Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ħarġux il-permessi ta' tlett garages - 2,3 u 4, fi Triq il-Gandoffla, B'Buġia meta it-tender għal dawn ħarġet bil-pjanti kif iridu jinbnew u dan ilu sena u nofs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-permess għal bini ta` garaxx fil-fond Nru. 4 fi Triq il-Gandoffli, B`Bugia nħareġ fl-1 ta` Novembru 2000. Ninsab infurmat ukoll li ma jidher li hemm l-ebda rekord li qatt ġew sottomessi xi applikazzjonijiet lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar għal xi tip ta` żvilupp fil-fond Nru. 2, u fil-fond Nru. 3 u għalhekk ma nħarġu l-ebda permessi.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre b' cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000?
Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2000 kemm saru żwiġijiet f'Malta u f'Għawdex? Kemm kienu żwiġijiet ċivili? Kemm saru bejn raġel Malti u mara barranija? Kemm kienu bejn mara Maltija u raġel barrani? Kemm kienu bejn koppja barranija? F'kemm-il żwieġ il-mara ddeċidiet li tibqa' tuża isem xbubitha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, in-numru ta` żwiġijiet li ġew irreġistrati f`Malta u f`Għawdex kien ta` 2,336.
It-tagħrif ieħor mitlub dwar iż-żwiġijiet hu kif ġej:-
Dawk Ċivili - 481.
Bejn raġel Malti u mara barranija - 130.
Bejn mara Maltija u raġel barrani - 182.
Bejn koppji barranin - 215.
Kien hemm 169 mara li ddeċidiet li tibqa` tuża isem xbubitha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru tal-kolluzjonijiet tat-traffiku rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000 u preferibilment xahar b'xahar?
Kemm minn dawn kienu inċidenti fatali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 kien hemm 12,644 kolliżjoni tat-traffiku rrappurtati lill-Pulizija li 12 minnhom kienu fatali fejn tilfu ħajjithom 15-il persuna. Dawn il-kolliżjonijiet seħħew kif ġej:-
2000
Kolliżjonijiet ta` traffiku
Kolliżjonijiet fatali
Jannar
1,024
xejn
Frar
979
2
1*
Marzu
1,031
xejn
April
1,068
1
Mejju
1,076
xejn
Ġunju
1,063
xejn
Lulju
1,234
3
Awissu
1,079
1*
Settembru
953
1
Ottubru
1,011
xejn
Novembru
985
1
Diċembru
1,141
1
1*
TOTAL
12,644
12
* 2 vittmi
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġet il-Pulizija, inkluż dawk tat-traffiku matul is-sena 2000? Kemm minn dawn iċ-ċitazzjonijiet tħallsu u kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, il-Pulizija għamlet 102,998 ċitazzjoni. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, il-ħlas ta` multi jew ammendi inflitti mill-Qorti ma jsirx għand il-Pulizija, ħlief għal dawk depenallizati bħal ma huma traffic offence tickets. Fil-każ ta` dawn ta` l-aħħar ninsab infurmat illi tħallsu għand il-Pulizija 4,119 ċitazzjoni li jammontaw għal Lm51,400.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' serq, qtil u kuntrabandu rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000? Kemm min n dawn il-każijiet ġew solvuti, kemm qed jiġu investigati u kemm minnhom jinsabu quddiem il-Qrati ta' Malta.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal matul is-sena 2000 fuq każi ta` serq, qtil u kuntrabandu hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu in-numru ta' kazijiet ta' abbużi sesswali fuq it-tfal taħt l-eta' rrapportati lill-pulizija matul is-sena 2000?
Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti, kemm qed jiġu nvestigati u kemm minnhom jinsabu quddiem il-Qrati ta' Malta?
Response (BORG, TONIO)
Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, nirreferih għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20569.
