Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16937 Sitting 317 2000-06-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus dovuti mill-gvern f'arretrati ta' taxxa ta' dħul u dak tal-VAT? Jista' jgħid jekk il-gvern huwiex qed iħallas xi imgħax li seta' intilef mit-taxpayer meta dan jingħatawlu lura?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` `refunds` dovut mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni hu ta` Lm18,088,636. Skond il-liġi, d-Dipartiment hu obbligat li jħallas interessi fuq `refunds` dovuti għas-sena ta` stima 1999 u s-snin sussegwenti jekk ir-`refund` jitħallas wara ż-żmien preskritt mil-liġi. L-ammont ta` flus dovuti mill-Gvern għar-rigward ta` talbiet minn persuni reġistrati għal ħlas lura ta` kreditu eċċessiv taħt l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud hu kif ġej; Talbiet li qed jiġu investigati Lm4,416,457.73 Talbiet normalizzati wara li ġew investigati Lm1,870,617.37 Talbiet li ser jitħallsu fiż-żmien stabbilit bil-liġi Lm8,836,112.71 Totali Lm15 ,123,187.81 Skond l-istess Att, persuna li jkollha jingħatalha ħlas lura jkollha dritt għal ħlas ta` imgħax fuq l-ammont dovut lilha bir-rata ta` wieħed fil-mija għal kull xahar jew parti minnu mid-data meta l-ħlas lura għandu jitħallas sad-data meta jitħallas.
Leg 9 PQ #16739 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Bical — Debituri

Question

Peress li fid-diskors tal-budget ġie mħabbar li matul din is-sena se jingħata persentaġġ ieħor lid-debituri tal-Bical, jista' l-Ministru jgħid meta dan il-persentaġġ fil-fatt se jingħata?

Response (DALLI, JOHN)

Bhalma habbart fid-diskors ta l-ahhar budget, aktar tard din is-sena behsiebna naghmlu distribuzzjoni ohra lil dawk id-depozitanti u kredituri tal-Bank, li jikkwalifikaw ghal-pagament.
Leg 9 PQ #16768 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Impjegati pubbliċi — Ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li fis-sena 2001 se tiżdied in-nefqa tal-gvern biex jagħmel tajjeb għaż-żidiet fil-pagi skond il-ftehim kollettiv għall-impjegati pubbliċi fl-1998?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi jistma li l-effett gross tal-Ftehim Kollettiv fuq in-nefqa tal-Gvern matul s-sena 2001 ser ikun kif ġej; Pagi, Salarji, allowances u overtime Lm23.8 miljuni Kontibuzzjoni tas-Sigurta Soċjali mill- Gvern bħala employer Lm 2.1 miljuni Sehem ta` Kontibuzzjoni ta` l-Istat Lm 2.1 miljuni Pensjonijiet tat-Teżor Lm 2.9 miljuni Pensjonijiet mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali Lm 7.0 miljuni
Leg 9 PQ #16769 Sitting 314 2000-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ftehim Kollettiv — Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li fis-sena 2001 se tiżdied in-nefqa tal-gvern biex jagħmel tajjeb għall-aġġustament fil-pensjonijiet skond il-ftehim kollettiv għas-settur pubbliku ta' l-1998?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli għalissa li ngħid kemm hija stmata li se tkun in-nefqa tal-gvern għall-pensjonanti tat-Teżor li jkunu spiċċaw minn mal-gvern bejn l-1 ta` Jannar 1996 u l-31 ta` Diċembru 2000. Għall-pensjonanti tat-Teżor li jispiċċaw matul is-sena 2001 in-nefqa mistennija li tiżdied b`madwar Lm3,000,000. L-effett fuq il-pensjonijiet kontributorji tas-Sigurta Socjali mahsub li jilhaq Lm7 miljun.
Leg 9 PQ #16651 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Kontribuzzjoni settorjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għandux tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16037?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kontribuzzjoni settorjali skond id-dikjarazzjonijiet li saru fil-formoli tat-taxxa għas-sena ta` stima 1999 (dħul li sar matul l-1998) huwa dan : Nru. ta` Taxpayers 1. Impjegati Dħul inqas minn Lm5,000 68,174 5.63% Dħul bejn 5001 - 10,000 40,208 21.96% Dħul aktar minn Lm10,000 7,394 13.57% 2. Pensjonanti 43 ,267 3.40% 3. Individwi oħra 17,863 2.03% 4. Korpi ta` persuni 656 0.20% 5. Self-Employed (Individwi) 13,268 4.32% 6. Kumpaniji 1 0,863 48.88%
Leg 9 PQ #16809 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Finanzi

