Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar — Triq il-Baħrija

Question

No question text.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-Triq imsemmija mill-onorevoli interpellant giet inkluza fil-program ta’ toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program ghal bini ta’ Toroq godda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirrizultaw

Ħaż-Żabbar — Triq is-Santwarju

Question

No question text.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpelant li t-triq imsemmija hija responsabilta tal-Kunsill Lokali ta’ Haz-Zabbar u ghaldaqstant il-Kunsill Lokali ghandu jipproponi lill-Awtorita' dwar it-Trasport jekk hemmx bzonn li jssir xi tibdil jew le.

Telgħa tad-Dwejra

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett biex tiġi rranġata t-triq tat-Telgħa tad-Dwejra, l/o Rabat li tinsab bejn it-triq il-ġdida bejn il-Mosta u l-Imġarr u r-Rabat, Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Inerpellant li t-triq li qed jirreferi għaliha mhux triq arteljali jew distributorja u għalhekk il-manutenzjoni tagħha mhux responsabilta tal-Gvern Ċentrali.
Leg 10 PQ #20262 Sitting 422 2006-07-24 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Santa Venera — Triq Kardinal Sciberras

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa d-direttorat tat-traffiku fi ħdan l-Awtorita' dwar it-Trasport fil-konfront tas-sindku ta' Santa Venera li mhux jobdi direttivi ta' l-istess direttorat dwar ksur tar-regolamenti tat-traffiku (regolament 77) fil-każ ta' ipparkjar quddiem garage fi Triq Kardinal Sciberras, Santa Venera, u li dwar dan il-każ kien hemm kommunikazzjoni u korrispondenza minn koppja anzjana mad-direttorat tat-traffiku u u l-aġġornament tiegħi fil-Parlament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra

Valletta Bus Terminus

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20176 u mmedjatament jagħmel shelters temporanji sabiex iċ-ċittadini li jużaw il-bus terminus tal-Belt Valletta ikollhom kenn mill-elementi tan-natura waqt li jkunu qed jistennew il-mezz tat-trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tħejji pjanijiet dwar kif jista' jitjieb l-ambjent fiżiku tal-Bus Terminus tal-Belt Valletta.

Hearses

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn liċenzji ta' hearses f'Malta u Għawdex separatament u jgħid meta nħarġu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi liċenzji ta' hearses f'Malta u Għawdex huwa kif jidher hawn taħt :- Malta Sena rreġistrata RIP 001 1959 RIP 002 1959 RIP 003 1959 RIP 004 1959 RIP 005 1959 RIP 006 1959 RIP 007 1959 RIP 008 1959 RIP 009 1959 RIP 010 1959 RIP 011 2006 RIP 012 2006 Għawdex Sena rreġistrata HRS 267 1990 HRS 711 1976 Pero’, nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant l-pulizija ta’ Malta għandhom ukoll vettura biex ikunu jistgħu jġorru l-mejtin.

Eżamijiet biex jinstaqu l-vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu ma' l-instructors li jtellgħu persuni għall-eżamijiet biex il-vetturi tagħhom ikunu skond il-liġi u jkollhom pedali fuq in-naħa ta' l-instructor barra fuq in-naħa tal-persuna li qiegħda titgħallem? Sakemm kien id-deadline biex isiru l-modifiki neċessarji? Kien hemm xi eċċezzjoni ma' xi ħadd u għaliex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fis-17 ta’ Marzu li għadda t-Taqsima responsabbli mit-testijiet tas-sewqan kienet kitbet lill-iskejjel għat-tagħlim tas-sewqan biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tal-vetturi tagħhom rigward l-aspetti tekniċi stabbiliti mil-liġi. Dan kellhom jagħmluh sat-30 ta’ April. Waħda mill-iskejjel kienet talbet estensjoni b’ġimgħa u din ingħatatilha. Din l-iskola rregolarizzat il-pożizzjoni tal-vettura fil-perijodu msemmi.

