Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34391 u cioe jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija 32678 (Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001) għall-ewwel 6 xhur tas-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn April u Ġunju ta' din is-sena ġew rappurtati dawn is-serqiet mill-Pixxina Nazzjonali:
18 ta' April Mobile phone miċ-changing room tan-nisa - valur
mhux magħruf
24 ta' April * Arloġġ, Bangles tal-fidda u Mobile Phone mil-
Lockers tan-nisa - valur mhux magħruf
25 ta' April Wallet miċ-changing room tan-nisa - valur mhux magħruf
27 ta' April Wallet miċ-changing room tan-nisa - valur mhux magħruf
28 ta' April Flus u ċwievet minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
*Mobile phone mil-lockers ta' l-irġiel - valur mhux magħruf
1 ta' Mejju Mobile phone miċ-changing room tan-nisa - valur mhux magħruf
5 ta' Mejju Basket tal-marka Speedo minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
8 ta' Mejju Mobile phone minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
23 ta' Mejju Basket b'oġġetti personali mill-Gym - valur mhux magħruf
26 ta' Mejju Mobile phone minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
5 ta' Ġunju Mobile phone minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
6 ta' Ġunju Mobile phone u Wallet minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
7 ta' Ġunju Mobile phone mill-iSquash Courts - valur mhux magħruf
29 ta' Ġunju Mobile phone u flus mil-lockers ta' l-irġiel - valur mhux magħruf
* Intalab l-intervent tal-Pulizija f'dawn iż-żewġ każijiet biss minħabba li min naqsulu l-oġġetti ma riedx li jittieħdu passi ulterjuri. F'każ partikolari s-serq ġie rappurtat tlett ijiem wara.
Informat ukoll li fil-perjodu msemmi, ma ġiet rappurtata ebda serqa li kienet tinvolvi proprjeta` ta' l-Universita`, pero` f'dan l-istess żmien, kien hemm rrapurtati serqa minn karozza u serqa ta' mutur li kienu pparkjati fil-Campus ta' l-Universita` (vetturi jistgħu jipparkjaw għar-riskju tas-sidien kif jidher mit-tabelli li hemm fid-dħul ta' l-Universita`). F'kull każ ġiet informata l-Pulizija fl-Għassa ta' l-Imsida.
Jista' il-Ministru jgħid b'liema kriterji ġiet aċċettata l-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għall-ħatra ta' assistent kap ta' skola mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-eliġibilita` tal-persuna msemmija għall-post ta' Assistent Kap qed tkun riveduta mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-għalliema li ntlaqgħet it-talba tagħhom għal trasferiment għal skola oħra għas-sena skolastika li se tibda:
1) fil-qasam primarju u
2) fil-qasam sekondarju
a) f'Malta u
b) f'Għawdex?
3) lejn liema skejjel iċċaqalqu f'kull każ?
Jista' il-Ministru jgħid kemm intlqagħu talbiet għal trasferimenti minn għalliema għas-sena skolastika li se tibda:
1) fil-qasam primarju u
2) fil-qasam sekondarju
a) f'Malta u
b) f'Għawdex?
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-għalliema li talbu li jiġu trasferiti għas-sena skolastika li se tibda:
1) fil-qasam primarju u
2) fil-qasam sekondarju
a) f'Malta u
b) f'Għawdex?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li talbu li jiġu trasferiti għas-sena skolastika li se tibda:
1) fil-qasam primarju u
2) fil-qasam sekondarju
a) f'Malta u
b) f'Għawdex?
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jidħlu f'xi istitut tal-MCAST f'Malta u f'Għawdex, għas-sena akkademika li se tibda? F'liema istituti applikaw f'kull każ u f'kull istitut kemm se jiġu aċċettati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm 1,620 żagħażagħ li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-ewwel sejħa ta' applikazzjonijiet għal dħul fl-MCAST f'Malta u Għawdex għas-sena akkademika 2002-2003.
In-numru ta' applikazzjonijiet s'issa Istitut b'Istitut hu kif ġej:-
Istitut Numru ta' dawk li applikaw
Malta Għawdex
Istitut ta' l-Inġinerija 265 12
Elettronika
Istitut ta' l-Inġinerija 176 4
tal-Bini u Kostruzzjoni
Istitut tat-Teknoloġija 464 21
ta' l-Informatika u l-
Komunikazzjoni
Istitut tan-Negozju u 513 19
Kummerċ
Istitut ta' l-Arti u d- 183 0
Disinn
Istitut Marittimu 19 1
In-numru ta' kemm ser jiġu aċċettati f'kull Istitut, jiġi definit wara t-tieni sejħa għal applikazzjonijiet li ser toħroġ fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom minn 14-il sena 'il fuq jattendu skejjel regolari u li għandhom:
a) diżabilita' fiżika
b) nuqqas ta' smigħ
c) nuqqas ta' vista
d) nuqqas mentali
e) aktar minn diżabilita' waħda?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom minn 14-il sena 'il fuq jattendu skejjel speċjali u li għandhom:
a) diżabilita' fiżika
b) nuqqas ta' smigħ
c) nuqqas ta' vista
d) nuqqas mentali
e) aktar minn diżabilita' waħda?
