Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wasteserv — Rimi ta' skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-rata għal kull tunnellata (inkluż il-VAT) li l-Wasteserv titlob għar-rimi ta' skart ta' l-industrija tal-bini? Teżisti rata differenti għall-istess tip ta' skart? Ir-rata tvarja skond it-tip ta' skart, u jekk fl-affermattiv x'inhuma dawn ir-rati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li r-rata li l-kumpanija Wasteserv Malta Co. Ltd. titlob għar-rimi ta' skart ta' l-industrija tal-bini fis-siti kkontrollati minnha hija ta’ Lm1.40 għal kull tunnellata (VAT inkluża). Skart ta' l-industrija tal-bini li jkun ikkontaminat jintbgħat iż-Żwejra fejn jiġi sseparat qabel jintrema' jew jintuża. Ir-rata għar-rimi ta’ dan l-iskart ikkontaminat (imħallat) hija Lm2.36 (VAT inkluża).

Prezz tad-dulliegħ u l-bettieħ

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tad-dulliegħ u l-bettieħ imdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Prezz tal-frott

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-frawli u frott ieħor imdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar il-frawli. Dwar frott ieħor, nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x’tip ta’ frott ieħor qed jirreferi għalih.

NGOs ambjentali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma sekondati ma' NGOs ambjentali u ma' liema NGOs qegħdin dawn il-persuni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

In-numru ta’ persuni sekondati ma’ NGO’s huwa ta’ ħdax (11). Dawn huma imqassmin kif ġej: NGO Post Numru ta’ persuni Birdlife Malta Għadira Nature Reserve 5 Birdlife Malta Simar Nature Reserve 6

Prezz tat-tadam u karrotti

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tat-tadam u karrotti imdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Prezz tal-ħaxix

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-kaboċċi, pastard, ġdur u qarabali mdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Prezz tal-ħaxix

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-ħass, spinaċi, indivja u brokkoli mdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Prezz tal-patata u lumi

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-patata u l-lumi mdaħħla fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MEPA — Land reclamation

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu l-pass li jmiss fl-eżekuzzjoni tal-policy/studju mill-MEPA ta' land reclamation?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħejjiet draft tender dossier, kif ukoll terms of reference għal studji tekniċi u ekonomiċi dwar ir-reklamazzjoni ta' l-art. Dawn id-dokumenti qed jiġu diskussi mad-Dipartiment tal-Kuntratti. Hu maħsub li matul is-sena 2006 dan it-tender dossier jiġi ppubblikat bil-għan li tiġi magħżula kumpanija biex tesegwixxi l-istudji rikjesti. Din il-fażi hi neċessarja biex tittieħed deċiżjoni finali mill-Gvern fuq il-ġejjieni ta' dan il-proġett.

Każ ta' bidwi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15020 u jgħid x'passi qed jieħu biex bidwi li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li dwaru kkomunikajt mal-Ministru bit-telefon, ikun jista' jaħdem ir-raba' sabiex ilaħħaq bħal bdiewa oħra l-prodotti fis-suq lokali immedjatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-każ li qed isemmi l-Onor. Interpellant ġie investigat u jirriżulta li fuq ir-raba’ ta' dan il-bidwi, li jinsab f'post sensittiv magħruf bħala Ta' Għeriexem fil-limiti tar-Rabat, ħarġu żewġ avviżi ta' infurzar mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Avviż numru 1123/01, li bidel ir-raba’ fi scrap-yard u avviż ieħor, Nru. 502/05, fuq tneħħija ta' ħamrija u depożitu ta' materjal (inert material). Wara dawn l-avviżi saret applikazzjoni għall-iżvilupp Nru. 4632/05 sabiex jinbnew ħitan tas-sejjieħ u tiżdied il-ħamrija li nġarret bil-maltemp. S'issa jirriżulta li l-art mhux irreġistrata fuq l-applikant, u li l-informazzjoni sottomessa ma’ l-applikazzjoni (PA 4632/05) m'hijiex kompleta u skond l-policies relevanti. Din l-applikazzjoni għada qed tiġi pproċessata.

MEPA — Ta' Qali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15302, jista' il-Ministru jgħid kif jiġġustifika l-qerda ta' raba' produttiv, bħalma huwa l-każ imsemmi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-policy NWTQ 21 fil-Pjan ta' Azzjoni għal Ta' Qali approvat mill-Gvern fl-2000 tindika li l-area koperta mill-Pjan hija addattata għall-bini ta' Santwarji ta’ l-Annimali, basta l-bini ma jħassarx il-karattru miftuħ (mux mibni) taż-żona, u jkun jinkludi landscaping scheme biex inaqqas mill-impatt viżwali, fost kundizzjonijiet oħra. Il-policy NWTQ 16 tindika żona mdaqqsa f'Ta Qali fejn għandu jsir żvilupp rekrejattiv, u anke santwarji ta’ l-annimali.

Industrija tas-sajd — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-industrija tas-sajd sabiex din l-industrija ma tintlaqatx negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15495.