Manutenzjoni ta' Toroq

Question

Jista' il-Ministrui jelenka liema huma dawk it-toroq prinċipali fil-gżejjer Maltin li se ssir manutenzjoni estensiva fuqhom jew se jinbew mill-ġdid sa l-aħħar ta' din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Rabat — Parking area quddiem ir-Roman Villa

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li l-parking area ta' quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat tingħata xi forma ta' wiċċ temporanju biex jitneħħa l-inkonvenjent kemm ta' min jipparkja kif ukoll tar-residenti tal-madwar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-art li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi fil-parti kbira tagħha proprjetà ta’ terzi li dwarha hemm ukoll proċeduri fil-Qorti. Għaldaqstant, sakemm is-sitwazzjoni ma tinbidilx, ix-xogħlijiet li qed jintalbu ma jistgħux isiru. Dan apparti l-fatt li anki jekk il-Gvern finalment jirnexxilu jixtri l-proprjetà kollha, l-użu ta’ dik l-art, anki għal skop ta’ parkeġġ, irid jiġi studjat bir-reqqa peress li taħt dik l-art jista’ jeżisti wirt nazzjonali.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Cyberspace Solutions Ltd

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, jew xi kumpanniji parastatali, korporazzjonijiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu f'dawn l-aħħar ħames snin qattx għamlu użu mill-kumpannija Cyberspace Solutions Ltd jew mill-kumpanniji sussidjarji tagħha Digital Signage Cyberspace Solutions, Wicked Promo jew Cyberspace Medical? Jekk iva, x'kien dan ix-xogħol, għal kemm kien jammonta u jekk itteħidx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li skond ir-records kemm tal-Ministeru/Dipartiment kif ukoll ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, qatt ma sar użu mis-servizzi tal-kumpaniji msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Belt Valletta

Question

Jista' il-Ministru jgħidilna preċiżament kemm se jiswa l-pjan li għandu l-gvern sabiex iġib l-arterji prinċipali fil-Belt Valletta fuq bażi pedestrian?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport bħalissa qiegħda tiġbor stimi ta' xogħol tar-road markings u sinjali li huma ta' bżonn għall-pedestrianisation. Jekk l-Interpellant hu interessat ikun jaf dwar il-pavimentar ta' dawn it-toroq, nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Park & ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid preċiżament ma' min ikkonsulta l-Gvern Malti dwar il-proġett park & ride, kif se jitħallas tali proġett u jekk tali proġett hux megħjun minn xi fondi li l-poplu Malti mhux se jkollu jagħmel tajjeb għalihom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-intenzjonijiet tal-Gvern dwar proġetti li għandhom x’jaqsmu ma’ trasport fil-Belt Valletta tħabbru f’dokument 'Valletta u Floriana: Strateġija għall-aċċessibilta' li l-Gvern ippublika fis-sena 2005. Dan id-dokument saret referenza għalih fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 20144 u kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal sezzjoni 7 fejn hemm lista mhux kompluta ta’ organizzazjonijiet li magħhom saret il-konsultazzjoni qabel il-pubblikazzjoni tad-dokument konsultattiv. Wara li dan id-dokument ġie ppublikat, inħareġ invit għall-pubbliku ġenerali biex jagħti l-kummenti. Dan sar matul is-sena li għaddiet u kull kumment ġie evalwat biex tinstab soluzzjoni ħalli jinħarsu l-interessi tal-Belt Valletta u dak nazzjonali. Il-proġett tal- park and ride qed jiġi ffinanzjat minn sorsi pubbliċi differenti: 1. Xogħlijiet ta’ thejjija tat-toroq li jwasslu minn u lejn is-sit kienu ffinanzjati bħala proġetti taħt il-vot kapitali ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport; 2. Xogħlijiet infrastrutturali fis-sit qed jiġu ffinanzjati minn fondi li ġabret il-MEPA taħt skema li fiha min jagħmel żvilupp fiż-żona jagħti kontribut għal faċilitajiet ta’ parkeġġ, magħrufa bħala Commuted Payment Parking Scheme ; 3. L-operat tal- park and ride se jiġi ffinanzjat minn dħul li se tagħmel is-sistema l-ġdida ta’ ħlas għal min jidħol fiż-żona kkontrollata ġewwa l-Belt Valletta u jibqa’ hemm għal aktar minn nofs siegħa (u li ha tieħu post is-sistema tal- ‘ V’ Licence .)

