Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward main tal-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma irriżulta li s-servizz mogħti huwa wieħed temporanju sakemm eventwalment issir it-triq bl-asfaltar.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward wires tad-dawl ma' gallarija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn ispezzjoni li saret fuq il-post irriżulta li l-linji msemmija huma mgħoddija kif titlob is-sengħa u ma hemm l-ebda infrastruttura tal-Enemalta mal-post imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn bil-vouchers tal-gluten free foodstuffsgħal dawk li jbatu bis-celiac disease mhux qegħdin jingħataw ċertu prodotti bħall-gluten free ice-cream jew ready made pizza gluten free minn dawn il-ħwienet awtorizzati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Is-Coeliac disease hija marda kronika li taqa’ taħt ir-regolamenti li jagħmlu parti mill-Ħames Skeda skond l-Att tas-Sigurtà Soċjali magħrufa bħala l-Kartuna s-Safra. Il-pazjenti li jsofru minn din il-kundizzjoni kronika jkollhom intolleranza ghall-prodotti magħmula minn tqiq li jkun fih il-proteina ‘glutina’.
Ġeneralment il-prodotti li jkun fihom il-glutina jinkludu l-qamħ (
wheat
), xgħir (
barley
), segala (
rye
), u ħafur (
oats
). Għaldaqstant, din l-Iskema tkompri biss dawk il-prodotti li jagħmlu parti mid-dieta ewlenija (ta’ kuljum) u li jkunu ġew ipproċessati mingħajr l-użu tal-glutina – u li għaldqastant jissejħu gluten free.
L-iskema ma tkoprix prodotti bħal laħam, ħut, bajd, ħalib, ħaxix, frott, ilma eċċ. għaliex dawn il-prodotti huma di natura mingħajr glutina u jagħmlu ukoll parti mid-dieta ewlenija (ta’ kuljum) tal-popolazzjoni li ma tbatix minn din il-kundizzjoni kronika.
Għalhekk, l-għaġina tal-pizza taqa’ taħt l-iskema u mhux ir-‘
ready made pizza
’. Il-ġelat huwa magħmul mill-ħalib u għalhekk ma jaqax taħt l-iskema.
Dawn il-punti kienu kollha msemmija fis-Service Level Agreement li gie ffirmat mill-operaturi kollha li qed jippartecipaw fl-Iskema.
Iż-Żejtun – Day Centre għall-Persuni bi problemi ta’ Saħħa Mentali
Question
Jista’ l-Ministru jintervjeni mal-Parroċċa taż-Żejtun jew jara li jinstab post alternattiv għad-Day Centre għall-Persuni bi problemi ta’ Saħħa Mentali li hemm fiż-Żejtun li bħalissa qed jopera minn sit li hu tal-Parroċċa taż-Żejtun wara ftehim li kien sar mal-Arċipriet preċedenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li jien infurmat li dawn ġew infurmati li l-Parroċċa taż-Żejtun trid dan is-sit lura? Billi f’dan is-sit jattendu numru ta’ persuni bi problemi ta’ Saħħa Mentali u liema Day Centre għamel differenza kbira fil-ħajja ta’ dawn il-klijenti, jista’ jara li dan id-Day Centre ma jingħalaqx għax ikun ta’ detriment għall-klijenti li jattendu dan il-post?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadejjin diskussjonijiet mal-awtoritajket ekkleżjastiċi lokali f'dan ir- rigward.
Birżebbuġa – Dawl fi Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġu installati biżżejjed dwal fi Triq l-Irziezet tal-Marnisi/Triq it-Torri, Birżebbuġa, peress li wara nżul x-xemx din l-area hi perikoluża ħafna għal dawk kollha li joqogħdu fl-inħawi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc irċeviet u approvat l-applikazzjoni għas-servizz fil-post imsemmi. Il-Kunsill Lokali ġie nfurmat u kif isir ix-xogħol neċessarju min-naħa tagħhom, is-servizz jiġi mqabbad.
Sptar Monte Carmeli — infermiera li ma jitkellmux bil-Malti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-preżenza ta’ infermiera li ma jitkellmux bil-Malti fl-Isptar Monte Carmeli qed toħloq problemi serji speċjalment ma’ pazjenti li għandhom problemi psikjatriċi akuti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li infermiera barranin kollha jikkomunikaw tajjeb mal-pazjenti u dejjem jaħdmu fil-preżenza ta’ infermiera Maltin.