Tenders — Ġarr u Trasport

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta'Triq id-Demnuq, Siggiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lil-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi, fid-Dipartimenti li jaqghu taht id-dekasteru tieghi nghataw dawn it-tenders ghall-garr u trasport ta ghamara u merkanzija lid-Ditta Borg Bros: Tender tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni ghas-snin 2000 u 2001. Tender tad-Dipartiment tal-VAT ghas-sena 1998 li gie estiz sal-31 ta Marzu 2000. Tender tad-Dipartiment tad-Dwana ghas-snin 1999-2000. Dawn it-tenders inghataw wara sejha ghall-offerti fil-Gazetta tal-Gvern.
Leg 9 PQ #16791 Sitting 311 2000-06-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Investment Services Act 1994 — Kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji reġistrati taħt l-Investment Services Act 1994, artiklu 6 sa tmiem l-1998? Kemm kien it-total ta' turnover tagħhom? Kemm kienet it-taxxa dovuta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar tal-1998, in-numru ta` kumpaniji reġistrati taħt l-Investment Services Act 1994, artikolu 6 kien ta` 49. It-total ta` turnover tagħhom kien ta` Lm236,179,654 u t-taxxa dovuta kienet ta Lm8,142,635.
Leg 9 PQ #16635 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma ħabbar ebda miżura anti-soċjali fil-budget.
Leg 9 PQ #16483 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Servizzi finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien fih il-questionnaire li ġie ppreżentat mill-financial stability forum meta analizzaw lil Malta bħala ġurisdizzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji? X'kienet ir-raġuni li l-gvern Malti dam daqstant biex irreaġixxa għall-klassifikazzjoni ta' pajjiżna bħala group II jurisdiction, meta r-rapport tal-working group ġie endorzjat mill-FSF nhar is-26 ta' Marzu, 2000 u r-rapport ġie maħruġ għall-pubbliku nhar il-5 ta' April, 2000? Min kienu l-membri tal-working group li ħadmu fuq id-dossier ta' Malta? X'laqgħat saru mal-working group u fuq liema livell saru? Malta meta ġiet avviċinata għall-ewwel darba in konnessjoni ma' dan l-eżerċizzju? X'inhi r-reazzjoni tal-gvern Malti dwar il-fatt li: il-fond monetarju internazzjonali qed jitgħabba bir-responsabbilta' biex jiżgura li Malta, flimkien ma' ġuridizzjonijiet oħra taderixxi għall-istandards mitluba mill-FSF; x'inhu l-menu of incentives li l-FSF qed tirreferi għalih meta titkellem dwar l-applikazzjoni ta' ċerti standards mill-pajjiżi konċernati; iċ-chairman tal-forum qed ifittex l-appoġġ ta' l-awtoritajiet nazzjonali tal-G7 u tal-G20 flimkien ma' l-IMFs international monetary and financial committee għar-rakkmandazzjonijiet tal-grupp?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-Survey kien jinkludi 12-il mistoqsija li jinkludu: - Min jilliċenzja l-banek, kumpanniji tal-insurance u securities - kemm hawn kumpaniji b`kollox u x`volum ta` business għandhom - Kif jieġu ivvettjati l-applikazzjonijiet għal liċenzji minn barra minn Malta - X` xogħol issir mill-`host supervisor` kemm fuq il-post kif ukoll off site u kemm ikun hemm nies involuti f`dan l-eżerċizzju - L-aċċess għal dokumentazzjoni dwar persuni liċenzjati kif issir is-superviżjoni f`xogħol li jaqsam il-fruntieri. - X`misuri għandha Malta fil-kamp tal-ħasil tal-flus u jekk Malta qatt ġiet evalwat f`dan irrigward - Jekk l-entitajiet lokali humiex ikkontrollati bl-istess mod bħal barranin u l-abilita li tingħata informazzjoni