Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jindika meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol ta' tkabbir fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid? Fiex ser ikun jikkonsisti ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li x-xogħol ta' tkabbir taċ-Centru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid hu maħsub li jibda' f'Ġunju ta' din is-sena.
F'dan il-proġett iċ-Centru tas-Saħħa ser jiġi kompletament ristrutturat u jiżdied sular bil-għan li jkun hemm tqassim aħjar ta' kliniċi, waiting areas, u reception area u dawn ikunu aktar spazjużi u komdi kemm għall-pazjenti u kemm għal min jaħdem fihom. Ser jiżdiedu kliniċi sabiex jiġu provduti servizzi ġodda. Iċ-Centru tas-Saħħa se jkun attrezzat b'furnishings u equipment ta' l-aħjar standard u ser ikun airconditioned. L-ispiżerija ser tikber u tkun tipprovdi waiting room għall-klijenti li llum ikollhom jistennew barra.
Jista' l-Ministru jgħid tinżammx statistika tal-persuni li jattendu l-Bereġ tal-Gvern fid-diversi lokalitajiet? Jekk fl-affermattiv, kemm persuni attendew berġa, berġa u sena b'sena mill-1994 sa tmien is-sena li għaddiet? X'inhuma l-ġranet u l-ħinijiet li matulhom ikunu miftuħa dawn il-bereġ u s-servizzi li jingħataw fihom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jżomm statistika tal-persuni li jattendu l-Bereġ tal-Gvern fid-distretti. Ir-rekords li għandna huma mill-1996 'il quddiem. Fil-Bereġ tal-Gvern jattendu tabib u nurse li jipprovdu servizz tat-tabib tal-familja (GP) u tan-nurse. F'xi bereġ jingħata wkoll servizz ta' Speech Therapy f'ħin differenti minn dak li jattendi t-tabib u n-nurse. Il-Bereġ li jipprovdu servizz ta' Speech Therapy huma: Sta. Lucia, Dingli, B'Bugia, Hamrun, Safi, St. Venera, Zebbug, Siggiewi (kollha darbtejn fil-ġimgħa) u Kirkop, Naxxar, Qrendi (darba fil-ġimgħa).
L-istatistika mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-file ta' l-isptar tal-persuna li l-partikoalritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament li kien miet kawża ta' aċċident tat-traffiku u li l-file in kwestjoni huwa bżonjuż minħabba l-proċeduri fil-qorti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-file in kwestjoni għadu qiegħed jiġi mfittex għaliex sa issa għadu ma nstabx.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-ħaddiema fid-dipartiment tal-pharmaceutical services li qed jaħdmu reduced hours? X'inhu l-grad ta' kull ħaddiem li għandu din il-konċessjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Pharmaceutical Services li qed jaħdmu "Reduced Hours" huma kif ġej hawn taħt:
Borg Jacqueline
-
Senior Pharmacy Technician
Briscol Barbara
-
Senior Pharmacy Technician
Catania Michelle
-
Clerk
Formosa Antonia
-
Assistant Director
Saliba Ruth
-
Clerk
Sammut Maria Assunta
-
Executive Officer
Zammit Rita
-
Pharmacy Technician
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xahrejn kien jeżisti nuqqas ta' Shalaton drops fl-ispiżerija tal-gvern? F'liema perijodu kien jeżisti dan in-nuqqas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-mediċina Latanoprost eye drops (Xalaton) kienet nieqsa mill-ispiżerija tal-Out Patients ta' l-Isptar San Luqa fil-perjodu 1 Frar sa 28 ta' Frar 2001.
Jjista' l-Ministru jgħid x'ihi r-raġuni li fl-aħħar xhur qed ikun hemm ta' spiss nuqqas ta' flixoride inhaler fl-ispiżeriji tal-gvern
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji speċjalment wara li kien hemm każi ta' pażjenti jbatu bl-ażma li spiċċaw l-ITU minħabba li ma ngħatawx il-flixoride inhaler?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-kuntratt għax-'xiri' ta' Flixotide inhaler dam biex jinħareġ għaliex kien hemm il-problemi bl-offerti mitfugħa. Il-kuntratt ingħata f'Novembru 2000 b' 'delivery' ta' tnax-il ġimgħa. Il-kuntrattur ta lill-GPS kwantitajiet żgħar bejn id-19/12/00 u t-08/02/01. Il-konsenja kollha kellha tasal sat-22/02/01. Peress li għadha ma waslitx il-GPS kellu jibda proċeduri biex jixtru 'on the account of'.
