Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq id-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa, għalkemm għadu ma' nbediex strutturalment, xorta waħda hu miexi skond il-pjan previst. Nifhem li tapprezza li proġett ta' ċertu kobor jirrikjedi żmien ta' konsulenza u preparazzjoni kbira.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qegħdin jingħataw flus f'sussidju għal djar ta' l-anzjani tal-privat, dar dar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' mhu qed jagħti l-ebda flus f'sussidju għal djar ta' l-anzjani tal-privat. Id-Dipartiment jikri numru ta' sodod, skond il-bżonn, fi djar ta' l-anzjani fil-privat u jħallas skond prezz stabbilit.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu flus xi jħallas id-dipartiment f'arretrati għal xiri ta' mediċini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu jħallas Lm9,069,114.96 fl-aħħar ta' Marzu 2005 għall-xiri ta' mediċini u tagħmir mediku, u minnhom Lm4,561,185.35 jirreferu għall-arretrati sa l-aħħar tas-sena 2004.
Jista' il-Minsitru jgħid liema huma dawk il-mediċini li mhux qed jiġu impurtati aktar din is-sena minħabba r-reġistrazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mhux il-mediċini kollha li kienu fuq il-lista transitorja li ġiet maqbula ma' l-Unjoni Ewropeja f'Novembru 2002 kienu attwalment jiġu mpurtati f'Malta. Il-prodotti mediċinali li kienu fuq din il-lista u li ġew impurtati sa nofs Novembru 2004 u li ma ġewx irreġistrati jistgħu jibqgħu fuq is-suq f'Malta sa l-aħħar ta' Diċembru 2006. Għalkemm prodott ikun irreġistrat mhux bilfors li qed jiġi mpurtat. L-Awtorita' dwar il-Mediċini tippublika il-lista ta' mediċini li huma rreġistrati magħha fuq il-website (www.health.gov.mt/mru/pub/PMA%20List.pdf). Ma tinżamm l-ebda statistika dwar il-prodotti mediċinali mpurtati f'Malta mill-Unjoni Ewropeja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pilloli out of stock taħt special items fl-isptar tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn żewġ kwalitajiet ta' pilloli taħt special item li huma out of stock:-
Trimetazidine 20mg tabs (Jaslu din il-ġimgħa)
Gabapentin 100mg caps (Hemm dewmien minħabba li inbidel l-aġent lokali)
B'riferenza għall-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' il-Ministru jgħid għaliex tneħħa minn dan il-post? Jista' jgħid b'liema setgħa u taħt liema dispożizzjoni tal-liġi dan l-għemil amministrattiv seta jitwettaq? Min inħatar floku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet mogħtija l-informazzjoni bil-miktub mid-Direttur Ġenerali b'ittra li ġġib id-data 30 ta' Novembru 2004.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru total hip replacements mill-1 ta' Jannar li għadda 'il hawn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 2005 sa 29 ta' April 2005 saru erba' total hip replacements. Pero' mid-9 ta' Jannar 2005 sa 9 ta' April 2005 ma sarux operazzjonijiet mhux urġenti li kienu jeħtieġu li l-pazjent jorqod l-isptar minħabba iffullar.
Jista' il-Ministru jgħid x'jista' isir fil-kamp tas-saħħa mentali għall-pazjenti li jbatu minn dementia, peress li dan l-aħħar l-ispiżjar ewlieni fi ħdan l-isptar Monte Carmeli informa lill-konsulenti psikjatri kollha permezz ta' ittra (fuq rakkmandazzjonijiet internazzjonali) li minn issa 'l quddiem it-typical u anke l-atypical antipsychotics ma jistgħux jintużaw bħala mediċini li jgħinu biex itaffu l-problema ta' imġieba ta' dawn il-pazjenti u dan għaliex instabu li jżidu serjament problemi ta' saħħa fiżika oħra? Peress li f'dan l-istadju l-unika mediċini li baqa' li jistgħu jintużaw huma l-acetylcholinestarase inhibitors jew l-NMDA receptor antagonists u peress li l-marda tad-dementia ma taqax taħt il-ħames skeda ta' l-Att dwar is-sigurta' soċjali u għaldaqstant dawn il-mediċini ma jistgħux jingħataw b'xejn fl-isptar, jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni minħabba li l-prezz ta' dawn il-mediċini hu għoli ħafna u ħafna nies fil-komunita' se jsibu diffikultajiet kbar biex jixtruhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-istatus ta' l-użu awtoriżżat ta' typical u atypical antipsychotics fis-saħħa mentali ma nbidilx f'Malta, u t-tobba għandhom dejjem jirreferu għas-sezzjoni 4.8 (Kontra-indikazzjonijiet) tal-Karatteristiċi tal-Prodott fil-Qosor (SmPC) awtoriżżat f'Malta qabel ma' jiktbu riċetti ta' prodotti mediċinali għas-saħħa mentali.
L-Awtorita' dwar il-Mediċini qed tagħmel analiżi ulterjuri u jekk jkun hemm bżonn toħroġ stqarrija ta' kjarifika dwar l-użu u l-indikazzjonijiet liċenzjati tal-antipsychotics.