lis-supervisors barranin - Jekk Malta għandiex diffikultajiet b`xi supervisors lokali partikolari. Malta ippreżentat ir-risposti tagħha għall-questionnaire fid-29 ta` Diċembru 1999 u r-rapport ippreżentat kien jinkludi il-kummenti u l-oppinjonijiet tal-Bank Ċentrali, l-Borża ta` Malta u l-MFSC. Għalkemm ir-rapport tal-Working Group kien ippublikat fil-5 ta` April 2000, il-klassifikazjoni tal-OFCs ma` kienitx tagħmel parti minn dan ir-rapport. Il-Malta Financial Services Centre saret taf bl-intenzjoni li jikklassifikaw lil Malta f`grupp II meta iċ-Ċentru irrċieva fax mingħand l-FSF, nhar it-Tnejn 22 ta` Mejju 2000. Fl-ittra tiegħu Mr Crockett qal `...The Forum concluded that it would be in the public interest to release a grouping of OFCs based on the results of the survey.... The attached embargoed text will be publicly released on 26 May, identifying the placement of jurisdictions....` L-MFSC ikkonkludiet ir-risposta għal din il-fax fi żmien 24 siegħa u fit-23 ta` Mejju, ippreżentat id-draft lil Bank Ċentrali u l-MSE. Il-versjoni finali ġiet mibgħuta (b`fax u courier) mingħand il-Bank Ċentrali fl`24 ta`Mejju. Il-membri li ħadmu id-dossier ta` Malta kienu l-Bank Ċentrali ta` Malta, l-Malta Financial Services Centre u l-Malta Stock Exchange. Għan-naħa ta` l-FSF dawn huma ddeljati fir-rapport tal-5 ta` April 2000. Il-working group ta` Malta ltaqgħu bejniethom meta ddiskutew d-dossier qabel ma ġie sottomess lil FSF. L-FSF qatt ma avviċinat il-working group fuq il-questionnaire, u għalhekk ma setax jkun hemm negozjati dwar ir-rapport tagħha, inkuż l-klassifikazzjoni ta` Malta. Fi kliem ieħor, l-FSF ddeċida waħdu, mingħajr l-edba konsultazzjoni mal-partijiet involuti sabiex jistabilixxi din il-klassifikazzjoni. Il-working group ta` Malta ġie avviċinat fis-27 ta` Novembru 1999, meta intbagħatet il-questionnaire. L-istrategija tagħna hija ibbasata fuq kopperazjoni bil-miftuħ, bl-onesta u t-trasparenza. Aħna dejjem ikkoperajna fil-qasam ta` superviżżjoni finanzjarja. Minkejja l-fatt li aħna nemmnu li Malta ġiet ikkategorizzata ħażin bħala OFC u wkoll ġiet ikkategorizzata ħażin mat-tieni kategorija ta` jurisdizzjonijiet, aħna xorta lesti li nipprovdu kull assistenza meħtieġa mill-IMF. Nixtiequ nieħdu din l-opportunita` biex nuru lil IMF li bil-kontra ta` x`turi l-klassifikazzjoni mogħtija lilna, l-infrastruttura, s-superviżjoni, r-risorsi li huma mogħtija lis-superviżjoni u l-livell ta` koperazzjoni ta` Malta m`huwiex inferjuri minn ta` jurisdizzjonijiet oħrajn. Ir-rekommandazzjoni numru 5 tar-rapport tidentifika ħames inċentivi li r-rapport jiddiskrivi bħala `...Disclosure type incentives... Membership type.... Provision of assistance.... Supervisory incentives and Other official incentives.....` L-inċentivi jinkludu azzjonijiet posittivi bħalma huwa it-training, secondments u assistenza finanzjarja. L-inċentivi jinkludu wkoll azzjonijiet negattivi bħalma huma aktar reporting requirements. Iċ-Chairman tal-FSF infurmana li `...all members of the G20 have committed to undertake assessements of their financial sectors...` Aħna nafu wkoll li kopji tar-rapport ġew mogħtija lil Ministri u l-Gvernaturi tal-G-7 u tal-G-20 kif wkoll lil kap tal-World Bank u tal-IMF. Għalhekk wieħed jista` jassumi li ċ-Chairman tal-Forum qiegħed ifittex l-appoġġ ta` dawn l-awtoritajiet nazzjonali.
Leg 9 PQ #16486 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema bini qed joperaw l-uffiċjali tat-Tax Compliance Unit?

