Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-Djar — Servizz tal-Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li mara anzjana minn Bormla li tgħix f'post bi problemi strutturali tibbenefika mis-servizz tal- care and repair ta' l-Awtorita' tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant m’għandha ebda applikazzjoni pendenti ma’ l-Awtorita’ tad-Djar. Madankollu, l-Awtorita’ ħadet nota tad-dettalji provduti u fi żmien qasir se tispezzjona l-post biex jiġi verifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.

Awtorita' tad-Djar — Servizz tal-Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna b'diżabilita' minn Birkirkara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mis-servizz tal-care and repair ta' l-Awtorita' tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fl-2002 il-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant applikat ma’ l-Awtorita’ tad-Djar taħt Skema 7 biex tistalla kamra tal-banju adattata għall-persuni b’diżabilita’. Meta fis-sena ta’ wara l-Awtorita’ bagħtet ittra lil din il-persuna biex tiffirma l-ftehim biex ikun jista’ jibda x-xogħol, din il-persuna talbet li l-każ tagħha jingħalaq.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' missier li jgħix Ħal Balzan ma' ibnu u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn wasal il-file ta' single parent mix-Xgħajra u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li tgħix mal-ġenituri tagħha b'żewġ itfal fi tlett ikmamar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.

Awtorita' tad-Djar — Fidi ta' Ċens

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm nies li wara li fdew iċ-ċens li kellhom ma' l-Awtorita' tad-Djar, u għaldaqstant il-proprjeta' tagħhom saret free hold, xorta waħda baqgħu marbutin b'xi klawsoli li ġew sfurzati fuq l-istess inkwilini, u għaldaqstant ma setgħux jiddisponu mill-imsemmija proprjeta' kif xtaqu huma? Tista' il-Ministru telenka l-isem ta' dawn l-inkwilini, id-dettalji tal-proprjeta' tagħhom u l-ammont ta' flus li kellhom iħallsu lill-Awtorita' tad-Djar biex jiddisponu mill-proprjeta' tagħhom kif jixtiequ huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta benefiċjarji ta’ plots imqassma taħt l-iskemi tal- Home Ownership jifdu ċ-ċens, xorta waħda jkunu marbuta bil-kundizzjonjiet ta’ l-att ta’ l-ewfitewsi. Fost dawn il-kundizzjoniet kien hemm li l-benefiċjarji kellhom jibnu dar ta’ żewg sulari fuq din il-plot skond pjanti approvati mill-Awtorita’ tad-Djar u li din id-dar għandha tintuża bħala r-residenza ordinarja tal-benefiċjarji. Uħud minn dawn il-benefiċjarji qegħdin japplikaw għal permess mingħand l-Awtorita’ tad-Djar biex ibiegħu d-djar tagħhom;- (a) lil terzi biex tintuża bħala r-residenza ordinarja tagħhom, jew (b) biex titwaqqa u flokha jinbnew garaxxijiet u għadd ta’ appartamenti. Biex jitnaqqas l-iskop ta’ spekulazzjoni, fl-2002, il-Bord ta’ l-Awtorita’ tad-Djar adotta policy li f’każ li d-dar tkun se titwaqqa’ u flokha jkunu se jinbnew numru ta’ appartamenti, l-Awtorita’ titlob li titħallas somma. Fil-każ li d-dar tkun ser tiġi użata bħala r-residenza tat-terzi, l-ebda ħlasijiet ma’ jkunu dovuti lill-Awtorita’. Ninsab infurmata li din il-policy tapplika għal kull benefiċjarju li ngħata plot mill-Awtorita’ jew li feda ċ-ċens li kellu fuq plot mogħti mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet. Filwaqt li ma nħossx li għandi nippubblika l-ismijiet u d-dettalji l-oħra mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-lokalitajiet u n-numru rispettiv ta’ żviluppi ta’ HOS plots approvati mill-Awtorita’ tad-Djar kemm ilha fis-seħħ il-policy msemmija u li kollha kienu jinvolvu ħlas lill-Awtorita’.

Isal — Ħsarat ġo fond

Question

Tista' il-Ministru tara li l-problema ta' inkwilin ta' post tal-gvern fl-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi solvuta minħabba li qed jiġu kkawżati ħsarat f'dan l-istess fond?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jiena għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali mhux qed jieħu azzjoni biex single parent b'208 points u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika minn post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17505 li jien tajt f’Seduta 362, dwar l-istess persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Kottonera — Post Alternattiv

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex ibiddel ma' post ieħor fil-Kottonera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m’oħrajn simili.

