Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu allowances din is-sena lill-personnel ta' l-Armata u kemm għadhom pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li mill-1 ta’ Jannar sad-9 ta’ Settembru ta’ din is-sena (ċioe’ l-aħħar pagament tal-paga) tħallset is-somma ta’ Lm 922,594.59 f’allowances lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. M’hemmx pagamenti ta’ allowance li għadhom pendenti
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19812, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-kummissarju tal-pulizija rrikmanda li uffiċjal/i tal-pulizija jitneħħew mill-korp tal-pulizija u l-PSC ordnat mod ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm akkużi quddiem il-PSC mill-1987 'il hawn, sena b'sena? X'kienet l-akkuża u x'kien l-eżitu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn l-1987 u Frar tas-sena 2000, il-każijiet tad-dixxiplina ta’ l-uffiċjali pubbliċi kienu jkunu ipproċessati skond ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1977 u kien hemm tlett tipi ta’ każijiet li kienu jiġu riferuti lill-Kummissjoni dwar s-Servizz Pubbliku.
Dawn kienu (i) każijiet ta’ dixxiplina ta’ natura serja; (ii) każijiet kriminali; (iii) każijiet ta’ tkeċċija minħabba assenza mingħajr permess.
Wara Frar tas-sena 2000, daħlu fis-seħħ regolamenti ġodda tad-dixxiplina li huma magħrufa bħala r-Regolamenti ta’ l-1999 dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta’ Dixxiplina), li permezz tagħhom il-każijiet tad-dixxiplina ta’ l-uffiċjali pubbliċi kienu delegate lill-Kapijiet tad-Dipartimenti. Skond dawn ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1999, il-każijet tad-dixxiplina ma baqghux iżjed ikunu referuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għajr każijiet kriminali, każijiet ta’ dixxiplina li jkunu jwasslu għal tkeċċija u appelli.
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar il-każijiet tad-dixxiplina li ġew referuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku bejn 1987 u llum maqsuma kif spjegat hawn fuq jinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali din is-sena, xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li din is-sena daħlu Malta 1501 immigranti rregolari, mqassma kif ġej:
Jannar 0 Mejju 120
Frar 185 Ġunju 642
Marzu 0 Lulju 393
April 20 Awwissu 141
Fl-istess perijodu, ġew deportati 676 immigranti, li minnhom 405 kienu ġew Malta permezz ta’ dgħajjes.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20173 u jaġġornana dwar il-passi li ttieħdu a bażi tad-dikjarazzjoni ġuramentata tas-sajjied li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jien stess għaddejt lill-uffiċjali tal-Prim Ministru permezz ta' interpellanza parlamentari xi ġimgħat ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat f’mistoqsija parlamentari Nru 20428.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19975 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lill-Prim Ministru, jista' il-Prim Ministru jgħid meta sar l-aħħar studju dwar l-illitteriżmu f'pajjiżna? Kemm hu stmat li hawn nies illitterati? Kemm minnhom huma ta' l-eta' ta' l-iskola? Jista' jgħid ukoll x'inhi t-tifsira uffiċjali ta' persuna illitterata f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-aħħar studju li sar dwar l-illitteriżmu kien iċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2005, fejn Jum iċ-Ċensiment kien 27 ta’ Novembru 2005. Ir-riżultati preliminarji kienu ġew ippublikati aktar kmieni matul din is-sena u bħalissa l-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika qed jaħdem fuq ir-rapporti finali. Dawn mistennija jkunu ppublikati bejn Novembru 2006 u April 2007.
Hu stmat li f’Novembru 2005 kien hawn madwar 26,000 persuna illitterata, jew madwar 7.0 fil-mija tal-popolazzjoni li għandha minn 10 snin ‘l fuq. Minn dawn, madwar 600 persuna kellhom bejn 10 u 15-il sena, jew madwar 2.0 fil-mija tal-popolazzjoni f’din l-eta’.
Għall-fini taċ-ċensiment, persuna illitterata hi waħda li ma tafx tikteb u taqra sentenza sempliċi fuq tagħha ta’ kuljum, hi b’liema lingwa hi.
