Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28792 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 26790, jista' l-Ministru jiċċekka l-faxes originali ta' l-offerti li rċeviet il-Medigrain kull meta ħarġet talba għall-offerti għal xirt ta' qamħ u jinvestiga jekk hux minnu li l-kumpanija li tefgħet l-offerta , kull meta rebħet l-offerta, kiene dejjem hi l-aħħar li tefgħet l-offerta qabel għalaq il-ħin? Jekk jirriżulta li hu hekk, jista' jieħu l-passi meħtieġa sabiex pajjiżna ma jkomplix jingħata isem ħażin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ipproċessar ta' l-offerti li jinħarġu mill-Medigrain isir dejjem fil-preżenza tal-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija, ta' rappreżentant ta' l-Uffiċċju ta' l-Awditur Ġenerali u ta' rappreżentant tat-Taqsima tal-Kuntratti tad-Dipartiment tat-Teżor.
Leg 9 PQ #28796 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kordin Grain Terminal/Medigrain — Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-salarji taċ-chairman, id-deputy chairman u iċ-Chief Executive fil-Kordin Grain Terminal sal-aħħar tas-sena 1998? Kemm huma s-salarji din is-sena? Jista' jgħid kemm kienu s-salarji tac-chairman, deputy chairman u l-manager fil-Medigrain sa l-aħħar tas-sena 1998? Kemm huma dawn l-istess salarji din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28797 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tunnellaġġ ta' Qmuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' tunnellaġġ ta' qmuħ li ġew maħżuna fil-Kordin Grain Terminal mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum min kumpaniji barranin sabiex jintbgħat f'destinazzjoni oħra? Lil kemm-il kumpanija kien jappartjini?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Jannar tas-sena l-oħra u l-10 ta' Ottubru ta' din is-sena, 81,066,953 tunnellata ta' qmuħ inħattu u ġew maħżuna fil-Kordin Grain Terminal minn tnax-il klijenti barranin.
Leg 9 PQ #28854 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kawża Kontra Individwu

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 28724?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent għaddejjin trattattivi bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-persuna involuta fil-każ sabiex jintlaħaq ftehim dwar l-ammont ta' danni li l-Korporazzjoni qed tippretendi li għandha tħallas u kif tali danni ser jitħallsu. Sadanittant il-Korporazzjoni qed iżżomm id-drittijiet legali tagħha permezz ta' ittri uffiċċjali li ġew preżentati kontra l-imsemmija persuna u li bihom ġie notifikat. Il-Korporazzjoni qed tagħmel ukoll il-preparamenti meħtieġa biex jekk ma tinstabx soluzzjoni bonarja fi żmien qasir, tiġi ppreżentata kawża kontra l-persuna involuta f'dan il-każ.
Leg 9 PQ #28865 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vodaphone — Policy

Question

Nixtieq nerġa npoġġi mistoqsija nru. 18919 u 28418 sabiex il-Ministru jelabora aktar u jagħti iktar tweġiba sħiħa peress li t-tweġiba kif inhi ma hijiex ċara biżżejjed?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-policy li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija 18919 ma nafx biha. Naturalment, jekk dak li qed jingħad fil-mistoqsija qed iseħħ tassew, żgur li ma naqbilx miegħu. Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru li jekk għandu xi nformazzjoni dwar din il-materja jgħaddiha lill-pulizija.
Leg 9 PQ #28905 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' l-ilmenti kontinwi tar-residenti ta' Triq l-Għollieq, Mosta u Triq l-Assembleja Nazzjonali u madwar ta' storbju u ħsejjes ġejjin mis-supermarket li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament , x'passi ttieħdu mill-korporazzjoni Enemalta billi l-inkonvenjent għadu jippersisti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa purament ta' natura privata u l-Korporazzjoni Enemalta ma għandhiex x'taqsam f'din il-kwistjoni.
Leg 9 PQ #28940 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Filters tal-Boilers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex jiġu rranġati l-filters tal-boilers li hemm fil-Power Station tal-Marsa biex il-poplu tal-Fgura u l-inħawi ta' madwar ma' jibgħux ikollhom trab iswed issa li f'daqqa waħda reġa tfaċċa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li dan l-aħħar it-terminu filters ġie użat għall-Electrostatic Precipitators, għandi għax nifhem li dan huwa xi jrid ifisser l-Onorevoli Interpellant. Jiena nfurmat li l-boilers numri sebgħa u tmienja għandhom precipitators li qiegħdin jaħdmu kif suppost. Qed isir ukoll xogħol fuq il-precipitator tal-boiler numru sitta li bħalissa jinsab wieqaf għall-overhaul.
Leg 9 PQ #29002 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew il-linji tad-dawl tal-high tension li għaddejjin eżatt minn ma' l-uffiċji ta' l-iskrivani fil-Pitkalija f'Ta' Qali u fin-nuqqas jara li jsiru testijiet biex jiġi stabilit l-electromagnetic field u dan biex jiġi żgurat li dan ma hux ta' ħsara għall-ħaddiema li jaħdmu hemm hekk?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi nvestigat u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #29010 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Double Arm Poles