Sptar Mater Dei – Servizz ta’ Crisis intervention team
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Crisis Intervention Team li huwa bbażat fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, jibda joffri servizz ta’ 24 siegħa kuljum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed issir evalwazzjoni tal-Crises Resolution Service biex l-espanzzjoni ta’ dan is-servizz isir bl-iktar mod effiċjenti u bl-aħjar użu ta’ riżorsi. Hemm speċjalista fis-psikjatrika ddedikat full-time speċifikament għall-Crisis Intervention Team u għadha kif ħarġet EOI għan-nurses li jixtiequ jaħdmu f’dan is-servizz.
Sptar Mater Dei – Crisis Intervention Team – home visit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-crisis intervention team li huwa bbażat fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, jibda joffri servizz ta’ home visits meta pazjenti ma jkunux iridu jiġu rikoverati l-isptar jew meta l-familja titlob l-intervent tat-team f’każ ta’ kriżi?
Għawdex – main tal-ilma ġdid minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta’ Ċens fis-Sannat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tat-tender li ngħata biex jiġi mgħoddi main tal-ilma ġdid minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala u jwassal sal-ġibjun Ta’ Ċenċ fis-Sannat? Liema xogħol ikopri dan it-tender u min rebaħ dan it-tender? Kemm kien il-valur tal-offerenti l-oħra? Mil-liema toroq u f’liema lokalitajiet ġie mgħoddi dan il-main?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-valur totali tat-tender imsemmi huwa ta’ ftit ’il fuq minn erba’ (4) miljuni.
Dan it-tender ikopri xogħol relatat mal-main tal-ilma kif ukoll
resurfacing
ta’ toroq, u ntrebaħ minn GTE JV li tefa’ l-irħas offerta. L-offerenti l-oħra kienu RN Construction Limited u Impresa Duci Srl, b’offerti ta’ ’l fuq minn ħames (5) miljuni u sitt (6) miljuni rispettivament.
San Pawl il-Baħar – Triq Sant’Antnin – ħruġ ta’ ilma
Question
Billi fl-aħħar jiem kien ħiereġ ilma, li jidher li hu tal-vit, fil-parti pedonali ta’ Triq Sant Antnin, San Pawl il-Baħar, u dan b’ħela ta’ ilma għalxejn, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex din il-ħsara tissewwa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet diġa’ qed tieħu l-provvedimenti meħtieġa sabiex tissewwa l-ħsara. It-tiswijiet ġew iffinaliżżati fid-19 ta’ Mejju.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15152 u 15492, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom pendenti l-applikazzjonijiet għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda fil-lokalitajiet imsemmija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-aktar applikazzjoni li ilha pendent saret fl-1982 u l-aktar waħda riċenti fl-2014.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15510 u 14850, jista’ l-Ministru jindika kemm ilhom jiġu użati l-magni tal-kliewi li hemm u meta se jinxtraw oħrajn ġodda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-aktar magna li ilha tintuża nxtrat fl-2003 filwaqt li l-aktar waħda riċenti bdiet tintuża din is-sena. Hemm pjan li l-numru ta’ magni jinbidlu fil-ġejjieni qarib.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq Borg Għarib f'Għajnsielem u dan peress li din it-triq ilha aktar minn tliet xhur li tqaxxret u tħalliet fi stat ħażin ħafna? Jaf li dan qed jikkawża problemi kbar lir-residenti ta' din it-triq u periklu lil min qed jużaha? Jista' jgħid min ħa d-deċiżjoni li din it-triq tinfetaħ għat-traffiku meta mhux lesta, anzi bħalissa hi bla wiċċ peress li l-wiċċ li kien hemm tneħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija huma għaddejjin bi prijorita’ assoluta biex b’hekk jitneħħa kull inkonvenjent lill-pubbliku kemm jista’ jkun malajr. Bħalissa għaddejjin bi trial repairs biex ikun jista’ jitkompla x-xogħol fuq it-triq kollha. It-triq hija miftuħa biss għar-residenti tal-istess triq.
Sptar Monte Carmeli – Mental Welfare Officers — reponsabilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’responsabilitajiet għandhom il-Mental Welfare Officers li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ir-responabilitajiet tal-Mental Welfare Officers huma li f’każ fejn persuna li għandha problema ta’ saħħa mentali għandha l-bżonn li tidħol b’mod involentarju ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, jsir assessment u applikazzjoni għad-dħul ġewwa l-isptar. Dan jsir f’ċirkostanzi fejn m’hemmx next of kin jew responsible carer preżenti.
Sptar Monte Carmeli – Mental Welfare Officers – Xogħol ta’ Social Worker
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ċirkostanzi l-Mental Welfare Officers li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli jagħmlu xogħol ta’ social workers?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Mental Welfare Officers li huma wkoll Social Workers jagħmlu x-xogħol kollu relevanti għall-profesjoni ta’ Social Workers skont il-grad u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.