Billi l-logħob tan-nar huwa meqjus bħala parti mill-kultura Maltija u jservi ta' attrazzjoni għat-turisti, jista' il-gvern jikkonsidra li jeżenta lil dawk il-kmamar li jaħdmu n-nar milli jkomplu jħallsu l-VAT fuq ix-xogħol tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-attivitajiet tal-kmamar tan-nar ma jikkwalifikawx għall-eżenzjoni mill-VAT billi bl-Artiklu 5 tal-Liġi ta’ l-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud huma meqjusa bħala persuni li jwettqu ‘attivita’ ekonomika ikun x’ikun ir-riżultat jew l-għan ta’ dik l-attivita’. Dan huwa wkoll konformi mas-Sitt Direttiva tal-VAT ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn suldati li għandhom degree jew diploma universitarja? X'inhi, u x'rank għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi fil-preżent, fil-Forzi Armati ta’ Malta, hemm 27 membru li għandhom degree jew diploma universitarja. Id-dettalji tar-rank u diploma jew degree, qegħdin fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra
Jista' il-Prim Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li għal aktar minn darba kien hemm rebbieħa tal-lotteriji fiskali tal-VAT li kellhom l-istess isem u ID number u dan f'xhur differenti wkoll? X'passi jittieħdu biex kollox isir above board f'dawn il-lotteriji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur ta’ April u Ġunju 2006 kien hemm żewġ rebbieħa bl-istess isem u ID number.
Il-Lotterija Fiskali hija issorveljata minn Board magħmul minn:
a) Rappreżentant għad-Direttur tal-Lotteriji
b) Rappreżentant għan-Nutar tal-Gvern
c) Żewġ Rappreżentanti għad-Dipartiment tal VAT
d) Rappreżentant ta’
l-Awditur Ġenerali u
e) Rappreżentatnt tal-Pubbliku (Għaqda tal-Konsumatur).
Kull minn jixħet l-irċevuti fiskali għal-Lotterija għandu dritt li jitfa irċevuti kemm irid biex jieħu sehem. Għaldaqstant kull persuna tista’ tirbaħ aktar minn darba fl-istess xahar. Kull irċevuta imtella, la darba tissodisfa il-kriterji tal-Board, tiġi meqjusa rebbieħa allavolja jinzerta jkun hemm rebħ ieħor bl-istess isem u
ID number.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il quality service charter ġew imnedija s'issa? Meta ġew imnedija? Minn liema ente ġew imnedija? Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk isirx monitoraġġ ta' l-obbligazzjonijiet li dawn l-enti ikunu daħlu għalihom? X'passi jittieħdu f'każ ta' ksur taċ-charter? Hemm xi talbiet pendenti għal quality service charters oħra? Minn min saru u meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s’issa ġew imnedija uffiċjalment sittin-il (60) Quality Service Charter. Il-lista, inkluż meta u mill-liema ente ġew imnedija qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Il-monitoraġġ fuq
Quality Service Charters
isir minn naħa taċ-
Charter Support Unit
bil-kollaborazzjoni tad-Direttorati tal-Programme Implementation f’kull Ministeru. Dan il-monitoraġġ jieħu diversi forom. Għal dawk id-dipartimenti jew sezzjonijiet li għandhom
Quality Service Charter,
isir
audit
li r-rapport tiegħu jiġi diskuss mal-
management
tad-dipartiment jew sezzjoni konċernata.
Iċ-
Charter Support Unit
jagħmek ukoll monitoraġġ fuq kull talba għal servizz; ilment jew suġġeriment li jintbagħat mis-sistema tal-
Customer Care
(
www.servizz.gov.mt
) lid-dipartimenti jew sezzjonijiet li għandhom
Quality Service Charter.