B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari nri. 23806 u 23807 dwar l-area magħrufa bħala tal-Blat II f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex il-problema serja tal-ġrieden kbar li qed jinfestaw l-area, tiġi kkontrollata u mgħeluba
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li diversi trattamenti għal kontra l-ġrieden saru fl-inħawi tal-Blat II f'Ħal Qormi minn ħaddiema tar-Rodent Control ta` dan id-Dipartiment. Is-Sitwazzjoni sa tibqa` tiġi sorveljata sakemm il-problema tal-ġrieden tiġi kkonrollata u mgħeluba.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-irziezet li għandhom il-permessi meħtieġa mill-Awtorita' tas-Saħħa biex irabbu t-tiġieġ? Ta' min huma dawn l-irziezet u fejn jinsabu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23756, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa ma toħroġ l-ebda permessi dwar trobbija tat-tiġieġ. Tali permessi joħorġu mill-Pulizija u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd.
Għaldaqstant nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi referuta lill-Ministri kkonċernati.
Jaf l-Ministru xi spejjeż żejda l-impjegati b'diżabilita' li jaħdmu fl-isptar San Luqa qed ikollhom jidħlu fihom? Jista' jgħid hemmx xi pjani biex dawn l-impjegati ma jkomplux iżiedu l-piżijiet finanzjarji li għandhom? Jekk iva. dawn x'inhuma? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid hux se jindaga biex jara x'jista' jsir ħalli dawn l-impjegati jiġu mogħtija għajnuna li għandhom bżonn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li xi ħaddiema b'diżabilita' li jaħdmu fl-Isptar San Luqa jużaw trasport organizzat minn grupp volontarju. Ta' dan is-servizz iħallsu 75 ċenteżmu kuljum flok 60 ċenteżmu kieku jużaw it-trasport pubbliku. Għalhekk dawn il-persuni jħallsu 15-il ċenteżmu iktar kuljum meta jmorru għax-xogħol.
Ser ngħaddi s-suġġeriment lill-Ministru tal-Politika Soċjali biex jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies impjegati fuq il-kotba tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi? X'inhu x-xogħol tagħhom? Kemm qed jitħallsu pagi u allowances?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-lista tan-nies impjegati mill-FMS, ix-xogħol tagħhom, il-pagi u l-allowances li jirċievu, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li l-persuna li tieħu l-qisien tal-callipers ilha ma tiġi Malta minn Settembru 2000? Billi dawn il-callipers jintużaw minn tfal b'diżabilita' ħalli jkunu jistgħu jimxu, suppost li jinbidlu kull sitt xhur, u billi dawn il-callipers jiġu jiswew bejn Lm1200 u Lm1500 kull calliper, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li persuna tinġieb ħalli tieħu l-qisien ta' dawn il-callipers?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23988 qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti f'Mount Carmel li ġew discharged f'Jannar u Frar u wara kellhom jerġgħu jiġu admitted? Jista' jaqsam din il-lista f'kemm kien hemm nisa u kemm irġiel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul Jannar u Frar kien hawn 19-il pazjent (13 rġiel u 6 nisa) li ġew discharged u kellhom jerġgħu jidħlu ġo l-isptar minħabba "relapse".
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 23779, jista' l-Ministru jgħid kif persuni liċenzjati jiddisponu minn skart li jitniżżel mnin fuq il-vapuri fil-portijiet tagħna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll ta' l-iskart li jitniżżel minn fuq il-vapuri fil-portijiet tagħna, huwa kkontrollat mill-Avviżi Legali 83 ta' 1967 kif emendat b'Avviż Legali 22 ta'1-1968 u 150 ta' l-1976, kif ukoll bl-Avviż Legali 125 ta' 1-1993. Għaldaqstant peress li d-Direttur ta' l-Agrikoltura u Sajd huwa awtorizzat permezz ta' dawn l-Avviżi Legali biex jilliċenzja w jinforza tali regolamenti, nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li ssir l-operazzjoni tal-vini verilużi tal-persuna li isimha u l-indirzz qed jintbagħt separatament li ilha tistenna biex issirilha l-operazzjoni minn Awissu 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tad-domanda parlamentari numru 13567.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfal f'Malta u Għawdex li jbatu bl-ispina bifida?
