Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-monitoring li qed isir fir-Rabat sabiex ikun analiżat l-impatt tas-sistema one way fi Triq G.Borg Olivier dwar r-Rabat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jaf li bis-sistema tal-one way il-ġdida ta` Triq Ġorg Borg Olivier ir-Rabat, żdied il-volum tat-traffiku fuq toroq oħra fiċ-ċentru tar-raħal.
Jidher iżda li ħafna mill-karozzi li qed jagħddu miċ-ċentru tar-raħal qed jagħmlu hekk bla bżonn meta jistgħu jużaw toroq oħra li għalkemm huma ftit itwal f`dik li hija distanza joffru alternattiva ta` rotta li hija iqsar fil-ħin.
Għaldaqstant il-Bord huwa tal-fehma li s-sistema l-ġdida għandha, għalissa, tibqa` kif inhi biex sewwieqa jidraw l-użu tat-toroq li jagħddu mill-periferiji ta` l-ibliet u l-irħula u mhux ta` dawk li jagħddu minn ġo nofshom.
Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għall-mistoqsija parlamentari nru. 22916 b'mod aġġornat għal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' vapuri miżmuma għall-perjodu Jannar - Ottubru 2001 huwa ta' 233.
Tajjeb wieħed jinnota li l-informazzjoni għall-perjodu bejn Jannar u Ottubru 2001 għad tista' tiġi aġġornata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27301?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn l-aħħar surveys li saru, wieħed fil-15 ta' Settembru 1999 (ġurnata safija) u l-ieħor fid-9 ta' Marzu 2000 (ġurnata xitwija), ħarġet xi indikazzjoni ta' rotot li jagħmlu profit u oħrajn li jagħmlu telf, madanakollu nħoss li din l-informazzjoni mhix biżżejjed biex jiġu bbażati konklużjonijiet partikulari.
Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' xogħol tlesta sal-lum fil-bini ta' triq mill-Iklin sas-Salini?
Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa u kemm hu l-valur tal-kuntratt?
Meta suppost għandu jitlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa fuq dan il-proġett twettaq 20% mix-xogħol meħtieġ f`din it-triq.
Il-pagamenti li saru s`issa lill-kuntrattur jammontaw għal Lm191,308.
Il-valur tal-kuntratt huwa ta` Lm1,413,677 u dan kellu completion period ta` tnejn u ħamsin ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' xogħol sar sal-lum fil-bini tat-triq ta' Burmarrad?
Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa u x'inhu l-valur tal-kuntratt?
Meta suppost għandu jitlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa fuq dan il-proġett twettaq 20% mix-xogħol meħtieġ f'din it-triq.
Il-pagamenti li saru s'issa lil kuntrattur jammonta għal Lm188,350.
Il-Valur tal-kuntratt huwa ta` Lm1,347,647 u dan kellu completion period ta` tnejn u ħamsin ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' xogħol tlesta sal-lum fil-bini tal-Mosta ring road?
Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa u x'inhu l-valur tal-kuntratt?
Meta suppost għandu jitlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa fuq dan il-proġett twettaq 35% mix-xogħol meħtieġ f'din it-triq.
Il-pagamenti li saru s'issa lill-kuntrattur jammontaw għal Lm69,801.
Il-valur tal-kuntratt huwa ta' Lm568,550 u dan kellu completion period ta' tnax-il xahar.
Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' xogħol tlesta fil-bini ta' Psaila Street Santa Venera/B'Kara?
Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa u x'inhu l-valur tal-kuntratt?
Meta suppost għandu jitlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa fuq dan il-proġett twettaq 75% mix-xogħol meħtieġ f'din it-triq.
Il-pagamenti li saru s'issa lill-kuntrattur jammontaw għal Lm564,573.
Il-valur tal-kuntratt huwa ta` Lm805,000 u dan kellu completion period ta' ħmistax-il xahar.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk tlestiex ix-xogħol kollu f'Imdina road, Ħ'Attard (quddiem Mont Caremel)?
Kemm kien il-valur tal-kuntratt u kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?
Meta suppost tlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa fuq dan il-proġett twettaq 95% tax-xogħol meħtieġ f'din it-triq u x-xogħol mistenni li jitlesta' sa l-aħħar ta' Novembru.
Il-pagamenti li saru s'issa lill-kuntratturi Rite Mix Ltd u Roads Group jammontaw għal Lm159,064 u Lm139,649 rispettivament.