Question

Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex id-double arm poles li hemm fi Triq l-Imdina, Żebbuġ bejn il-Kalkar tal-Ġir u r-roundabout ta' ħdejn De Rohan Gate ikunu fi stat tajjeb ta' manutenzjoni u: 1) jitneħħew dawk li huma msaddin jew mgħawġin u jinbidlu ma' oħrajn ġodda 2) jitwaħħlu lantarni fejn ma jeżistux jew ma jixgħelux 3) jitneħħew l-arbli li m'għadx għandhom użu meta ma ġenbhom twaħħlu oħrajn ġodda

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi nvestigat u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #28535 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Triq M. Depiro — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tiddawwal aħjar Triq M. Depiro r-Rabat, Malta. Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Naturalment dwar data wieħed irid jikkunsidra l-fatt li l-Korporazzjoni għandha diversi talbiet simili pendenti.
Leg 9 PQ #28536 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsum ta' Fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28137?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-bejgħ ta' fuels f'litri bejn l-1 ta' Jannar 1997 u t-30 ta' Ġunju 2001 kien kif ġej: SENA PETROL PETROL DIESEL PITROLJU NORMALI BLA ĊOMB 1997 37,825,096 11,937,680 43,358,378 12,381,040 1998 34,828,030 13,698,770 46,717,532 2,504,370 1999 33,619,234 15,451,902 47,859,990 6,859,840 2000 30,132,827 17,378,425 48,988,308 7,450,930 2001 27,643,032 18,367,523 54,511,007 7,126,070
Leg 9 PQ #28718 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Azzur Air

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija tal-ajru Azzur Air, li għanda sehem kbir tal-Air Malta, trid tagħti lura l-ajruplani RJ70? Jekk dan huwa minnu, x' użu jista isir minn dawn l-ajruplani mill-kumpanija nazzjonali?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali kunfidenzjali u jidhirli li ma jkunx fl-aħjar interess tal-Kumpanija li tali nformazzjoni tixxandar. Tajjeb jingħad ukoll li din il-kumpanija għandha fiha shareholding privat.
Leg 9 PQ #28820 Sitting 620 2001-10-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Leg 9 PQ #28589 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Small Business Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' bi ħsiebu jgħamel is-Small Business Unit dwar l-oġġeżżjoni li qed iressqu s-sidien ta' stabbilimenti kummerċjali fi Triq San Pawl f' San Pawl il-Baħar li t-triq tagħhom tingħalaq għat-traffiku għax jolqothom ħażin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Uffiċċju għall-Intrapriżi ż-Żgħar biħsiebu jwassal l-oġġezzjoni tas-sidien imsemmija għall-attenzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #28783 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Elbros

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li 4 ħaddiema li jaħdmu ma' Kalaxlokk u jaħdmu ma' Elbros, ilhom ma jitħallsu 4 xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt hemm ħaddiem wieħed tal-kumpanija Kalaxlokk li hu sekondat mal-kumpanija Elbros. Dan qed jitħallas regolarment.
Leg 9 PQ #28463 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vodaphone

