Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema li għandu fuq il-karta ir-roża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, kien ikkunttjat, bħal kull każ ieħor li jkun hemm talba mill-istess persuna.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra min kienu l-membri għal kull Bord tal-Għażla għas-sejħiet interni li ħarġu fit-23 ta’ Diċembru 2014 kif ukoll għal dawk iż-żewġ sejħiet li ħarġu fil-21 ta’ Mejju 2015? Xi kwalifiki għandhom dawn il-membri? Fuq liema kriterji ntgħażlu l-membri tal-Bordijiet tal-Għażla u x’kariga għandhom? Il-Bordijiet tal-Għażla għall-pożizzjonijiet tekniċi kienu komposti minn xi ħadd tekniku, sabiex b’hekk tiġi magħżula persuna teknika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-kwalifiċi tal-membri magħżula fuq il-Bordijiet ta’ Għażla, ivarjaw fl-esperjenza, kwalifiċi u/jew r-responsabbiltajiet li jaħdmu fihom fis-sezzjonijiet rispettivi. Il-membri maħtura kienu kwalifikati u esperjenzati biżżejjed biex jevalwaw u jeżaminaw l-kandidati li ressqu għall-interviews tas-sejħiet li għalihom qed issir referenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha ħaddiema l-Awtorità tad-Djar sa Frar 2013, sal-aħħar tal-2014 u sa Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm impjegati ġew ingaġġati minn Marzu 2013 sal-lum, x’kienu l-pożizzjonijiet, fuq liema bażi ġew impjegati jekk hux definit jew indefinit? X’kienet il-paga tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar kellha s-segwenti impjegati fil-perjodi indikati fil-mistoqsija parlamentari, kif qed jiġi muri fit-tabella t’hawn taħt:
Perjodu
Numru ta’ Impjegati
Frar 2013
117-il impjegat li minnhom 3 ġew sekondati u 11 oħra
detailed.
Diċembru 2014
116-il impjegat li minnhom 6 ġew sekondati u 8 oħra
detailed.
Settembru 2015
125 impjegat li minnhom 6 ġew sekondati ma’dipartiment ieħor u 2 ġew sekondati minn dipartiment ieħor, filwaqt li 8
detailed.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża ta’ direct orders minn Marzu 2013 sa Settembru 2015? Jista’ jgħid jekk l-ammonti dovuti għal kull direct order tħallasx u jekk le x’fadal jitħallas? F’każ li kien hemm direct orders għas-servizzi, fuq liema bażi intgħażlu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni biex tingabar tiehu process fit-tul jkun apprezzat jekk l-interpellant jispecifika ghal liema direct order qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inħarġu tenders minn Marzu 2013 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders? Ġew reklamati fuq il-media? Jekk iva, fuq liema media ġie reklamat kull tender?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra
Awtorità tad-Djar – appartamenti allokati għall-Isptar Monte Karmeli
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9242, jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar tliet snin, kemm-il appartament jew fond ġew allokati mill-Awtorità tad-Djar lill-Isptar Monte Karmeli jew lil xi għaqda volontarja oħra sabiex fihom ġew allokati persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għalkemm f’dawn l-aħħar tlett snin ma ġewx allokati postijiet lill-isptar Monte Carmeli, l-Minsiteru qed jaħdem biex jalloka djar, b’ħidma konġunta mas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, fejn ikunu jistgħu jiġu akkomodati persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, għall-integrazzjoni tagħhom fil-komunità.
Awtorità tad-Djar – kirjiet issussidjati li bbenefikaw minnhom l-NGOs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li bbenefikaw minn kirjiet issussidjati mill-Awtorità tad-Djar fis-snin 2013, 2014 u 2015 sal-lum separatament minn xulxin? Jista’ jgħid kemm kienet is-somma totali ssussidjata għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħataw appartamenti, garaxxijiet u fondi oħra lil NGOs fis-snin 2013, 2014 u 2015 sal-lum separatament minn xulxin? Jista’ jgħid liema kienu l-NGOs li bbenefikaw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mituba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mituba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mituba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament min-naħa tal-Awtorità tad-Djar rigward ingress ta’ ilma fil-komun?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ser ikun ivverifikat.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq il-mistoqsija parlamentari 21026 dwar applikazzjoni ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ tal-persuna msemmija qed jiġi kkunsidrat bħal kull applikazzjoni li tidħol.
Applikazzjoni għal night shleter – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ applikazzjoni għal night shelter?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita'.
Skemi ta’xogħol għall-persuni b’diżabilità – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward skemi ta’xogħol għall-persuni b’diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li għaliha qed issir referenza ġiet ikkuntattjata u nfurmata x'għandha tagħmel.
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-aħħar rapport li ħareġ fejn mara anzjana mis-Swieqi kienet vittma ta’ break-in, fejn intrabtet u insterqet, jekk din ġietx offruta u ngħatatx għajnuna u appoġġ għat-trawma psikoloġika li għaddiet minnha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-għaqda Non-Governattiva Victim Support Malta toffri s-servizzi tagħha b’mod volontarju, għal sapport emozzjonali, liema għajnuna tingħata b’mod professjonali minn diversi professjonisti. Dawn is-servizzi li toffri l-Victim Support Malta ikunu possibli biss jekk l-għaqda Non-Governattiva tkun mgħarrfa b’każijiet simili.
F’każijiet simili li jkunu pubbliċi, il-Victim Support Group toffri s-servizzi lill-Awtoritajiet konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dawl tal-aħbarijiet riċenti ta’ diversi break-ins speċjalment meta l-vittmi jkunu ġewwa darhom, dawn il-vittmi qed jingħatalhom servizz għat-trawma psikologika li jkunu għaddew minnha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 21425.
Awtorità tad-Djar – ħsarat f’residenza – ka¿ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ mill-Awtorità tad-Djar tal-familja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ħsarat fir-residenza tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdu l-passi kollha meħtieġa.