Response (DALLI, JOHN)

Sakemm isiru arrangamenti għal post permanenti, t-`Tax Compliance Unit` qiegħed jopera minn appartament f``Valletta Buildings` Triq Nofs in-Nhar, Il-Belt.
Leg 9 PQ #16569 Sitting 309 2000-06-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Cheques

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm cheques qed jistennew biex jintbagħtu mit-Teżor sa tmiem Mejju, 2000? X'kien il-valur tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sistema ta` ipproċessar taċ-ċekkijiet addottata mid-Dipartiment tat-Teżor tipprovdi sabiex ix-xogħol kollu involut mill-waqt illi fih issir it-talba għall-pagamenti mid-Dipartimenti tal-Gvern sal-mument meta ċ-ċekkijiet jiġu finalizzati jkun wieħed mill-iqsar possibbli. Tittieħed kull prekawzjoni sabiex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn mill-mument ta` l-istampar taċ-ċekkijiet sakemm dawn jiġu finalment impustati lill-pubbliku u għaldaqstant in-numru ta` ċekkijiet jistennew biex jintbagħtu jkun wieħed minimu f`kull ħin.
Leg 9 PQ #16368 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Middle Sea Insurance

Question

Billi l-Ministru kien wiegħed li l-eżerċizzju ta' l-allokazzjoni tax-shares tal-Middle Sea Insurance plc lix-shareholders tal-Mid-Med Bank kellu jsir sa l-aħħar ta' Marzu, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn il-pjanijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan l-eżerċizzju se jsir dalwaqt.
Leg 9 PQ #16607 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Żjarat uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk riċentement kellux żjarat uffiċjali fil-Bahrain, Latvia, Pariġi u Zurich? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u ma' min saru? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dawn iż-żjarat ma ngħatawx pubbliċita' u ma ssemma' xejn fil-media lokali kif jiġri s-soltu? Jista' jgħid minn min kien akkumpanjat u kemm laħqet l-ispiża ta' dawn iż-żjarat?

Response (DALLI, JOHN)

Kontra li qiegħed jgħid l-Onorevoli Interpellant, jiena ma għamilt ebda żjara uffiċjali la fil-Bahrain u lanqas fi Zurich. Għamilt żjara f` Dubai, Pariġi u Riga. F` Dubai kelli laqgħat ma l-kamra tal-kummerċ, u l-Bank Ċentrali dwar l-investiment li Malta jista` jkollha minn dik il-Parti tad-Dinja fil-qasam ta` servizzi finanzjari. F` Pariġi ndirizajt `seminar` organizzat mill-MFSC u kelli diskussjonijiet mal-OECD fuq il-klassifikazzjoni li se jkollha Malta fil-kategorizazzjoni li dawn se jagħmlu ma Ċentri Finanzjarji u li għandha tiġi pubblikata sa l-aħħar ta` dan ix-xahar. Iltqajt ukoll mal-President tal-Movement des Entreprises de France (MEDEF) u mad-deputat Ministru fil-Ministeru tal-Finanzi, Francois Huwart. F` Riga attendejt għal-laqgħa annwali tal-EBRD u ħadt l-okkażjoni biex niffirma l-Ftehim dwar il-Ħelsien mit-Taxxa doppja bejn Malta u l-Latvja. F` Pariġi u l-Latvja kont akkumpanjat mill-Assistent Segretarju fil-Ministeru, waqt li f` Dubai ma` kont akkumpanjat minn ħadd. Hu falz li tgħid li ma ssemma xejn fil-medja lokali dwar din iż-żjara. L-ispejjeż laħqu Lm6,346.
Leg 9 PQ #16608 Sitting 308 2000-06-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