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20009 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li l-proġett tal-Crafts Village f'Ta' Qali ilu jingħad li se jibda, fosthom f'Jannar tas-sena 2000, meta l-Kabinett approva l-proġett u meta l-aħħar wegħda kienet li x-xogħol kellu jibda f'Mejju/Ġunju 2004, jista' il-Ministru jgħid x'sar minn dan il-proġett imwiegħed għal kważi 20 sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Kien deċiż li għall-aħħar tas-sena d-dieħla l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq jikkordina l-ħidma sabiex jinħarġu t-tenders. Minn dak iż-żmien l'hawn sar studju ta' vijabilita' fuq il-proġett minħabba li nbidel il-ħsieb dwar kif dan għandu jkun iffinanzjat. Wara dan l-istudju ittieħdu d-deċiżjonijiet dwar kif ser jinqassmu u jinħarġu t-tenders. Wara dawn id-deċiżjonijiet bdiet il-ħidma ta' konklużjoni tad-dokument tat-tenders. Fil-fatt twaqqfet task force minn uffiċjali minn ndiversi entitajiet sabiex, itlestew dawn it-tenders. Ix-xogħol ta' din it-task force hu mistenni jitlesta' fil-ġimgħat li ġejjin.

Park & ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-Ministri se jitwasslu fil-ministeru rispettiv tagħhom minn meta tidħol fis-seħħ il-park & ride u meta l-Belt Valletta se tinbidel f'pedestrian zone?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Proġett Park and Ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, il-parking fees hux se jitħallsu mid-dipartiment jew minnhom personali? Japprezza l-Ministru li jekk se jkun hemm distinzjoni bejn id-diretturi u l-ħaddiema, jekk se jkun hemm distinzjoni bejn il-ministri u l-istaff tagħhom u l-ħaddiema l-oħra taċ-ċivil kif ukoll bejn il-ministri u l-istaff tagħhom u l-impjegati tas-settur privat, dan se joħloq unequality of arms li l-istess ministru u l-gvern rispettiv tiegħu se joħolqu u għaldaqstant dan mhux se jkun aċċettabli fl-ebda instant u għaldaqstant it-tweġiba għal din il-mistoqsija se jkollha evalwazzjoni qawwija fejn se jsir kejl quddiem is-sede tal-ġustizzja, kemm lokali u jekk il-ħtieġa dik internazzjonali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Gvern mhux ser iħallas nollijiet għall-parkeġġ tal-karozzi li jużaw l-impjegati għall-użu personali tagħhom. Dan jgħodd għall-impjegati kollha fi kwalunkwe grad, anke jekk dawn jużaw karozza li ngħatathilhom mill-uffiċju tagħhom.

Proġett Park and Ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid u jikkonferma li l-ħlas għal parking fil-park & ride se tkun biss għal min se jidħol jixtri ġewwa l-Belt Valletta u mhux għal min joffri s-servizzi tiegħu, cioe' għal ħaddiema taċ-ċivil, għall-ħaddiema tal-privat u għal min iħaddem?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-parkeġġ għal min jipparkja fil-park and ride, ikun min ikun, ser ikun mingħajr ħlas.

Park & ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif id-diretturi tad-dipartimenti tal-gvern li jinsabu ġewwa l-Belt Valletta se jidħlu għax-xogħol tagħhom wara li tidħol is-sistema tal-park & ride?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Diretturi tad-Dipartimenti tal-Gvern jistgħu jagħżlu li jidħlu għax-xogħol il-Belt kemm billi jagħmlu użu mis-sistema tal-park and ride jew bil-karozza tagħhom. Kif diġa ntqal fil-konferenza stampa tat-3 ta' Lulja m'hemm l-ebda restrizzjoni ta' aċċess biex wieħed jidħol il-Belt bil-karozza tiegħu.

Park & ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-diretturi tad-dipartimenti tal-gvern li jinsabu ġewwa l-Belt Valletta se jipparkjaw ġewwa l-park & ride, min se jħallas għall-parking, id-direttur personalment jew id-dipartiment?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhu ser ikun hemm l-ebda ħlas għal min jipparkja ġewwa is-sit tal-park and ride (il-Foss ta' Crownworks u Hornworks). Is-servizz ta' trasport li ser ikun jopera minn ġewwa s-sit tal-park and ride lejn il-belt Valletta u lura ser ikun provdut b'xejn.

