn wara li kien hemm deċiżjoni favur il-ħaddiema sentejn ilu mhux kulħadd ġie mogħti lilu l-ammont ta' flus kif awarded mill-istess tribunal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara d-deċiżjoni 1135 mgħotija fil-31 ta' Lulju 2000 ma saru l-ebda proċeduri legali ulterjuri sabiex it-Tribunal jieħu xi provvedimenti in segwitu għad-deċiżjoni msemmija.
Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati l-bibien tal-flats u garaxxijiet tad-djar ġodda, li jinsabu f'St. John Str, Bormla, peress li qed jidħlu persuni, u qed isiru ħafna abbużi fihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun tiġi mkabbra? Jekk iva, min ser jagħmel dan ix-xogħol u x'arranġamenti saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li d-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun tiġi mkabbra iżda s'issa ma saru l-ebda arranġamenti fuq dan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru tal-postijiet riżervati għal meta jinqala' xi inċident u l-familji jispiċċaw bla dar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qatt ma żamm postijiet riżervati speċifikament għall-iskop indikat mill-Onor. Interpellanti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-pittura li hemm fil-kamra tal-konferenza fid-dipartiment (ex-training centre)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-pittura li ġiet ikkommissjonata lill-pittur Anton Kalleja, ninsab infurmat li din ġiet tiswa Lm600. Dan il-prezz jinkludi l-abbozzi li ġew użati f'żewġ White Papers ippubblikati mill-Ministeru għal Politika Soċjali