Legislature:
Category:
Reset
Active:

Segretarjat parlamentari għall-Kompetitività u tkabbir ekonomiku — staff complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Ingaġġi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 599 u jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

logħob tal-flus illegali — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet marbutin ma’ logħob tal-flus illegali, kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin maqsumin f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

LGA — rapporti dwar logħob tal-flus illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet rapporti dwar logħob tal-flus illegali l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA), kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsumin f’kull lokalità f’Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati u fuq kemm ittieħdet azzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Lotteries and Gaming Authority — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 ġew impjegati tliet ħaddiema: Systems & Financial Auditor fejn applikaw wieħed u għoxrin u Chief Inspector fejn kien hemm applikazzjoni waħda. Dawn intgħażlu skont il-proċeduri tal-MPO u l-ETC. Fl-istess perijodu, kien hemm l-impjieg tal-Personal Assistant to the CEO & Chairman fuq mertu ta' position of trust.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — uffiċjali tas-segretarjati - kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta' impjieg tal-uffiċjali tas-segretarjat privat tiegħu, inkluż is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiemtn u Intrapriżi Żgħar — ingaġġ ta' konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'l quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

għajnuna lill-fabbriki

Question

Billi l-Ministru stqarr fl-intervista tiegħu li dehret fil-ġurnal il-Kulħadd tas-Sibt 20 ta' April 2013, li ltaqa' ma' erba' fabbriki li kienu lesti jitilqu, jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawn il-fabbriki u x'qed jagħmel il-Gvern biex jindirizza s-sitwazzjoni tagħhom? Jista' jgħid jekk dan il-Gvern hux qed ikompli bid-diskussjonijiet li diġà kienu nbdew mill-Malta Enterprise biex fil-każ tat-tliet kumpaniji segwenti u li ħabbru d-deċiżjoni tagħhom qabel l-elezzjoni ġenerali u li l-Gvern preċedenti kien qed isegwi: a) fil-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jinbidlu ċertu prattiċi tax-xogħol b'diskussjoni mal-unions biex il-kumpanija tibqa' topera b'mod kompetittiv f'pajjiżna; b) fil-fabbrika li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament biex tikkonsidra ma ċċaqlaqx parti mill-operat tagħha fl-Afrika ta' Fuq; u ċ) fil-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ħabbret li se tagħlaq parti mir-riċerka tagħha f'Malta u tramite l-Malta Enterprise bdejna diskussjoni mal-management biex tiġi inkoraġġita tikkonsidra l-pożizzjoni tagħha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat illi fit-tlett każi, a), b) u ċ) imsemmija, l-Malta Enterprise għaddejja bid-diskussjonijiet. Fir-rigward tal-kumpaniji l-oħra li saret referenza għalihom fil-ġurnal Kulħadd, l-ismijiet tagħhom ma jistgħux jingħataw għaliex l-informazzjoni hija ta’ natura kunfidenzjali.

miżuri għal ħolqien ta' xogħol

Question

Billi l-Ministru fl-intervista tiegħu li dehret fil-ġurnal il-Kulħadd tas-Sibt 20 ta' April 2013, jistqarr li l-ħolqien tax-xogħol huwa prijorità u li "l-prijorità assoluta hija l-ħolqien tal-impjiegi; xi ħaġa li jemmen li diġà bdiet issir", jista' l-Ministru jelenka l-miżuri li diġà beda jieħu dan il-Gvern biex jinħoloq ix-xogħol?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-fatt waħdu li llum għandek Gvern stabbli b’maġġoranza parlamentari b’saħħitha ġab stabbilita’ li qabel ma kinitx teżisti u taġevola l-ħolqien tax-xogħol. Barra minn hekk dan il-Gvern minn dejjem qal li hu ser jibni fuq it-tajjeb li sab u għalhekk inżammu inċentivi eżistenti. Irrid nghid ukoll li kif spjegajt fl-intervista li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant diġà qed ikollna entużjażmu minn dawk li jħaddmu biex jimpjegaw iżjed nies. Diġà qed naraw kumpaniji żgħar li kienu ilhom snin jistennew kreditu ta' taxxa, u issa li tajnihulhom diġà jridu jespandu wara ftit ġimgħat. Għalija dan huwa sodisfazzjon kbir; li f'qasir żmien iltqajt ma' ħafna nies u li b'intervent minimu ħaddimna nies ġodda.

progress fuq proġett

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 356 u jipprovdi status update dettaljat dwar il-progress li sar fuq il-proġett li qed tmexxi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament? Jista' jagħti d-dettalji marbutin mal-investiment li s’issa għamel il-gvern (direttament jew permezz ta’ xi entità tiegħu) f’dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat illi bħalissa l-kumpanija qed timpjega 90 persuna u qed tiżviluppa l-prodotti tagħha biex jiġu kummerċjalizzati. Iktar informazzjoni ma tistax tingħata għaliex tali nformazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Ekonomija diġitali — miri u prijoritajiet