Għall-kumplament tas-sena 2000, ċioe` bejn Ottubru u Diċembru, ninsab infurmat illi f`dan il-perijodu l-Pulizija kellha 4 każi ta` abbuż sesswali fuq persuna taħt l-eta`. Ninsab infurmat ukoll li dwar 19 mill-każi kollha li seħħew matul is-sena 2000 tressqu persuni quddiem il-Qorti, fejn każ minnhom ġie konkluż. L-investigazzjonijiet fil-każijiet l-oħra għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza fuq l-anzjani matul is-sena 2000? Kemm minn dawn kienu fatali u kemm qed jittellgħu persuni l-Qorti akkużati b'dawn il-każijiet?
Response (BORG, TONIO)
Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2000, nirreferih għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 20024 u Nru. 21064.
Għall-kumplament tas-sena 2000, ċioe` f`Novembru u Diċembru, ninsab infurmat illi n-numru ta` każijiet ta` offiża fuq persuni anzjani, inklużi feriti ta` natura ħafifa li ġew irrappurtati kien ta` 4. Ninsab infurmat ukoll li dwar dawn il-każi tressqu quddiem il-Qorti 4 persuni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' traffikar ta' droga rapportati lill-pulizija matul is-sena 2000? X'passi ttieħdu u x'kienu r-riżultati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 ġew irrappurtati lill-Pulizija 128 każ ta` traffikar ta` droga. Il-persuni nvoluti f`dawn il-każijiet kollha tressqu l-Qorti u ninsab infurmat illi 121 każ għadhom sub-judice, filwaqt li s-7 każi l-oħra ġew deċiżi u sentenzi mogħtija mill-Qorti kienu kif ġej:-
Sentenza tal-Qorti
Numru ta` persuni
Ħabs
2
Ħabs u multa
1
Sentenza sospiża
4
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa x'inhuwa n-numru ta' residenti fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin?
Kemm huma priġunieri sentenzjati?
Kemm mit-total huma barranin?
Kemm minn dawk sentenzjati huma barranin?
Fil-Faċilita' dawk li huma sentenzjati huma miżmuma separatament minn dawk li qed jistennew sentenza mill-Qorti jew li ma ngħatawx il-liberta' proviżorja?
Kemm f'kull każ huma nisa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-11 ta` Jannar 2001 in-numru ta` residenti fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 256.
Dawn huma mqassma kif ġej:-
Barranin - 78 li minnhom hemm 33 sentenzjati
Maltin - 178 li minnhom hemm 132 sentenzjati
Total ta` dawk sentenzjati - 165
It-total tan-nisa huwa 9 li huma mqassma kif ġej:-
Maltin - 6 sentenzjati u 1 taħt arrest
Barranin - 1 sentenzjata u 1 taħt arrest
Jista' l-Ministru jgħid fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, bħalissa, kemm hemm nies li qegħdin hemm għaliex ma ngħatawx il-liberta' proviżorja mill-Qorti?
Kemm huma nisa? Kemm huma barranin u mil-liema pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin fil-11 ta` Jannar 2001 kien hemm 91 persuna li ma ngħatawx il-liberta proviżorja mill-Qorti.
Dawn huma mqassma kif ġej:
Irġiel
Nisa
Maltin
45
1
Sudaniżi
1
Libjani
33
1
Iraqini
2
Eġizzjani
3
Niġerjani
1
Olandiżi
1
Alġerini
1
Taljani
1
Tuneżini
1
TOTAL
89
2
Jista' l-Ministru jgħid: (a) Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema barranin jaħdmu f'pajjiżna? (b) Mil-liema pajjiżi ġejjien? (ċ) Ma' liema kumpanniji jew xorta oħra qed jaħdmu? (d) Xi professjoni jew sengħa qed jipprattikaw fil-ħidma tagħhom? u (e) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata b'din l-informazzjoni kif wkoll bl-ismijiet ta' dawn il-ħaddiema?
Response (BORG, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba minnhu tiġi ppubblikata kull l-ewwel Tnejn ta` kull xahar f`lista maħruġa mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni. L-aħħar lista ġiet ippubblikata nhar it-Tlieta 2 ta` Jannar 2001 (minħabba li t-Tnejn inzertat Festa Pubblika).