OPM — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16271, jista' l-Ministru jgħid x'pakkett ġie offrut lis-Sur Joe Portelli bħala kap tat-Tax Compliance Unit?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala Kap tat-`Tax Compliance Unit`, is-Sur Joseph Portelli ingħata remunerazzjoni ta` Lm12,600 fis-sena li bejn wieħed u ieħor huwa l-pakkett globali li kellu bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #16601 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Londra — Kummissjoni Għolja Maltija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-awditur datat 26 ta' Frar, 1996 sa l-1 ta' Marzu 1996, rigward il-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra, liema rapport sar mill-Uffiċċju tal-Verifika?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħadi l-mistoqsija lill-Uffiċċju tal-Verifika direttament.
Leg 9 PQ #16465 Sitting 306 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Flus investiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus barra minn Malta, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-figuri mitluba jinsabu ppubblikati fir-rapport annwali rispettivi tal-Bank Ċentrali. Il-figuri għas-snin mitluba huma dawn: 1995 Lm 7.6 miljun 1996 Lm 4.6 miljun 1997 Lm 4.3 miljun 1998 Lm 5.2 miljun 1999 Lm 18.2 miljun F`dan ir-rigward wieħed għandu jinnota wkoll li bejn is-snin 1995 u 1998 is-somma li kull resident seta` jinvesti barra kull sena kienet ta` Lm5,000. Fis-sena 1999 din telgħet għal Lm8,000 fis-sena.
Leg 9 PQ #16288 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas tal-N.I. bejn Jannar u April 2000? Huwa kkalkulat kemm suppost kellu jkun l-ammont li kellu jitħallas f'dan il-perjodu? Kemm fil-fatt huwa l-bilanċ li jrid jitħallas sabiex skond il-kalkoli tad-dipartiment dawn il-pagamenti jkunu normali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali għal perjodu Jannar sa April 2000 u l-ammont li huwa kkalkolat li kellu jinġabar huma dawn: Jannar Frar Marzu April Total Lm miljuni Ammont imħallas 8.10 7.80 8.10 8.10 32.10 Ammont proġettat li jitħallas 9.50 8.40 8.60 8.40 34.90 Id-differen za ta` Lm2.80 miljun tista` tkun dovuta kemm minħabba varjazzjoni fil-postijiet tax-xogħol jew ħlas ta` pagi, kif ukoll ħlas mhux korrett tal-kontribuzzjonijiet dovuti. Għal dan il-għan id-Dipartiment qed jiżviluppa sistemi ta` kontroll u inforzar biex kull kontributur, kif ukoll l-`employers`, iħallsu il-kontribuzzjonijiet korretti skond il-liġi fil-pront.
Leg 9 PQ #16406 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tieħu r-refunds tal-VAT dovuti lilha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-refund tal-VAT mitlub mill-persuna li d-dettalji dwarha ntbagħtu separatament ġie approvat u mibgħut lill-persuna kkonċernata.
Leg 9 PQ #16422 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

EU — Il-Kummissarju Pedro Solbes

Question

Fir-rigward tar-rapport li deher fil-Financial Times tat-22 ta' Mejju, 2000 li Pedro Solbes, il-Kummissarju għall-Affarijiet Finanzjarji ta' l-Unjoni Ewropea ġie mwiegħed informalment minn sitt pajjiżi applikanti għal sħubija sħiħa fl-Unjoni li ma kenux ser ifittxu li jadottaw il-Euro sakemm ikunu saru membri sħaħ ta' l-Unjoni, jista' l-Ministru jgħid Malta kenitx wieħed minn dawn is-sitt pajjiżi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #16423 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Projections

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-projections tal-Ministeru fuq liema figuri ekonomiċi qed ikunu bbażati? Fuq il-projections tal-Bank Ċentrali jew dawk ta' l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru tal-Finanzi dejjem mexa fuq iċ-ċifri maħduma mill-Uffiċju Ċentrali ta` l-Istatistika u mid-dipartiment tal-Ippjanar Ekonomiku.