Jista’ l-Ministru jgħid min għandu sriep velenużi bħala pets f’Malta u Għawdex hux obbligat bil-liġi li jkollu l-anti venom tagħhom għandu d-dar jew l-isptar jew f’xi ċentru tas-saħħa kif isir f’pajjiżi oħra?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li sal-lum m’hemmx l-obbligu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li min għandu annimali eżotiċi d-dar jew fil-pussess tiegħu jkun obbligat li jirreġistrahom biex il-Gvern ikun jaf x’annimali jinsabu f’pajjiżna?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li bħalissa l-Gvern qed jevalwa l-materja in kwistjoni.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12725, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min kienu l-persuni organizzazzjonijiet jew kunsilli lokali li wieġbu għas-sejħa tal-Managing Authority (EAFRD) tad-9 ta' Settembru 2014 li tegħu applikazzjonijiet taħt il-Miżura 125? Jista' jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq li għalihom saru l-applikazzjonijiet, lokalità b'lokalità?
Proposti ta' tisbiħ fil-lokalità ta' Fgura, l-Imsida, San Pawl il-Baħar u r-Rabat Għawdex
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12802, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu s-siġar/pjanti/fjuri li b'mod separat għal kull lokalità nxtraw bħala parti mill ftehim indikat fil-memorandum sottomess? Jista' jagħti tagħrif dwar f'liema partijiet tal-lokalitajiet indikati tpoġġew dawn il-pjanti li ntużaw? X'tip ta' siġar/pjanti ntużaw?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx baqa’ siti li huma proprjetà tal-Gvern jew li qegħdin taħt il-kontroll jew fil-pussess tal-Gvern, jew qed jintużaw mill-Gvern jew minn xi entità jew awtorità tal-Gvern li għad fihom l-asbestos? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma? Jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li dan jitneħħa?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba saru spezzjonijiet fuq il-vapuri li jiġu Malta minn Sqallija mindu twaqqfet l-importazzjoni tan-naħal (it-twassil tan-naħal f’Malta, fil-każ ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea)? X’kienu r-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet?
Response (BRINCAT, LEO)
B’żieda mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12556 nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li skont it-trattat tal-UE, l-ispezzjonijiet fuq il-katamaran isiru biss meta jkun hemm suspett ta’ abbuz. Matul dawn l-aħħar gimgħat minn mindu ħarget il-Press Release saret spezzjoni waħda ta’ dan it-tip. Matul din is-sorveljanza ma nstab xejn kontra l-proċeduri stabiliti għall-importazzjoni tan-naħal. Minn naħa l-oħra d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja żied is-sorveljanza fuq il-moviment tan-naħal kif ukoll l-ispezzjonijiet fuq il-produtturi tan-naħal.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba ltaqa’ l-kumitat dwar is-siġar li suppost twaqqaf fi ħdan il-Ministeru? X’kienu s-suġġerimenti li saru u liema minn dawn is-suġġerimenti ġew aċċettati? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm membri ta’ dan il-kumitat li rriżenjaw, u jekk iva x’kienet ir-raġuni għal dawn ir-riżenji? Minn min ġew sostitwiti l-membri?
Response (BRINCAT, LEO)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5313 tat-28 t’Ottubru 2013 li fiha hemm it-tagħrif mitlub, kif ukoll għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 4399 u 9090 fuq l-istess suġġett. Bħalma jiġri f’kull kumitat konsultattiv, is-suġġerimenti jiġu mgħarbla u kkunsidrati skont il-merti tagħhom. Tajjeb li nfakkar li sakemm isseħħ il-qasma tal-MEPA, il-Ministeru tal-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima m’għandu l-ebda funzjoni regolatorja fuq is-siġar.
Pitkalija — Bejgħ ta' rodotti mhux Maltin - spezzjonijiet
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12717, filwaqt li napprezza l-informazzjoni li ngħatat fir-risposta, billi l-allegazzjonijiet saru f'data partikolari (dawk li hemm referenza għalihom fil-mistoqsija), jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-jiem ta' qabel jew wara s-27 ta' Novembru filfatt sarux jew le spezzjonijiet? Jekk saru tali spezzjonijiet, x'irriżulta?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal-Mistoqsija Parlamentari numru 12997.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12723, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-iskemi kollha li r-raħħala tal-baqar u tal-majjal setgħu japplikaw għalihom minn mindu Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea fl-2004? F'kull każ, kemm kien hemm applikazzjonijiet li daħlu (ġew sottomessi) mir-raħħala u kemm minnhom ġew aċċettati?
Response (BRINCAT, LEO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’investigazzjoni għamel il-Ministeru dwar allegat bejgħ ta’ prodotti barranin bħala prodotti agrikoli Maltin mill-Pitkalija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif kien spjegat fid-dettal fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12717, spezzjonijiet mill-uffiċjali tas-sigurta` fid-dħul tal-Pitkalija jsiru fuq bażi regolari. Isiru ukoll spezzjonijiet ad hoc għand diversi pitkala biex ikun żgurat l-osservanza tar-regolament f’dan ir-rigward.
