Legislature:
Category:
Reset
Active:

School Girl Mother Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tfal jattendu l-ischool girl mother unit din is-sena u sena b'sena minn meta twaqqfet? X'eta' għandhom dawk tal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn l-1989 u l-1998 l-istatistika kienet tinżamm fuq is-sena skolastika. 1989 - 90 12 1990 - 91 15 1991 - 92 28 1992 - 93 20 1993 - 94 28 1994 - 95 35 1995 - 96 57 1996 - 97 56 1997 - 98 73 Mill-1999 l-istatistika bdiet tinżamm bejn Jannar u Diċembru 1999 98 2000 114 2001 116 2002 131 2003 140 2004 153 2005 156 2006 106 (to date) Dawn huma l-każijiet ġodda ta' kull sena. Din l-istatistika turi biss dawk li resqu lejn il-Unit għall-għajnuna. L-eta' li għandhom dawk tal-lum hija mqassma hekk: 13-il sena 2 14-il sena 4 15-il sena 18 16-il sena 13 17-il sena 36 18-il sena 16 18+ 17

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Minħabba li jidher li għall-eżami tal-junior lyceum li jmiss fis-sena 2007 is-sillabi tal-matematika u ta' l-istudji soċjali se jkun fihom xi tibdil, jista' il-Ministru jgħid x'se jagħmlu dawk l-istudenti li jirripetu s-sena biex jagħmlu l-eżami tal-junior lyceum is-sena d-dieħla? Jista' jiġi kkonsidrat li jkun hemm karta ta' l-eżami oħra li tkun fuq is-sillabi preżenti u dan għal darba waħda biss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li hemm tibdil sostanzjali fis-sillabi li jitlob karta differenti għat-tfal tal-Year 7. Informat li fil-każ tal-Matematika, għalkemm fis-sillabu l-ġdid daħlu metodi alternattivi ta' kalkulazzjoni, l-eżaminaturi se jaċċettaw minn tfal tal-Year 7 anke metodi oħra li tgħallmu fis-snin ta' qabel.

Impjiegi — Ħaddiema li ħarġu bis-sensja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20011 u jgħid kemm ingħataw sensji xahar b'xahar minn Jannar, 2006 sal-lum u jgħid ukoll minn liema settur kienu ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Mejju 2006 irreġistraw 1,175 persuna u fl-istess perjodu kien hemm 1,967 persuna li kienu jirreġistraw mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u sabu xogħol. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ persuni li ngħataw sensji u ġew jirreġistraw xahar b’xahar

Impjiegi — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu llegalment din is-sena? Kemm minn dawn irriżulta li kienu immigranti illegali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni barranin li nstabu jaħdmu illegalment mill-ispetturi tal-Korporazzjni għax-Xogħol u Taħriġ matul din is-sena, minn Jannar sa Mejju 2006 huwa hekk: Xahar Nru ta’ persuni barranin li nstabu jaħdmu mingħajr permess Jannar'06 28 Frar 14 Marzu 5 April 16 Mejju 8 Total 71 Il-Korporazzjoni ma jkollhiex informazzjoni dwar kemm minn dawn il-ħaddiema kienu immigranti illegali.

Impjiegi — Persuni jaħdmu illegalment

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu Maltin jaħdmu illegalment din is-sena u x'passi ttieħdu kontra tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' Maltin li nqabdu jaħdmu illegalment mill-ispetturi tal-Korpoazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul din is-sena, minn Jannar sa Mejju 2006, huwa hekk: Xahar Nru ta’ persuni Maltin li nstabu jahdmu irregolarment Jannar'06 373 Frar 237 Marzu 109 April 173 Mejju 145 Total 1,037 Informat ukoll li f’kull każ, il-persuni jintalbu jirregolarizzaw ruħhom billi jimlew il-formola tal-Ingaġġ u jiġu mmultati Lm 25 multa amministrattiva. Fil-każ ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol waqt li nstabu jaħdmu, ġie infurmat id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, sabiex jipproċedi minn naħa tiegħu. Fin-nuqqas ta’ dan kollu, il-każ jgħaddi għall-Pulizija biex tipproċedi bil-Qorti.

ETC — Reġistru ta' l-impjieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu nies minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru din is-sena u għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar sa Mejju 2006 inqatgħu 989 persuna minn fuq l-Ewwel u t-Tieni parti tar-reġistru. Minn dawn id-989 persuna, 177 inqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 619 irrifjutaw opportunita' ta’ xogħol, filwaqt li 193 persuna rrifjutaw opportunita' ta’ taħriġ.

Impjiegi — Persuni jaħdmu illegalment

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti għax ħaddmu persuni illegalment din is-sena? Kemm minn dawn diġa' ittellgħu l-qorti drabi oħra u kemm-il darba individwalment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena 2006 kien hemm żewġ seduti fil-Qorti, dwar każijiet tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Għaż-żewġ seduti, tħarrku 30 persuna. Minn dawn it-tletin persuna: waħda minnhom kienet ittellgħet 5 darbiet oħra qabel, persuna ittellgħet 3 darbiet oħra qabel, persuna ittellgħet darbtejn oħra qabel, u 4 persuni kienu ttellgħu darb’oħra qabel.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Uffiċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16807, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux uffiċjali jaħdmu fis-segretarjat tiegħu seconded minn xi enti oħrajn? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid kemm għandu total?