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif il-kumpanija Vodaphone filwaqt li żidiet il-profitti naqset il-kummissjonijiet tal-bejgħ tal-vodaphone cards minn 10% għall 7% mill-ewwel ta' Ottubru ta' din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28618 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Retail Trade

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tax-xejra li hemm minn xi promoturi maltin biex ikun hemm sehem barrani fir-retail trade lokali, il-gvern qed jagħti kunsiderazzjoni tal-fatt li dan jista jwassal biex ċertu sourcing jibda jiġi redirected lil suppliers barranin flok dawk lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fil-preżent kwalunkwe kumpanija Maltija, kemm jekk għandha xi sehem barrani fiha kif ukoll jekk m'għandhiex, tista' tagħmel sourcing mingħand suppliers lokali u/jew barranin għall-ħtiġijiet kummerċjali tagħha. Għaldaqstant mhux mistenni li dan il-fatt iwassal biex ċertu sourcing jibda jiġi redirected lil suppliers barranin flok dawk lokali.
Leg 9 PQ #28781 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-ħaddiema li hemm jaħdmu fil-bars u fis-sezzjoni tal-catering fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, għalkemm m'humiex ingaġġati direttament mill-Gozo Channel xorta waħda l-istess kumpanija tikkonferma lill-persuna li imexxi dawn il-bars u li għandu l-offerta, bi ħlas għal l-istess ħaddiema? Huwa minnu li r-rata kull siegħa li l-Gozo Channel tħallas għal kull ħaddiem li hemm jaħdmu fil-bars tal-Gozo Channel huma ferm għola mir-rata kull siegħa li l-istess persuna li għandha din l-offerta tħallas lill-istess ħaddiema kull siegħa? Jista' jagħti r-rata li titħallas kull siegħa lill-persuna li għandha din l-offerta tal-bars tal-Gozo Channel? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'din is-sezzjoni u kemm ħalset il-Gozo Channel bħala kumpens għal dawn il-ħaddiema minn Jannar sal-illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena 2000 il-Kumpanija Gozo Channel ħadet f'idejha l-bejgħ li jsir fil-bars li hemm fuq il-vapuri tagħha. L-impjegati tal-barijiet huma kollha mpjegati tal-kuntrattur privat li min-naħa tiegħu jissuplixxi n-nies fuq il-vapuri tal-Gozo Channel skond l-esiġenzi tas-servizz. Il-Kumpanija tħallas lill-kuntrattur privat rata fissa għal kull siegħa ta' xogħol li ssir mill-ħaddiema li jipprovdi. Ir-rata mħallsa mill-Gozo Channel tinkludi l-ispejjeż l-oħra ta' xogħol bħalma huma l-frank, is-sahra u l-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali. Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija, l-informazzjoni li qed tintalab hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-Gozo Channel li tali nformazzjoni tixxandar. Tajjeb infakkar li l-impjegati tal-barijiet kollha huma tal-kuntrattur privat u jaqgħu direttament fir-responsabbilta' ta' min jimpjeghom.
Leg 9 PQ #28456 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-qliegħ tal-Medigrain matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-qliegħ tal-kumpanija Medigrain matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kien kif ġej: 1996 Lm 701,492 1997 Lm 798,305 1998 Lm 903, 184 1999 Lm1,005,277 2000 Lm 859, 660 Tajjeb jingħad li ammont sostanzjali mill-profitti li tagħmel il-Kumpanija imorru għand il-Gvern f'forma ta' dividends, liema ammonti jmorru fil-Fond Konsolidat.
Leg 9 PQ #28457 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain — Reshipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 'l hawn kemm żdied ir-reshipment tal-qmuħ mill-Medigrain meta paragunat mas-snin preċedenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal transhipment. Jekk dan huwa l-każ, jiena nfurmat li l-Medigrain ma tagħmilx transhipment.