Din il-lista ma tinkludix il-pajjiżi minn fejn ġejjin dawn il-ħaddiema barranin. Din l-informazzjoni tinsab fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu appuntat chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kemm huwa minnu li l-persuna appuntata bħalissa kienet wkoll project manager għal żewġ proġetti turistiċi kbar? Jekk iva, liema huma dawn il-proġetti? Jekk iva, ic-chairman ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar daħal bħala project manager wara li sar chairman ta' l-Awtorita'? Jekk iva, tista' jekk jgħoġbok tindika d-dati relevanti għall-ipproċessar tal-proġetti involuti mill-Awtorita', mad-data ta' l-ewwel talba li saret għalihom u data ta' l-aħħar permess li ħareġ?
Response (BORG, TONIO)
Ic-Chairman ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ġie appuntat fl-l ta` Novembru, 1998.
Mall-ħatra tiegħu huwa ddikjara l-interessi tiegħu skond il-Kodiċi ta` Etika għal Diretturi ta` Bordijiet fis-settur pubbliku. Din id-dikjarazzjoni tindika li huwa kien impjegat bħala General Manager (Properties) mad-ditta L. Farrugia & Sons u s-sussidjarji tagħha.
Fit-8 t`Awissu 2000, ġie ddikjarat li l-persuna ġiet imqabbda f`dik id-data bħala Structural Consultant fil-Hyperion Hotel Project f`Buġibba.
Fit-12 ta` Settembru 2000, ġie ddikjarat li l-persuna ġiet appuntata f`dik id-data bħala Structural Engineering u Management Consultant lil La Salita Hotel Project fil-Mellieħa.
Fis-7 ta` Novembru 2000, ġie ddikjarat interess professjonali fil-proġett Villa Cassar Torreggiani, San Ġiljan, peress li min dik id-data l-persuna ġiet imqabbda biex tagħti s-servizzi tagħha fi Project Management.
Id-dati rilevanti għall-ipproċessar tal-proġetti involuti mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar huma hekk:
Hotel Hyperion
PA 3882/00 Għall-estensjoni u alterazzjoni tal-Hotel Hyperion, Qawra li ġiet sottomessa fil-21 ta` Lulju 2000, u ġiet deċiża mill-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fis-26 ta` Ottubru 2000.
La Salita Hotel
PA 2825/98 Outline application biex tinbena La Salita Hotel, Mellieħa, ġiet sottomessa fl-14 ta` Mejju 1998, u ġiet deċiża fl-1 ta` Settembru 1999.
PA 5588/99 Full development ta` La Salita Hotel skond PA 2825/98 ġiet sottomessa fit-23 ta` Novembru 1999, u ġiet deċiża fis-16 ta` Ottubru 2000.
Talba għal rikunsiderazzjoni ta` waħda mill-kundizzjonijiet ġiet sottomessa fil-15 ta` Novembru 2000, u ġiet rifjutata fl-10 ta` Jannar 2001.
PA 5365/00 Biex isiru alterazzjonijiet fuq id-disinn tal-faċċata u alterazzjonijiet żgħar oħra nterni. Ġiet sottomessa fid-9 t`Ottubru 2000, u deċiża fis-6 ta` Novembru 2000.
PA 5452/99 Biex jitwaqqa` bini eżistenti u tinbena lukanda. Ġiet linked ma` PA 5588/99 u ġew deċiżi flimkien fis-16 ta` Ottubru 2000.
PA 6467/00 Biex jiġu emendati l-pjanti approvati. Ġiet sottomessa fid-19 ta` Diċembru 2000, u qed tiġi pproċessata.
Villa Cassar Torreggiani
PA 2360/92 Outline application PA 2360/92 ġiet sottomessa fl-1 ta` Frar 1993, u ġiet deċiża fl-1 ta` Lulju 1999.