Il-Valur tal-kuntratt fuq xogħol ta' formazzjoni huwa Lm159,462 u l-valur tal-kuntratt ta' surfacing huwa ta' Lm157,696 u dan ix-xogħol kellu completion period ta' ħmistax-il xahar.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk tlestiex ix-xogħol ta' Imdina road, Qormi?
Kemm kien il-valur tal-kuntratt u kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?
Meta suppost tlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f'Mdina Road, Qormi tlesta' ħlief għal xi xogħol ta` finishing u tindif li jrid isir qabel ma ssir il-handing over.
Il-valur tal-kuntratt fuq xogħol ta` formazzjoni huwa ta` Lm631,005 u l-valur ta` surfacing huwa ta` Lm345,972.
Il-kuntrattur tħallas l-ammont ta` Lm584,060 u Lm328,674 rispettivament fuq dawn iż-żewġ kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid x'perċentaġġ ta' xogħol tlesta fil-bini ta' Triq Ħal Far?
Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa u kemm hu l-valur tal-kuntratt?
Meta suppost għandu jitlesta x-xogħol skond il-kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f'Ħal Far Road pratikament tlesta' ħlief għal xi xogħol ta` finishing u tindif li jrid isir qabel ma ssir il-handing over.
Il-pagamenti li saru s'issa lil kuntratturi Penza Tarmac Ltd, Schembri Barbros u General Road Servicing jammontaw għal Lm392,450, Lm347,992 u Lm368,557 rispettivament.
Il-valur tal-kuntratt huwa ta` Lm1,182,772 u dan kellu completion period ta` tletin ġimgħa.
Jista' l-Ministru jinforma l-kamra jekk huwiex possibli li isir asfaltar mill-ġdid tal-parti ta' wara ta' Triq San Gwann u A Sistner Street, Fgura billi hemm bżonn li dan jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq msemmija jinsabu fil-programm ta' resurfacing tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq dawn it-toroq f'Santa Venera: Abela, Vinċenzo Buġeja, Ġuże Pace, Triq Ġdida fi Triq Ġuże Pace u Triq Ġdida fi Triq Kanonku Mifsud Bonniċi, issa li ngħalqu t-tenders?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ħarġet sejħa għall-offerti għal dawn it-toroq. Diġa ingħatat l-ordni biex f`toroq Ġuże Paċe u Triq Ġdida fi Triq Kanonku Mifsud Bonniċi jibda x-xogħol, fil-waqt li s-sejħa għall-offerti għal Toroq Abela u Vincenzo Buġeja qiegħda għal aġġudikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min fejn hu ġej ilma tad-dranaġġ li nieżel min Triq Alessandru Bormla għal quddiem l-iskola tal-primarja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn spezzjoni li saret mid-Dipartiment irriżulta li la quddiem Triq Alessandru u l-anqas quddiem l-iskola primarja ma nstab li kien nieżel xi ilma tad-dranaġġ.
Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill irċieva l-istess ilment u d-Dipartiment tad-Dranaġġ għamel spezzjoni wkoll u ma sab l-ebda ilma tad-dranaġġ nieżel.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni ta' rdim ta' medda sħiħa bil-katusi ġodda tad-drenaġġ li kienu għadhom kemm saru mil-kuntrattur li qed jaħdem fi Triq Hompesch Fgura, biex dan reġa għamel oħrajn ħdejhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-lokalita` saret estenzjoni ta' main f'parti mit-triq taħt il-bankina li saret biċċa main oħra ġdida f`nofs it-triq biex titkabbar dik li kienet eżistenti.
Barra minn hekk inbidlet medda żgħira tal-main eżistenti fejn dan kien fil-linja tal-medda l-ġdida tal-storm water system li kellha titpoġġa mal-ġenb għax ma kienx hemm spazju fiżiku bejn il-main tad-dranaġġ u l-optic fibre cable tal-Maltacom u l-main tal-Enemalta biex jippermetti it-tqegħid tal-pipe tal-storm water system.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn saru private roads matul dawn l-aħħar tnax il-xahar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta` toroq li sar xogħol fihom matul dawn l-aħħar tnax-il xahar u jkopru erbgħin lokalita`.
Din il-lista tinkludi wkoll l-ismijiet ta` toroq li qed isir xogħol fihom.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir Sqaq il-Burzett ġo Ħaż-Żabbar peress li din qatt ma kellha sufacing u tinsab fi stat perikolu għan-nies u l-karozzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 26501.
Xogħolijiet oħra msemmija isiru skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Dipartiment.