Minn barra dan, din is-sena iċ-
Charter Support Unit
introduċa wkoll ħames kategoriji ta’
Service Standards
li japplikaw għal kull dipartiment jew sezzjoni fis-Servizz Pubbliku. Wara li organizza
road show
f’kull Ministeru sabiex jispjega aħjar l-implementazzjoni u il-monitoraġġ ta’ dawn is-
Service Standards,
bħalissa iċ-
Charter Support Unit
qiegħed jagħmel eżerċizz
ju ta’
self assessment
ma’ kull Direttorati tal-
Programme Implementation
f’kull Ministeru. Dan l-eżerċizzju qiegħed isir b’kollaborazzjoni mad-Direttorati tal-
Programme Implementation
minħabba li r-responsabbilta’ ta’ l-iżvilupp u mantenzjoni kemm ta’ dawn is-
Service Standards
kif ukoll tal-
Quality Service Charters
taqa’ taħthom ukoll.
F’każ fejn dipartimenti jew sezzjonijiet ma jonorawx l-obbligi inklużi fil-
Quality Service Charter
tagħhom, iċ-
Charter Support Unit
jissuġġerixi x’azzjonijiet għandhom jittieħdu u tagħmel
follow-up audit.
F’każi estremi, il-
Quality Service Charter
partikolari jiġi irtirat.
Dawn id-dipartimenti jew sezzjonijiet għamlu talba sabiex jiżviluppaw
Quality Service Charter.
2001
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’
Trade Services Directorate
Small Business Unit
Industrial Property Section
Department of Customs
Building Construction Industry Department, MRI
2002 Search Unit, Land Registry
Court Service Gozo
2003 Finance and Administration Department, MRI
2004 Manufacturing and Services Department, Marsa, MRI Building Construction and Maintenance Department MRI School Dental Clinic
National Immunisation Service
Sliema Local Council
Birgu Local Council
Għargħur Local Council
Mellieħa Local Council
Maintenance Grants, Ministry of Education
Department of Curriculum Manag., Education Division Department of Family Welfare
2005 Entitlement Section
Koperattiva Linen Service
Oncology Day Ward, Sir Paul Boffa Hospital
Orthotics and Prosthetics Unit, St Luke’s Hospital
Day Hospital, Zammit Clapp Hospital
Appoġġ
Sapport
Sedqa
Registry – Ministry of Education
Registry – Education Division
Human Resources Branch, Education Division
Staff Development Organisation
L-iżvilupp f’dawn id-dipartimenti jew sezzjonijiet jinsab fi stadji differenti. Minn
barra hekk, iċ-
Charter Support Unit
insista li din is-sena, l-iżvilupp u l-implementazzjoni tas-
Service Standards
jieħu preċedenza fuq dak tal-
Quality Service Charter.
Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk kumpannija li taħdem fil-customs, tant li għandha l-vetturi u t-trakkijiet tagħha duty free, hijiex intitolata li tieħu d-diesel duty free?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartiment tad-Dwana m’għandu l-ebda kumpanija li taħdem miegħu.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħatat u min approvaha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħal revenue mit-taxxa ta' qligħ fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill-banek reġistrati f'Malta, matul is-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Jista' il-Prim Ministru jagħti t-totalita' ta' dħul (revenue) mill-income tax fuq kumpanniji (partnership u limited liability companies reġistrati) u mill-banek separatament, sena b'sena kif mitlub hawn fuq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:
Sena Taxxa Provviżorja fuq Qligħ Kapitali Dħul ieħor mill-Income Tax
Bazi
Banek
Kumpaniji oħra
Banek
Kumpaniji Oħra
2002
29,005
11,319,436
13,170,141
49,955,190
2003
129,311
9,862,294
14,002,703
60,952,317
2004
211,842
10,558,044
19,819,001
47,417,011
2005
79,389
10,270,329
22,386,412
50,251,716