Response (GALEA, LOUIS)

Fis-Segretarjat tiegħi għandi sitt uffiċjali seconded minn enti pubbliċi oħra.

Skejjel — Arja kkondizzjonata

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy dwar stallar ta' arja kkondizzjonata fl-iskejjel statali? F'liema skejjel statali hemm arja kkondizzjonata stallata? Kien meħtieġ li jingħata xi permess? Jekk fl-affermttiv, mingħand min?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix il-policy li b'mod ġenerali ikun hemm stallazzjoni ta' arja kondizzjonata fl-iskejjel statali. Hemm skejjel fejn f'xi parti tagħhom ikun hemm arja kondizzjonata (p.e. laboratorji tal-kompjuters).

Ħamrun — Skola speċjali - Vettura

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'użu għandha l-karozza tal-kiri li n-numru tagħha qed jintbagħat separatament, li qed tagħmel ħin twil ipparkjata fi skola speċjali l-Hamrun? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-log books kollha ta' din il-vettura mis-sena 2004 sal-lum? Jista' jikkonferma jekk din il-vettura tiġix misjuqa minn xi membru tal-korp tal-pulizija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-karozza tal-kiri, tintuża minn supervisor tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, u tinsaq minnu. Dan is-supervisor huwa inkarigat mix-xufiera tal-vannijiet li jwasslu t-tfal bi ħtiġijiet speċjali fl-iskejjel. Is-supervisor jikkoordina x-xogħol mill-iskola 'Guardian Angel' tal-Ħamrun, imma jżur skejjel speċjali oħra, iqassam ir-rotot, u jara li t-tfal jaslu l-iskola, u lura d-dar fil-ħin. Is-supervisor jieħu ħsieb ukoll il-minor staff fl-iskejjel speċjali, jesegwixxi struzzjonijiet ta' l-assistent direttur, u jwassal tfal li jinzertaw ma jifilħux fil-ħin tal-lezzjonijiet lura d-dar, flimkien ma' min ikun qed jakkumpanjahom. Informat ukoll li l-log books tal-vetturi jistgħu ikunu suġġetti għall-verifika ta' l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u/jew tad-Direttorat Intern tal-Verifika u Investigazzjonijiet (IAID), għaldaqstant, id-Dipartiment ma jkunx jista' jitlaqhom minn idejħ. L-Onor. Membru japprezza li dawn id-dokumenti huma wisq voluminużi biex isiru fotokopji tagħhom. Dawn il-log books jinsabu d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Impjiegi — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu Malta llum? Jista' jelenka x'tip ta' xogħol jagħmlu kull wieħed u waħda individwalment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-aħħar ta' Ġunju 2006 kien hemm 7,712-il persuna ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu f'Malta. Lista tat-tip ta' xogħol li jagħmlu ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Droga/Alkahol

Question

Jista' il-Ministru jgħid issa li ntemmet is-sena skolastika, kemm kien hemm studenti rrapportati fl-iskejjel tal-gvern minħabba suspett ta' tehid ta' droga u/jew ta' alkaħol? Kemm-il każ kien ikkonfermat? Kien hemm każi rrapportati fl-iskejjel indipendenti u tal-knisja? Jekk fl-affermattiv, kemm? kienu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond ir-rapport li kellha t-Taqsima ta' Abbuż minn Sustanzi l-każijiet kienu : Sena Skolastika 05/06 Statali Tal-Knisja Indipendenti Sejbien ta' droga li jista jindika mhux għal użu personali 3 1 0 Droga għal użu personali 39 13 1 Informat ukoll li f'kull każ sar xi tip ta' intervent li kien hemm bżonn.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Ministeru għamel użu minn 4 konsulenti, kollha Maltin mill-1 ta' Jannar 2006 'il hawn. Dawn kienu Mr Paul Attard, Mr Joseph Sammut, Mr Kenneth Wain u Mr Jacques Sciberras. L-ewwel 3 konsulenti li jaħdmu fil-qasam ta' l-edukazzjoni, għandhom remunerazzjoni fissa filwaqt li Mr Sciberras, ekonomista li jagħti pariri dwar l-edukazzjoni avvanzata u ogħla jitħallas skond ix-xogħol ta' konsulenza li jagħmel.

Illitteriżmu f'pajjiżna

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sar l-aħħar studju dwar l-illitteriżmu f'pajjiżna? Kemm hu stmat li hawn nies illitterati? Kemm minnhom huma ta' l-eta' ta' l-iskola? Jista' jgħid ukoll x'inhi t-tifsira uffiċjali ta' persuna illitterata f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li t-tagħrif mitlub hu responsabbli għalih l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika (NSO), u allura l-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat, l-indikazzjonijiet huma li r-rata ta' illitteriżmu ta' nies f'Malta fiċ-ċensiment tal-2005 tirriżulta li hi ta' 7.3% filwaqt li fl-1995 kienet ta' 11.7%.

Tagħlim għall-Adulti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru klassijiet għat-tagħlim ta' l-adulti u fejn saru matul din is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa? Kemm attendew adulti u kemm kienu nisa? X'kienu l-korsijiet li attendew għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 1383 klassi, b'8204 persuna adulta, li minnhom 5701 kienu nisa, f'edukazzjonijiet għall-adulti. It-tagħrif l-ieħor mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.