Jista’ il-Ministru jgħid għaliex xogħol ta’ kostruzzjoni fl-iskola primarja ta’ Ħal Luqa ilu wieqaf aktar minn erba’ ġimgħat? Peress li dan il-waqfien se jfixkel u jipposponi l-użu ta’ l-iskola mill-istudenti, jista’ jgħid x’miżuri ġodda ġew ippjanati? Jikkonferma lil-kuntrttur li kien qed jaħdem fuq l-istess skola ġie trasferit biex jaħdem fuq skola oħra? Jekk iva, jista’ jgħid liema hija l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kuntrattur li qiegħed jesegwixxi x-xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta' Ħal-Luqa waqaf għax-shut down annwali tiegħu. Wara li reġa' rritorna fuq il-lant kompla bix-xogħlijiet u qiegħed jaħdem skond il-programm miftiehem. Mhux minnu li l-kuntrattur ġie trasferit biex jaħdem fi skola oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid liema huma l-korsijiet f’MCAST li ġew eżawriti u ma jistgħux jilqgħu aktar studenti? X’linji gwida qed jingħataw dawk l-istudenti li l-għażla tagħhom ma ġietx milqugħha u għalhekk jinsabu pjuttost konfużi dwar l-għażla tal-karriera tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-applikazzjonijiet għadhom qed jintlaqgħu, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. Sadanitant nirreferi l-Onor. Kollega għall-Prospektus pubblikat li jistabilixxi l-kriterji li fuqhom issir l-għażla. Hekk kif il-proċess ikun komplet ir-riżultati jiġu pubblikati.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex inxtraw kotba ġodda għall-użu ta’ l-istudenti li jattendu l-iskejjel ta’ l-Istat għas-sena skolastika li se tibda fi ftit jiem? Ta’ liema suġġetti u ta’ liema livell? Jista’ jagħti l-istess dettalji għas-sena skolastika li għaddiet ukoll?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fl-iskola primarja ta' Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola primajra ta' Bormla qed isiru dawn ix-xogħlijiet permezz ta' numru ta' tenders li nħarġu mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada:
* Tqegħid ta' membrane sa' taħt id-DPC level f'parti mis-sular ta' isfel
* Sodda tal-konkos fuq il-parti fejn instab irdim fond
* Tqegħid ta' madum ġdid
* Tibdil ta' aperturi interni u esterni
* Ridekorazzjoni ta' kullimkien
* Soffitt ġdid fis-sala
* Sistema elettrika ġdida fis-sala
* Tiswijiet strutturali fil-faċċata biex jinbidlu kolonni perikolużi
Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il iskola indipendenti infurmat lid-dipartiment li se tgħolli l-miżati għas-sena skolastika li se tibda fi ftit jiem? B'kemm f'kull każ? Kemm kienu qabel? Ingħataw xi raġunijiet għaliex għolew il-miżati?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' serq lill-management tal-pixxina nazzjonali bejn Mejju u Awissu? X'kienu l-affarijiet misruqa? Min hija l-persuna li hija responsabbli mis-solveljanza tal-ħaddiema tal-pixxina? Jaf li kien hemm ilmenti, anke fil-gazzetti, li għawwiema qed jiksru ir-regolamenti mingħajr ħadd ma jieħu azzjoni u li mhux qed isir tindif kif suppost?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn Mejju u Awissu ta' din is-sena saru 22 rapport ta' serq ta' oġġetti personali mill-Pixxina Nazzjonali.
Ir-responsabbilita` tat-tmexxija (inkluża s-sorveljanza) tal-Pixxina Nazjonali taqa` fuq iċ-Chairman. Ninsab żgurat li l-ħaddiema kollha jagħmlu kemm jistgħu sorveljanza fuq il-post, b'mod speċjali ħdejn iċ-changing rooms u fuq id-deck.
Dwar l-aħħar parti tad-domanda infurmat li kull darba li kien hemm xi ksur ta' regolamenti l-management dejjem ġibed l-attenzjoni ta' l-individwi konċernati. Dawn il-ksur ta' regolamenti ma kienux ta' natura gravi. Informat li t-tindif fuq il-post qiegħed isir kif suppost. Fil-fatt dan l-aħħar saret inspection minn Health Inspector u ma jirriżulta li kien hemm xejn li jista' jkun ta' riskju għas-saħħa.
Jista' il-Ministru jissottometti site plan ta' l-area fejn huwa ppjanat skond il-proposta tal-pjan lokali, fejn se tinbena skola sekondarja fi Triq Valletta f'Ħal Qormi?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li għadu kmieni biex wieħed jissottometti site plan f'dan il-każ minħabba li l-proġett għadu qed jiġi diskuss fil-prinċipju ma' l-awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi li għadhom ma tħallsux tax-xogħol li għamlu mad-dipartiment, kemm hija l-ispiża u f'hiex kien jikkonsisti x-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-pagamenti jiġu proċessti ladarba kontijiet pendenti jiġu ċ-ċertifikati għall-pagament. Lista ta' xogħlijiet li ġew ċertifikati s'issa għall-pagament u li huma pendenti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xi spazju se jieħu l-MCAST li s'issa kien qed jintuża mill-iskola primarja tax-Xagħra, Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ispazju li ħa l-MCAST li kien jintuża mill-iskola Primarja tax-Xagħra ġewwa Għawdex huma żewġt ikmamar u li nstab spazju biżżejjed fl-istess skola għall-użu li kien isir minnhom.