Fil-preżent ma hemm ebda ħsieb li dimentia u l-kura farmaloġika tagħha tiżdied mal-mard taħt Skeda V tal-liġi dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kirurgi speċjalisti li jagħmlu operazzjonijiet tal-kataretti fl-isptar San Luqa? Kemm hi l-waiting list għal kull speċjalista? Kemm saru operazzjonijeit tal-kataretti f'kull xahar għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm social cases rikoverati fis-swali ta' l-isptar San Luqa bħalissa? X'inhi r-raġuni li ċerti każi li jkollhom bżonn ta' trattament akut li jkunu ddaħħlu bih mid-dipartiment ta' l-emerġenza, qed jitqiesu bħala social cases mill-ewwel ġurnata li jkunu ddaħħlu l-isptar għall-finijiet ta' tnaqqis mill-pensjoni tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-Social Cases rikoverati fis-swali ta' l-Isptar San Luqa bħalissa (02/05/05) huma 73. Il-policy ta' l-Isptar hi li pazjent jiġi d-dikjarat Social Case meta l-Konsulent tiegħu jiddeċiedi li hu fiżikament f'saħtu biex jiġi discharged, pero l-pazjent ma jkunx jista jirritorna f'daru għal raġunijiet familjari jew soċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw tobba, sena b'sena mis-sena 1990 sal-lum? Jista' jgħid kemm minnhom għadhom jipprattikaw f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' tobba li ggradwaw, sena b'sena mis-sena 1990 sal-lum huwa kif ġej:
Sena
Numru ta' Tobba Gradwati
1990
21
1991
31
1992
30
1993
27
1994
-
1995
38
1996
-
1997
42
1998
-
1999
54
2000
-
2001
55
2002
30
2003
34
2004
65
2005
1
Id-diviżjoni tas-Saħħa ma hiex f'pożizzjoni li tgħid kemm minn dawn it-tobba li ggradwaw matul il-perjodu hawn fuq imsemmi, għadhom jipprattikaw l-professjoni tagħhom f'pajjiżna.
Jista' il-Ministru jikkonferma li fin-nuqqas ta' liġi li tirregola t-teknoloġija fir-riproduzzjoni artifiċjali, tobba Taljani qed joperaw f'Malta u dawn qed jagħmlu interventi u esperimenti li huma pprojbiti fl-Italja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-Kunsill Mediku ma jafu bl-ebda tabib Taljan li qed jagħmel l-interventi msemmija mill-Onor. Interpellant. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni ta' din in-natura nitolbu jgħaddiehili biex tiġi investigata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-cancer fis-sena 2005, u kemm kellhom eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li kien hemm 134 persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul l-ewwel xahrejn tas-sena 2005 f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet tagħhom hija kif ġej:
Etajiet
Numru ta' mwiet
0-14
0
15-24
0
25-34
0
35-44
1
45-54
6
55-64
27
65-74
38
75-84
46
85+
16
Total
134
B'żieda għal tweġiba parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk:-
id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?
Jekk fl-affermattiv: (a) lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet; b) kenitx għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament; u (c) kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list għal kull konsulent fl-isptar San Luqa? Jista' jispjega jekk huwiex minnu jew sew li pazjent ta' 19-il sena għandu jistenna mill-inqas sitt xhur għal operazzjoni tal-curciate ligaments ta' l-irkoppa u f'dan il-perjodu ma jkunx jista' jimxi jew jaħdem?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar kemm hija serja u urġenti l-operazzjoni dejjem kien u għandu jibqa l-konsulent li jiddeċidi u ħadd iżjed.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' karozzi
Question
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 10576, jista' il-Ministru jinformani bin-numru ta' karozzi ġodda li nxtraw matul l-2004 u kemm kienet in-nefqa għalihom?
Jista' jagħti wkoll in-numru ta' vetturi li fil-preżent huma proprjeta' tal-ministeru u/jew l-entitajiet konċernati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Dipartiment
/
Entita’
Numru ta’ vetturi mixtrija fis-sena 2004
Prezz globali tal-vetturi mixtrija fl-2004
LM
Numru ta’ Vetturi
proprjeta’ tad-Dipartiment
/
Entita’
fil-preżent
Diviżjoni tas-Saħħa
*2
14,095
**77
Sptar Monte Carmeli
0
-
***11
Dipartiment ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’
1
(second hand)
1,800
6
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
0
-
7
Sptar Zammit Clapp
0
-
****11
Sptar Mater Dei
1
5,700
1
* 1 Direttur u 1 Segretarju Parlamentari
** 33 Karozza, 20 Ambulanza, 21 Van, 2 Trucks, 1 Mobile Unit (Demm)
*** Coach, Lifter Van, Minibus, Tow Tractor, Transit, 6 Karozzi
**** 3 Coaches, 3 Vans, Van with tail lift, 4 Karozzi.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali f'St Vincent de Paule li hemm talba mill-pazjenti għal air condition?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhix il-policy tad-Dipartiment li ssir sistema ta' air-conditioning fuq talba tal-pazjenti iżda d-Dipartiment jara l-prijoritajiet ta' fejn hemm bżonn li jsiru sistemi bħal dawn. Fil-fatt il-proċess tal-installazzjoni tas-sistemi tal-air-conditioning huwa wieħed kontinwu.
L-installar ta' l-
air-conditioning
ġewwa SVPR beda fl-1988 sal-1996 u kompla biss wara l-1998.