Question

B’referenza għat-twegiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 358, fejn il-Ministru rrefera għall-miri tal-Gvern preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miri strateġiċi ta’ dan il-Gvern fil-qasam tal-ekonomija diġitali u xi prijoritarijiet se jkun qed jaħdem fuqhom matul l-2013 (jiġifieri fuq bażi short-term sakemm titfassal l-istrateġija nazzjonali li qed jirreferi għaliha)?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'zieda ma' dak li diġa' għedt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 358, irrid ngħid li l-Gvern ħa jkollu jkompli fuq numru ta ‘key deliverables’ li kellhom jintlaħqu sal-2012 u baqgħu ma tlestewx. Diġa sar ‘stock-take’ u qed isir ir-‘re-planning’ meħtieġ sabiex l-Aġenzija titmexxa lejn il-miri tal-Gvern f’dan is-settur, fosthom: · Tfassil ta’ Strateġija Nazzjonali għall-Ekonomija Diġitali ta’ Malta, u strateġiji oħrajn. · Nagħmlu qafas ġdid ta’ xiri jew kera ta’ kompjuters fil-gvern. · Nieħdu azzjoni biex l-investiment li sar fil-qasam tal-liċenzji ta’ ‘software’ jintuża fis-servizz pubbliku kif suppost. · Nikkontribwixxu b’inizzjattivi biex intejbu d-‘Digital Literacy’ u nsaħħu l-‘eSkills Alliance’. · Flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Mpjiegi, nkomplu ninvestu fil-program tal- eLearning u fl-implimentazzjoni tiegħu. · Nifhmu x’inhuma l-problemi, li ma jidhrux li huma żgħar, fil-proġett tal-Karti tal-Identita’ u nieħdu deċiżjoni kif għandna nimxu ‘l quddiem. · Flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa nieħdu deċiżjoni kif l-aħjar li nimxu bil-proġett tal-‘ Integrated Healtcare ’. · Nagħmlu xogħol ta’ rinovar jew xiri ta’ sistemi strateġiċi oħra tal-ICT fil-gvern bħalma huma s-Sistema tas-Servizzi Soċjali.

Ekonomija diġitali — miri u prijoritajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 358, fejn il-Ministru rrefera għall-miri tal-Gvern preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex infurmat li fil-qasam tal-istrateġija tal-ICT ix-xejra internazzjonali f’dawn l-aħħar snin kienet li pajjiż ikollu numru ta’ strateġiji vertikali li jiffukaw fuq oqsma speċjalizzati minflok strateġija waħda ġenerali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar snin kien qed isir xogħol kemm fuq strateġija nazzjonali kif ukoll fuq numru ta’ strateġiji vertikali, imma dawn ma tlestewx. Meta wieħed jikkunsidra ż-żmien li għadda minn meta x-xogħol fuq dawn l-istrateġiji beda, l-istat bikri tal-iżvilupp ta’ wħud minnhom, u l-mod mgħaġġel kif dan il-qasam jiżviluppa, x-xogħol irid pratikament jerġa’ jibda mill-bidu. Dan il-Gvern ħa jagħti spinta ġdida u b’saħħita lill-ekonomija diġitali. Dan jista’ jseħħ bi strateġija għaqlija li tagħti direzzjoni wiesgħa u fit-tul, u li tikkunsidra l-kuntest tad- ’Digital Agenda’ tal-UE b’mod addattat għal pajjiżna. Strateġiji vertikali fuq oqsma partikolari jibqgħu relevanti u importanti f’oqsma speċjalizzati.

Ministeru għall-Finanzi — handover mogħti

Question

Billi l-Ministru fl-intervista tiegħu ma' Ritianne Agius fil-ġurnal Kulħadd tas-Sibt 20 ta' April 2013, qal li, "ma setax jibda jaħdem mill-ewwel fl-interess tal-pajjiż..." għax, "ma tħalliex xi forma ta' handover jew komunikat u kellhom jibdew kollox mill-ġdid...", ma jaħsibx il-Ministru li kieku l-Prim Ministru ma neħħiex prattikament is-segretarji permanenti li l-kariga tagħhom inħolqot preċiżament biex ikun hemm transizzjoni bejn amministrazzjoni u oħra, kien jngħata l-handover li xtaq? Jista' jgħid jekk iltaqax mas-CEOs tal-entitajiet taħtu biex jingħata l-handover?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi — rendikont tal-files

Question

Jista' l-Ministru jiċċara jekk mal-ħatra s-segretarju permanenti tiegħu mal-ħatra, kitibx lis-segretarju permanenti li taħtu kienet taqa' r-responsabilità tad-dekasteru li tiegħu l-Ministru Cardona llum hu responsabli, biex jintbagħtu l-files mir-registry ta' dak li kien il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment għand il-Ministru responsabbli mill-Ekonomija, l-Investiment u Negozji iż-Żgħar?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru għall-Ekonomija jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida, nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara, mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li mill-11 ta’ Marzu sal-lum la nxtrat u l-anqas ma ġiet ordnata bex tinxtara xi karozza għall-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.

MITA — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Malta Information and Technology Agency (MITA) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.