PA 0654/00 Full Development Application skond PA 2360/92, ġiet sottomessa fit-8 ta` Frar 2000, u deċiża fit-13 ta` April 2000.
F`kull każ imsemmi, ic-Chairman iddikjara l-interess tiegħu fl-applikazzjoni u ma ħa ebda sehem fit-trattativi ma` l-Awtorita`, u lanqas ħa sehem fil-kunsiderazzjoni ta` dawn l-applikazzjonijiet mill-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-kummissarju tal-Pulizija ser iħallas is-somma ta' Lm 4,500 lill-persuna li isimha qed jiġi ndikat separatament stante li hu ġie kkundannat iħallas fil-proċeduri li wkoll qed jiġu ndikati separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi qed tittieħed proċedura amministrattiva sabiex dan il-każ ikun finalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jieħdu l-appointment l-apprendista TCO fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jista' l-Ministeru jgħid x'kumpens ser jieħdu meta dawn diġa' ilhom hemm tmien xhur?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22273.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi fil-preżent dawn it-Trainee Correctional Officers qegħdin jirċievu s-salarju minimu kurrenti, inkluż kumpens għall-għoli tal-ħajja u l-bonus (pro. rata), u dan skond kif deher fl-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta` Novembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li nqabdu jabbużaw mid-droga tul Diċembru 2000? X'eta' kellha kull persuna li nqabdet tabbuża u x'tip u x'ammont ta' droga kellha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` Diċembru 2000, kien hemm 23 persuna li l-eta` tagħhom kienet ta` bejn is-16 u 45 sena li nqabdu jabbużaw mid-droga. L-ammont ta` droga maqbuda kien kif ġej:-
Cannabis
2.5 grms
Ecstacy
980 tablets
Heroin
407 grms
Cocaine & Heroin
24 sachets
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi tal-pulizija għat-tiswija fil-garages tal-gvern bħalissa?
Kemm irid jgħaddi żmien sabiex vettura bi ħsara li trendiha mhux tajba għas-sewqan tiġi mogħtija l-attenzjoni meħtieġa?
Kemm ġew scrapped karozzi u muturi tal-pulizija, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm inxtraw jew ġew donated vetturi fl-istess perijodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 19-il vettura għat-tiswija fil-garage tal-Pulizija. Il-proċedura segwita hija li meta vettura tkun irrapurtata bil-ħsara u tiddaħħal il-garage għat-tiswija, tiġi assessjata l-ammont tal-ħsara u t-tiswijiet meħtieġa. Kif jista` japprezza l-Onorevoli Interpellant, iż-żmien sabiex issir it-tiswija jiddependi ħafna fuq l-ammont ta` tiswijiet meħtieġa. Inqas ma tkun il-ħsara inqas ikun iż-żmien sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija infurmat li kien hemm 253 vettura u 64-il mutur li ġew scrapped matul iż-żmien imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, filwaqt li nxtraw jew ġew donated 209 vettura u 67 mutur.
Jista' l-Ministru jgħid, bejn Settembru u Diċembru 2000, kontra kemm-il persuna ttieħdu passi talli:
(1) iġġieldu jew b'mod ieħor fixxklu l-andament ta' logħba
football;
(2) kemm kien hemm dagħa waqt l-istess logħob;
(3) issawtu uffiċjali tal-logħba?
F'kull każ, jista' jgħid kemm saru fl-istadium nazzjonali, fil-Gozo Stadium, l-istadium Victor Tedesco, fil-ground tal-Hibernians f'Kordin u fis-Centenary stadium?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu speċifikat mill-Onorevoli Interpellant kien hemm 19-il persuna li nbdew proċeduri kriminali kontra tagħhom minħabba ksur ta’ bon ordni fi ground tal-football. Dan il-ksur li kien jikkonsisti f’dagħa seħħ kif ġej:-
National Stadium
13
Centenary Stadium
5
Gozo Stadium
1