Awtorita' tad-Djar — Servizz tal-Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li anzjana minn Bormla u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenifika mis-servizz tal-care and repair ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tagħmel kamra tal-banju ġdida?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant m’għandha ebda applikazzjoni pendenti ma’ l-Awtorita’ tad-Djar. Madankollu, l-Awtorita’ ħadet nota tad-dettalji provduti u fi żmien qasir se tispezzjona l-post biex jiġi verifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Miniistru tara li jittieħdu l-passi biex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jaċċetta l-applikazzjoni ta' persuna minn Bormla li hi homeless u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandha ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Nagħti parir lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna konċernata għand it-Taqsima tal-Customer Care ta’ l-imsemmi Dipartiment.

Awtorita' tad-djar/dipartiment tad-djar

Question

Il-gvern għadu bil-ħsieb li jagħmel amalgamazzjoni bejn il-housing authority u l-housing department? Jekk fl-affermattiv, il-working hours - inkluż ir-reduced hours - se jiġu affettwati bħala kondizzjonijiet tax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-Tweġiba għall-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hi fl-affermattiv. Peress li l-istruttura l-ġdida li ser tieħu r-responsabbilta' tal-funzjonijiet preżenti ta' l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartimenti konċernati għad trid tiġi determinata, mhux il-waqt li nikkummenta dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija.

Ħlas tas-sick leave

Question

Tista' il-Ministru tara li jinħareġ il-ħlas tas-sick leave tas-sinjur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jivverifika d-dettalji mibgħuta. Ninsab infurmata li l-persuna ndikata m'għandiex in-numru ta' l-identita' provdut.

Assistenza soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara x'sar mill-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat biex iddur bin-nanna u li sal-lum għadha ma kellha l-ebda risposta? Tista' din il-persuna tiġi informata direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara l-każ ta' sinjur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jinsab bla dar u qiegħed jgħix fil-klabb tal-boċċi tal-Marsa, biex isir rimedju miegħu? Jista' xi ħadd mid-dipartiment imur jara l-każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Ħlas ta' arretrati

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tħallas Lm10.83 fil-ġimgħa bħala arretrati? Tista' din il-persuna tiġi informata direttament dwar ir-raġuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-kontribuzzjoni, dovuta mill-persuna ndikata, bħala residenta f'dar jew istituzzjoni tal-Gvern għall-anzjani, ninsab infurmata li l-ammont ta' kontribuzzjoni dovuta jiġi stmat mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Każ ta' Pensjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li saret fil-konfront ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-anzjana wirtet parti minn dar li tammonta għal Lm7,500 ma jfissirx li se tiekol il-ġebel, għaldaqstant tista' tinħarġilha xi forma ta' pensjoni? Tista' din il-persuna tiġi informata direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Skema ta' Self

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19093, tista' il-Ministru tikkonsidra każi ta' persuni li għandhom income baxx fil-familja, bħal din il-koppja li qed tgħix b'pensjoni ta' l-invalidita' u għalhekk għajnuna permezz ta' dawn l-iskemi tkun indispensabbli għalihom? Ma taħsibx li għandhom isiru emendi fir-regolamenti f'dan is-sens?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant lill-Awtorita tad-Djar għall-konsiderazzjoni tagħha.

Każ dwar Housing

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga każ ta' housing tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema fond fil-Gżira diġa' ġie spezzjonat mid-dipartiment tal-housing?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-familja ndikata mill-Onor. Interpellant reċentement ġiet mitluba mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali tikkonferma bil-miktub jekk għadiex interessata fl-applikazzjoni li kienet għamlet snin ilu għal akkomodazzjoni alternattiva. Ninsab infurmata wkoll li dan sar peress li din il-familja kienet naqset li tirrispondi għal komunikazzjoni li kienet saret mill-imsemmi Dipartiment żmien ilu.

Stallazzjoni ta' lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm-il lift ġew stallati s'issa fi blokki ta' appartamenti tal-gvern/Awtorita' tad-Djar, f'liema lokalitajiet u kemm kienet l-ispiża globali s'issa? Tista' tgħid ukoll jekk humiex ikunu stallati lifts oħra u fejn u x'talbiet oħra hemm pendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mis-sena 2002, meta ġiet varata l-iskema ta’ stallar ta’ lifts fi blokki eżistenti tal-Gvern, l-Awtorita’ tad-Djar stallat 72 lift għal spiża totali ta’ Lm1,128,755. Ninsab infurmata wkoll li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fil-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid — St Monica Street

Question

Tista' il-Ministru tara li jinżebagħ it-taraġ ta' Block C, St Monica Street, Paola peress li jinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.