Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jiġu riveduti l-ħinijiet u r-rotot tal-karozzi tal-linja, wara li jidher li dawn ma ntlaqgħux tajjeb mill-pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif diga’ gie imħabbar fil-preżent, Transport Malta qegħda tevalwa l-ilmenti li irċeviet sabiex, fejn ikun hemm bżonn u jkun possibli, jitwettaq l-aġġustament neċċessarju. L-ewwel aġġustament li huwa mistenni jidħol fis-seħħ huwa fuq dawk ir-rotot li primarjament jikkonċernaw l-isptar Mater Dei u ir-rotta X1.
Malta Public Transport – Transport Malta — spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hux qed tagħmel spezzjonijiet regolari fuq il-karozzi tal-linja tal-Malta Public Transport? Kemm-il spezzjoni saret xahar b'xahar fl-2015?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali ta’ Transport Malta jwettqu b’mod regolari spezzjonijiet fuq karozzi tal-linja tal-Malta Public Transport. In-numru ta’ spezzjonijiet li twettqu xahar b’xahar matul is-sena 2015 huwa hekk kif ġej:
Xahar
Numru ta’ Spezzjonijiet
Jannar
191
Frar
330
Marzu
423
April
358
Mejju
292
Ġunju
323
Lulju
277
Awwissu
335
Settembru
252
Ottubru
290
Novembru
302
Diċembru
278
Transport Malta – karozzi tal-linji – skeda tal-ħinijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali ta’ Transport Malta humiex jiċċekkjaw li l-karozzi tal-linja qegħdin iżommu mal-iskeda tal-ħinijiet (timetable)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta baqgħet għaddejja bl-istess proċess ta’ moniteraġġ li kienet twettaq qabel kif ukoll spot-checks fejn ikun hemm il-bżonn, biex jiżguraw li tal-linja qegħdin iżommu mal-iskeda tal-ħinijiet (timetable).
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-electronic boards li kien hemm f’ħafna bus stops fi żmien l-Arriva, m’għadhomx jaħdmu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-operatur tat-trasport pubbliku f’dawn l-aħħar xhur bidel is-sistema tas-software kif ukoll is-sistema tal-hardware tiegħu. Din tinkludi fost oħrajn, l-informazzjoni li tidher fuq l-electronic boards li hemm imwaħħla fuq numru ta’ bus stops. Infurmat ukoll li din is-sistema fil-preżent qed tiġi ttestjata u huwa mistenni li l-istess electronic boards ser ikunu qegħdin jaħdmu kif suppost fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-snin 2004 sa Marzu 2013 ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid f’min kienet tikkonsisti d-delegazzjoni li flimkien miegħu żaret it-Turkija fl-aħħar jiem? Jista’ jgħid x’kienu l-materji fuq l-aġenda tal-laqgħat?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 23413.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġu mħawwla mill-ġdid is-siġar li se jinqalgħu mill-pjazza ta' Raħal Ġdid (Paola) biex ikun jista' jsir il-proġett tal-pjazza li se jibda fil-ġranet li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Mellieħa – Transport Malta — Taraġ il-Landiera - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jindika meta hu mistenni li Transport Malta tibda u tispiċċa x-xogħol fuq il-bini ta’ Taraġ il-Landiera fil-Mellieħa, liema nuqqas ta’ turġien qed joħloq inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni hija fil-lista ta’ programm ta’ toroq li jridu jsiru minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq se jsiru skont il-prijoritajiet, progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-servizz tat-trasport pubbliku madwar il-Belt Valletta huwa wieqaf? Jista’ jgħid meta se jerġa’ jibda jingħata dan is-servizz?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tat-trasport pubbliku madwar il-Belt Valletta mhux wieqaf.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23135, jista' l-Ministru jgħid min talab li jitnaqqsu l-items li hemm indikati bħala li tnaqqsu, fl-istess risposta? X’wassal lil TM taċċetta li jitnaqqsu dawn l-items?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22971.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23135, billi jidher li fost l-oħrajn tneħħew tliet ġibjuni mix-xogħol li kellu jsir, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn kellhom jinbnew dawn il-ġibjuni, u kemm kellhom jesgħu ilma l-istess ġibjuni? X’wassal biex ittieħdet id-deċiżjoni li dawn il-ġibjuni jitneħħew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22971.
Ir-Rabat – Triq Għajn Kajjet – sistema tad-dwal fit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi stallata sistema ta’ dawl fit-triq li minn Triq Għajn Kajjet, ir-Rabat, twassal għall-Baħrija? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir dan, u jekk le, jista’ jikkunsidra li tiġi stallata tali sistema?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bejn is-snin 2004 sa Marzu 2013 ingħata dan ix-xogħol minn Transport Malta lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament:
Sena Valur
2010 € 37.76
2012 € 170.16
Ma nstabet l-ebda informazzjoni jekk dan ix-xogħol ngħatax wara ħruġ ta’ sejħa jew inkella b’ direct order.
Ix-Xemxija – Irranġar ta’ bus shelter ħdejn il-Knisja tal-Kapuċċini
Question
Billi l-bus shelter li hemm ħdejn il-knisja tal-Kapuċċini fit-telgħa tax-Xemxija jinsab fi stat ħażin, u billi jidher li issa lanqas għad hemm post fejn wieħed joqgħod bilqiegħda meta jkun qed jistenna l-karozza tal-linja, jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jieħu l-passi neċessarji biex dan il-bus shelter jiġi rranġat għal benefiċċju ta' dawk li jużaw dan l-istess shelter?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qed tagħmel spezzjoni fuq il-bus shelter imsemmi sabiex tistabbilixxi ix-xogħol ta’ tiswija meħtieġ fuq dan l-istess shelter.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex jitwaħħlu pelican lights ġewwa Triq l-Imdina (l-area tal-mitħna), Ħaż-Żebbuġ u li għalihom diġà hemm arbli stallati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali pelican crossing se tiġi nstallata fil-jiem li ġejjin.
Peress li dan l-aħħar jidher li kien hemm żieda sostanzjali fl-użu ta’ motor cycles fuq it-toroq tagħna, bil-konsegwenza li s-sewwieqa qed isibuha diffiċli meta jiġu biex jipparkjaw, jista’ l-Ministru jikkonsidra li n-numru ta’ postijiet riservati għal dan it-tip ta’ trasport f’parkeġġi pubbliċi, jiżdied?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija konxja ta’ din iż-żieda fl-użu ta’ muturi u qed tevalwa alternattivi sabiex ikun hemm dejjem bilanċ adekwat fil-postijiet ta’ parkeġġ, kemm għall-vetturi kif ukoll għall-muturi.
Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fil-BOV Ta’ Qali Adventure Park? Jista’ jara li jsir tibdil neċessarju fil-bandli u li fejn neċessarju t-tapit tal-art jinbidel u li t-toilets jinżammu fi stat tajjeb?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li qed jibbenefikaw minn tindif ta’ wara li jżarma l-monti? Jista’ jgħid kemm hija vvalutata din l-għajnuna li qed jingħataw dawn il-kunsilli?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.