Park and Ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx stħarriġ u studju flimkien mas-sidien tal-ħwienet tal-Belt Valletta jekk l-intoduzzjoni tal-park & ride huwiex se joħloq impatt negattiv, u jekk dan hux se jtellef minn negozju li fl-aħħar mill-aħħar f'kull negozju l-Gvern ta' Malta jaqsam fid-dħul tan-negozju permezz tat-taxxi? Jista' jgħidilna jekk hemmx ħsieb li l-Belt Valletta tiġi alterata f'silent city u sabiex xi negozjant li għandu medda art mhux ħażin x'imkien fil-viċinanzi, ikun jista' jibbenefika bi pjaċir billi jibni belt tan-negozju fil-viċinanzi u b'aktar aċċessibbilta' kemm għal ħaddiem kif ukoll għax-xerrej u dan wara li l-Onor. Ninu Zammit f'isem il-Gvern Malti indika bl-aktar mod ċar kif se tiġi alterata l-Belt Valletta billi jingħalqu l-arterji servili ġewwa l-Belt Valletta flimkien mas-sistema tal-ħlas tal-park and ride?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qabel ma nħareġ id-dokument konsultattiv Valletta u Floriana: Strateġija għall-aċċessibilta' li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, il-Gvern kien diġa kkonsulta u ġab il-qbil dwar il-prinċipji mill-assoċjazzjonijiet li jirrapreżentaw il-kommunita’ kummerċjali fosthom Republic Street Business Community Association, Merchants Street Business Community, GRTU, Valletta Alive Foundation u Malta Chamber of Commerce. Kollha qablu mall-proposti tal-Gvern li dawn huma miżuri essenzjali għas-sostenibilita tal-Belt Valletta. Il-fehma ta’ dawn l-organizzazjonijiet hi li l-proposti magħmula ser iservu biex iżiedu u jqawwu l-attivita’ kummerċjali fil-Belt billi jtaffu l-akbar ostaklu li jeżisti llum għat-tkabbir ta’ din l-attivita’. B'hekk jitnaqqas in-numru kbir ta’ karozzi ipparkjati għal ġranet sħaħ ta’ nies li ma jkunux qed jużaw il-ħwienet u joħonqu l-ħin kollu l-ispazju u li jista' jiġi użat minn min ikun irid jiġi bil-karozza tiegħu biex jinqeda’ mill-ħwienet tal-Belt. Il-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jagħmel il-Belt xi silent city . Il-Belt Valletta hi l-Belt Kapitali ta’ Malta li għandha identita’ residenzjali, kummerċjali u amministrattiva. Il-fehma tal-Gvern hi li l-identita’ residenzjali u dik kummerċjali qed ibagħtu minħabba li s-sistema antika ta’ restrizzjoni tal-‘V ’ Licence qed tfixkel u mhux tgħin biex din il-Belt tkun aċċessibbli. Bit-tkabbir taż-żona pedonali, il-Gvern qed jimmira li jsebbaħ l-esperjenza ta’ dawk li jiġu jżuru l-Belt sew biex jixtru, sew biex jaħdmu. L-esperjenza ta’ Triq ir-Repubblika għall-ġid ta’ l-attivita’ kummerċjali f’dik it-triq hi lezzjoni mportanti għal spazju akbar fil-Belt. Għan ewlieni tal-iStrateġija hu li jitnaqqsu l-karozzi li jdumu ġranet sħaħ weqfin fit-toroq tal-Belt. Fil-każ tal-qalba tal-Belt – fejn qed nagħmlu żona pedonali – irridu nnaqsu l-użu tal-karozza biex innaqqsu t-tniġġiż u nsebbħu l-ambjent ta’ dak li aħna nqisu li għandu jkun l-aktar ċentru kummerċjali importanti ta’ bejgħ mill-ħwienet f’Malta kollha. Il-Belt Valletta diġa għandha toroq oħra pedonali, partikolarment Triq ir-Repubblika u Triq Żakarija. Il-fatti juru li minn meta dawn it-toroq saru pedonali, il-kummerċ fihom ma naqasx.

Belt Valletta — Bus Terminus

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt hi kkalkulata l-ispiża biex jiġi mmodernizzat il-bus terminus tal-Belt Valletta skond id-dipartiment/awtorita' konċernata? Jista' ipoġġi dettalji/pjan/tagħrif li għandu d-dipartiment/awtorita' jew ente responsabbli mill-immodernizzar tal-bus terminus tal-Belt Valletta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.