Għar-rigward tal-allegazzjonijiet li saru fid-data msemmija, peress li dawn setgħu jikkostitwixxi frodi, ġiet immedjatament involuta l-pulizija. Barra dan ittieħdu diversi kampjuni tal-prodotti agrikoli mingħand il-Pitkal indikat. Dawn il-kampjuni ġew analizzati morfoloġikament minn espert indipendenti. Ġew ukoll analizzati d-dettalji tal-bdiewa kollha nvoluti u ġew imwettqa kontrolli amministrattivi u fuq il-post.
Sal-lum ma rriżultax li kien hemm xi ksur tar-regolamenti li tista’ tittieħed azzjoni dwarhom.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li l-prodotti tat-tiġieġ li qed jiġu minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea qed ikunu tal-aqwa kwalità? Kemm saru spezzjonijiet u testijiet fuq dawn il-prodotti impurtati?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, kull importazzjoni ta’ prodotti tat-tiġieġ minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea jiġu spezzjonati u ttestjati skont l-obbligu legali li jaqa’ taħt dan il-Ministeru, permezz tan-National Residue Control Plan, li sal-lum irriżultaw negattivi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-Wasteserv irtirat mill-proġett iffinanzjat mill-fondi Ewropej Pim Energethica? F’każ li fl-affermattiv, jgħid għal liema raġuni ttieħdet din id-deċiżjoni u min kien li ħa din id-deċiżjoni wara li l-istess Wasteserv kienet ilha involuta fil-proġett imsemmi sa mill-bidu nett?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-WasteServ li l-kumpanija irtirat mill-proġett Pim Energethica fuq deċiżjoni tal-Kap Eżekuttiv wara li kkonsulta maċ-Ċermen. Dan għaliex, kif wera l-Context Analysis, il-proġett ma kienx vijabbli, kemm minħabba l-ammont ta’ spazju li kien jinħtieġ, kif ukoll minħabba is-seasonality fil-provvista ta’ feedstock. Din ta’ l-aħħar setgħet taffetwa d-durability ta’ dan il-proġett b’risultat li l-UE tieħu lura l-flus li jkunu kommessi.
Is-Siġġiewi – Triq li twassal għall-Malta Horse Sanctuary
Question
Jista’ l-Ministru jara l-possibbiltà li jiġi kkunsidrat l-użu ta’ fondi Ewropej jew dawk lokali sabiex titranġa t-triq li twassal minn Triq Lapsi (faċċata tad-Dar tal-Providenza) għall-Malta Horse Sanctuary, fil-limiti tas-Siġġiewi peress li t-triq qiegħda fi stat diżastruż, hija ta’ inkonvenjent għal dawk li jżuru il-Malta Horse Sanctuary?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn zoos illegali (jew mhux liċenzjati) f’pajjiżna fejn hemm annimali eżotiċi li mhumiex liċenzjati? Liema huma dawn, inkluż ristoranti jew swali tat-tiġijiet fejn ikun hemm annimali eżotiċi?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari illi F'Malta hawn zoowieħed li huwa meqjus illegali skont il-parametri tal-Avviż Legali Nru. 265/2003. Dan iż-zoo diġa ssemma fil-midja lokali għaliex il-pulizija flimkien mad-Direttorat tar-Regolamentazzjoni Veterinarja qegħdin jieħdu azzjoni legali kontra tiegħu.
Zoos illegali/mhux liċenzjati – Annimali Eżotiċi – Spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-annimali eżotiċi li hawn f’pajjiżna, u li ħafna minnhom huma f’zoos mhux liċenzjati, u li d-dipartiment tal-Animal Welfare jaf bihom, ġiex iċċekjat jekk hux kollha għandhomx iċ-ċertifikati neċessarji, fosthom dak li juri li twieldu in captivity?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari illi fejn l-awtoritajiet veterinarji jafu bl-eżistenza ta' annimali eżotiċi li hawn f'pajjiżna, dawn l-annimali huma kollha verifikati għaċ-ċertifikati neċessarji, anki jekk ikunu twieldu in captivity.
Zoos illegali/mhux liċenzjati – Annimali Eżotiċi – Dħul f’Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux l-investigazzjonijiet neċessarji dwar kif l-annimali eżotiċi kollha esebiti f’zoos jew f’postijiet mhux liċenzjati ddaħħlu f’Malta?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-Tweġibiet li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13869 u għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13870.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ annimali li hemm fiż-zoo illegali jew mhux liċenzjat li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li għandhom id-Dipartimenti tal-Veterinarji fuq iż-zoo illegali jew mhux liċenzjat li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika għal-liema tip ta' rapporti qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm:
(a) hu n-numru ta' impjegati fi grad ta'
butchers
;u
(b) jekk hemmx bżonn ta' aktar impjegati f'dan il-grad fil-biċċerija ta' Għawdex?
Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu trasferiti, minn Malta għal Għawdex, xi impjegati Għawdxin f'dan il-grad u li fil-preżent qed jaħdmu fil-biċċerija ta' Malta?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li n-numru ta’ impjegati fi grad ta’ butchers huwa ta’ Erbgħin (40).
Dwar impjegati f’dan il-grad fil-Biċċerija ta’ Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li l-Biċċerija ta’ Malta għandha bżonn il-biċċiera kollha li huma impjegati magħha.