Bdiewa li jipproduċu mill-uċuh tar-raba' — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-bdiewa li jipproduċu mill-uċuh tar-raba' sabiex dawn ma jintlaqtux negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15495.

Avian Flu — Eżerċizzju f'Burmarrad

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15479 li orġinarjmaent saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għalfejn nies min-newsroom tal-PBS u ta' stazzjonijiet oħra ma tħallewx iġibu l-eżerċizzju li sar f'Burmarrad mill-gvern fil-kuntest tal-marda tat-tjur, dan speċjalment meta l-eżerċizzju kien fl-interess nazzjonali u għaldaqstant kellu jintwera fuq l-aħbarijiet ta' l-Istat? Jista' jgħid min ingħata l-esklussivita' biex jiffilmja dan l-eżerċizzju?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-eżerċizzju ta’ simulazzjoni li sar f’Burmarrad ġie mmexxi skond kriterji mfassla fil-pjan ta’ kontinġenza maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea. L-aċċess għall-post fejn tfaqqa’ l-marda tat-tjur huwa ristrett. Dan isir biex jiġi assigurat li l-marda tiġi kkontrollata u ma tinxteridx. Din ir-restrizzjoni tapplika għal kulħadd inklużi persuni li għandhom x’jaqsmu mal-media. Sabiex dan l-eżerċizzju ta’ simulazzjoni iservi wkoll ta’ training, inħass il-bżonn li jiġi rrekordjat. Peress li l-produtturi tal-programm Xarabank urew ix-xewqa li jagħmlu programm iddedikat għall-kwistjoni tal-marda tat-tjur u l-pandemija li tista’ tfaqqa’ konsegwenza tagħha, u kienu wkoll lesti li jagħtu s-servizzi tagħhom b’xejn għar-recording ta’ l-eżerċizzju ġie aċċettat li l-crew tagħhom jifforma parti mill-grupp tas-simulazzjoni. Huwa fatt magħruf li Xarabank huwa programm segwit minn udjenza kbira u wiesgħa, u għalhekk laħaq skop ieħor tal-Ministeru, jiġifieri dak li jinforma lill-pubbliku ġenerali b’mod aktar estensiv u dettaljat. Ta’ min igħid li dik il-ġurnata stess in-newsrooms kollha ingħataw ritratti, fil-każ ta’ ġurnali, u filmat fil-każ ta’ stazzjonijiet televiżivi, sabiex ikunu jistgħu juruhom fl-aħbarijiet tagħhom.

Riabilitazzjoni tal-ħitan tas-sejjjieħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15279, jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji rriżulta li numru ta' talbiet ma ġewx milqugħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li għall-iskema tar-restawr ta' Ħitan tas-Sejjieħ ta' Qabel is-Sħubija, ir-raġunijiet għalfejn ċerti applikanti ma ngħatawx l-għajnuna kienu jew għaliex ma ġabux id-dokumenti kollha meħtieġa ma’ l-applikazzjoni jew għaliex ma kellhomx minimu ta' 25 metru kwardu ta' ħitan imwaqqgħin. Fil-każ ta’ l-iskema għal għajnuna fuq restawr ta' ħitan tas-sejjieħ ta' wara s-Sħubija, il-kriterji kollha li bihom jiġu magħżula l-applikanti ġew stabbiliti fil-Linji Gwida għall-Applikanti. Dawn il-Linji Gwida ngħataw lil kull min applika għal din l-iskema. Ma ħax l-għajnuna min ma kienx eliġibli skond dawk il-linji gwida.

Industrija tat-trobbija tat-tjur u l-bhejjem — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-industrija tat-trobbija tat-tjur u l-bhejjem lokali sabiex din l-industrija ma tintlaqatx negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal Press Release No. 1554 tal-11 ta’ Novembru 2005 li tiġbor fiha t-test ta’ Stqarrija Ministerjali li għamel il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni l-Onor. Austin Gatt fil-Parlament.

Agro-industrija — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-agro industrija sabiex din l-industrija ma tintlaqatx negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15495.

Industrija ta' l-ipproċessar — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-industrija ta' l-ipproċessar sabiex din l-industrija ma tintlaqatx negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15495.

Industrija tal-produzzjoni mis-serer — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li l-gvern se jissussidja l-industrija tal-produzzjoni mis-serer sabiex din l-industrija ma tintlaqatx negattivament biż-żieda fis-surchage tad-dawl u l-ilma ta' 55% fuq il-kontijiet in kwestjoni u l-fuel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15495.

Swieqi — Triq it-Terz

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħu l-passi kollha meħtieġa u urġenti biex tiġi mnaddfa għalqa li tinsab fi Triq it-Terz, Swieqi peress li din l-għalqa hija mimlija bi ġrieden li qed joħolqu periklu ta' saħħa għar-residenti li joqogħdu fit-toroq ta' l-inħawi u saħansitra qed jidħlu fid-djar tan-nies?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.