Kemm minnhom ġew invistati fil-klinika tal-ispina bifida? X'inhi l-proċedura li tintuża biex tfal bl-ispina bifida jiġu mgħajta ħalli jiġu nvistati fil-klinika tal-ispina bifida?
Kemm ilha miftuħa l-klinika tal-ispina bifida?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi l-istatistika kif mitluba ma tinżammx. Kemm ilu jinżamm ir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Anomaliji Konġeniti, bejn is-sena 1993 u s-sena 2000 ġew irreġistrati li twieldu 24 tarbija bi spina bifida fil-gżejjer Maltin.
Sal-lum it-tfal bi spina bifida jiġu eżaminati u segwiti fuq bażi regolari fl-Outpatient Clinic tal-Pedjatrija Ġenerali fl-Isptar San Luqa. B'żieda ma' dan minn xi tlitt snin 'l hawn qegħda ssir sessjoni madwar dabra kull sitt xhur li fiha bejn 8 u 10 t'itfal li jsofru minn spina bifida jiġu assessjati minn team multidixxiplinarju ta' tobba speċjalisti, infermiera, fiżjoterapisti u occupational therapists. F'dawn is-sessjonijiet speċjali jiġi deċiż pjan ta' kura speċifika għal kull każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' nies li jbagħtu mill-obesita'? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond is-sess?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li studju li sar f'1992 (Galea et al, 1992) fuq tfal ta` erba` snin wera li 8% tas-subien u 10% tal-bniet għandhom il-ħxuna.
Studju ieħor li sar fuq tfal ta` bejn il-5 u l-10 snin (Muscat, 1990) wera dan:
tfal ta` 5 snin, 13% tas-subien u 12% tal-bniet għandhom il-ħxuna
tfal ta` 10 snin, 19% tas-subien u 24% tal-bniet għandhom il-ħxuna
Instab fil-MONICA survey tal-1984:
L-irġiel
Eta`
% ta` ħ
xuna
24-34
14
35-44
25
45-54
24
55-64
28
In-Nisa
Eta`
% ta` ħ
xuna
24-34
15
35-44
29
45-54
47
55-64
54
F'Malta ma hawnx statistika aktar riċenti fuq il-prevalenza tal-ħxuna fost il-poplu Malti.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fuq il-prevenzjoni tal-obesita' mill-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa għandu diversi kampanji u inizjattivi li jolqtu l-problema tal-ħxuna f'pajjiżna:
Pubblikazzjoni
'Pariri biex tnaqqas il-piż
ż
ejjed'
li huwa gwida ta` kif wieħed għandu jitlef il-piż.
Tmexxija ta` programmi għat-telf ta` piż li isiru fiċ-Ċentri tas-Saħħa u iseħħu tlett darbiet fis-sena.
Kampanja
'Ċ
aqlaq'
li tolqot l-attivita` fiżika. Din tinkludi pubblikazzjoni
'Ċ
aqlaq. Suġ
ġ
erimenti biex inkunu aktar attivi'
sabiex tagħmel lin-nies aktar konxji dwar l-importanza ta` l-attivita` fiżika.
Kampanja
'Dieta Mediterranja'
li l-għan tagħha huwa sabiex tippromwovi l-benefiċċji tad-dieta tradizzjonali tagħna, dik Mediterranja. Din tlinkludi ktejjeb
'Ikel Bnin. Il-Mod Mediterranju'
, u riċetti Mediterranji.
Pubblikazzjoni
'CINDI Dietary Guidelines for Health Professionals'
li huwa immirat għal professjonisti fil-qasam tas-saħħa u huwa gwida fuq l-aħħar riċerka dwar l-ikel u s-saħħa.
Jista' jiżdied in-numru ta' sigħat ta' surgery fl-oqsma ta' l-ortopedija u l-oftalmoloġija minħabba l-waiting lists twal ħafna li hemm?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent id-dipartiment ta` l-Ortopedija u l-Oftalmija qed jaħdmu fil-massimu tagħhom.
Wieħed irid jiftakar ukoll li hemm fatturi oħra li jirristinġu milli jsiru aktar operazzjonijiet bħal per eżempju d-disponibilita` ta` sodod fis-swali.