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta kienet l-aħħar data tal-promozzjonijiet fil-forzi armati ta' Malta u jgħid ukoll jekk hux qiegħed isir xi eżerċizzju biex jingħataw promozzjonijiet fil-forzi armati ta' Malta fejn hemm vakant u kif rrakkmanda l-ombudsman u meta se jingħataw dawn il-promozzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-aħħar promozzjonijiet li kienu saru għall-Armata kollha ħarġu b’effett minn Jannar ta’ l-2001. Bħalissa qed jittieħdu passi biex isir eżerċizzju fejn postijiet vakanti fl-Armata jkunu jistgħu jiġu mimlija. Il-promozzjonijiet ser jingħataw meta dan il-proċess jiġi eżawrit.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabret taxxa tal-VAT fl-ewwel sitt xhur tas-sena? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont totali li nġabar fl-istess xhur is-sena li għaddiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’Seduta 370 fis-27 ta’ Marzu 2006 għall-mistoqsija parlamentari numru 17884.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm sidien li ma ħallsux il-kontribuzzjoni tagħhom tal-VAT fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm kien l-ammont totali dovut? Kemm hemm li ilhom aktar minn dawn is-sitt xhur ma jħallsu din it-taxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispjegali eżattament x’irid ifisser bil-kelma ‘kontribuzzjoni tal-VAT’.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta' xiri ta' proprjeta' privata ta' ċittadini mhux mill-Unjoni Ewropea, li xtraw proprjeta' minn Malta u Għawdex matul is-snin 2005 u 2006? Kemm minnhom kienu f'designated areas? Kemm kien il-valur kollu f'daqqa tal-proprjeta' u kemm tħallsu taxxa tal-boll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ permessi biex ikunu jistgħu jsiru kuntratti ta’ xiri ta’ propjeta’ privata minn ċittadini li ma jikkwalifikawx bħala persuni residenti ta’ Malta skond id-definizzjoni li toħroġ mill-Att dwar l-akkwist ta’ Proprejta’ Immobbli minn persuni mhux residenti (Kap 246) kien ta’ 381 matul is-sena 2005 u ta’ 231 matul l-2006.
Il-valur tal-proprjeta’ immobbli kien ta’ Lm23,108,545 għal dawk il-permessi li ħarġu matul l-2005 u ta’ Lm14,448,981 għal dawk il-permessi li ħarġu matul l-2006. Ma tinżammx statistika seperata ta’ kemm tħallset taxxa tad-dokumenti u trasferimenti fuq trasferimenti li jkopru dawn il-permessi li t-terminu biex isir il-kuntratt ikun ta’ tlett xhur. Ir-rata ta’ taxxa fuq il-kuntratti hi ta’ 5 fil-mija tal-valur.
Ma tiżammx statistika tal-propjeta’ immobbli mixtrija f’żoni msejjħa bħala ‘special designated area’ għax ħadd m’għandu bżonn permessi taħt l-imsemmi Att biex jixtri f’dawn iż-żoni.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta' xiri ta' proprjeta' privata ta' ċittadini mill-Unjoni Ewropea, li xtraw proprjeta' minn Malta u Għawdex matul is-snin 2005 u 2006? Kemm minnhom kienu f'designated areas? Kemm kien il-valur kollu f'daqqa tal-proprjeta' u kemm tħallsu taxxa tal-boll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ma tinżammx statistika separata għal dawk iċ-ċittadini mill-Unjoni Ewropea biss li xtraw proprjeta’ immobbli għax skond l-Att dwar l-Akkwast ta’ propjeta’ immobbli minn persuni mhux residenti (Kap 246) m’hemmx distinzjoni minn persuna mill-Unjoni Ewropea u minn persuna Maltija li kienu residenti ta’ Malta għal żmien minimu kontinwu ta’ ħames snin f’kull żmien li jiġi qabel id-data ta’ l-akkwist. M’hemm l-ebda statsistika ta’ kemm mill-permessi kienu f’designated areas’ għax għal xiri ta’ propjeta’ f’designated areas ħadd ma għandu bżonn permess biex jixtri propjeta’ immobli f’dawn iż-żoni.
Persuna ta' nazzjonalita' barranija — Materjal splussiv
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk tul Lulju meta kien hemm persuna li waslet minn Sofia fl-ajruport ta' Malta u ġabet materjal splussiv magħha ttieħdux passi kontra tagħha minn uffiċjali tad-dwana? X'passi ttieħdu jekk ittieħdu? U għala ma ttieħdux passi jekk ma ttieħdux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartiment tad-Dwana qiegħed jinvestiga l-każ li ġara fis-17 ta’ Lulju 2006 u ser jittieħdu passi skond il-liġi.