Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15668 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Protokoll Finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus lil Malta mill-Unjoni Ewropea minn meta sar l-ewwel protokoll finanzjarju? Kemm saru protokolli finanzjarji, meta u kemm involvew flus?

Response (BORG, JOE)

Fil-perjodu ta' bejn l-1978 sal-lum ġew ffirmati 4 Protokolli Finanzjarji bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja. L-ewwel Protokoll Finanzjarju (1978-1983) kien jipprovdi għal 26 MECU f'għajnuna finanzjarja għal Malta. Minn dawn il-flus kien hemm 5 MECU bħala grants u 21 MECU bħala self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew li minnhom 5 MECU kienu soft loan. It-Tieni Protokoll Finanzjarju (1983-1988) kien jipprovdi għal 29.5 MECU għajnuna finanzjarja għal Malta. Minn dawn il-flus kien hemm 10.5 MECU bħala grants, 19 MECU bħala self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB) li minnhom 3 MECU kienu bħala soft loan. It-Tielet Protokoll Finanzjarju (1988-1993) kien fih 38 MECU li minnhom 12.5 MECU kienu grants, 23 MECU kienu taħt forma ta' self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB) u 2.5 MECU Risk Capital. Ir-Raba Protokoll Finanzjarju (1995-1999) - dan ġie ffinaliżżat fl-1996 u, oriġinarjament, kien jinkludi 13 MECU bħala grants, 2 MECU bħala risk capital u 30 MECU f'self mill-EIB. L-għan ta' dan il-Protokoll kien li jassisti lil Malta fit-triqtha lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropeja. Wara t-tibdil tal-Gvern fl-1996 u minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja ġiet ffriżata, il-programm indikattiv li kien diġa sar għal dan il-Protokoll kellu jiġi rivedut. Għal din ir-raġuni Malta kienet għada ma bdietx twettaq il-proġetti taħt dan il-Protokoll. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li testendi dan il-Protokoll, sal-aħħar tal-1999 iżda l-ammont tal-grants ġie rivedut l-isfel għal 7 MEURO, inklużi 2 MEURO risk capital.
Leg 9 PQ #15789 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Richard Cachia Caruana — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk ġiex iffirmat kuntratt bejn il-gvern u s-Sur Richard Cachia Caruana liema kuntratt jirregola x-xogħol, kondizzjonijiet, ħlas, eċċ tas-Sur Cachia Caruana fil-kariga tiegħu bħala negozjatur ewlieni fl-applikazzjoni għal sħubija sħiħa fl-UE? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħlas li qed, jew li se jirċievi, is-Sur Cachia Caruana għal dan ix-xogħol?

Response (BORG, JOE)

Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14090.
Leg 9 PQ #15383 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta/Libja — Protokoll

Question

Peress li l-protokoll bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-biejda u sajd li sar taħt l-amministrazzjoni preċendenti, m'hemmx bżonn li jiġi ratifikat, jista' l-Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru matul dawn l-aħħar 20 xahar dwar il-kontinwazzjoni ta' dan il-protokoll? Kemm saru laqgħat ministerjali bejn iż-żewġ pajjiżi u meta se jkomplu matul din is-sena? Xi żviluppi kien hemm?

Response (BORG, JOE)

Peress li s-suġġett prinċipali ta' l-imsemmi Protocol jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru ta' Agrikoltura u Sajd, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15543 Sitting 282 2000-04-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Olanda — Reklamar

Question

Jista' l-Minsitru jgħid x'passi ttieħdu dwar reklamar li sar fl-Olanda fejn fih dehru l-kuluri tat-team tal-football nazzjonali Malti?

Response (BORG, JOE)

Skond rapport li deher f'gażżetta, il-Malta Football Association qed tikkonsidra li tieħu passi legali kontra l-Macdonalds, Netherlands. S'issa lill-Ministeru ma'saritlu l-ebda protesta jew rappreżentazzjoni formali fuq ir-reklam imsemmi. Sadanittant, skond rapport ieħor aktar riċenti, issa jidher li dan ir-reklam ġie rtirat. Minn mindu dehret din l-aħbar fil-gażżetta, il-Ministeru talab kopja tal-filmat sabiex wara li jarah ikun jista jirregola ruħu dwar dan il-każ.

Brussels — Ċelebrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet iċ-ċelebrazzjoni lil Gvern fi Brussels, meta formalment ġiet inawgurat l-bidu tan-negozjati għas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, broken down, f'items separati u li jkunu jinkludu t-trasport bl-ajru u mhux, akkomodazzjoni, hospitality, eċċ?

Response (BORG, JOE)

Filwaqt li ma saret l-ebda ċelebrazzjoni (f sens ta xi riċevimenti eċċ...) meta ġie formalment inawgurat il-bidu tan-negozjati għas-sħubija ta Ewropeja, iż-żjara fi Brussels tad-delegazzjoni Maltija għall-inawgurazzjoni tan-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja, sa fejn għandu x jaqsam il-Ministeru tiegħi, ġiet stmata li tiswa Lm3,809.12. Din is-somma tikkonsisti fi: (a) Lm2,167.18 fi spejjeż ta' trasport, inkluż dak bl-ajru (b) Lm1,080.67 f'akkomodazzjoni (c) Lm462.30 f'subsistance allowance (d) Lm98.97 fi spejjeż oħra Mill-ispejjeż ta' trasport, għad iridu jitnaqqsu l-ammont ta' rebates fuq il-biljetti tal-ajru dovuti lil Ministeru, wara li dawn jinħadmu mill-AirMalta. Id-delegazzjoni Maltija li għaliha jirreferu dawn l-ispejjes kienet tikkonsisti minni u erba minn nies oħra. OR Ma' saret l-ebda ċelebrazzjoni meta formalment ġie inawgurat il-bidu tan-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #15343 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Negozjati

Question

Fid-dawl tas-sejħa mill-President tal-Federazzjoni ta' l-Industriji li hemm bżonn li ma' l-Unjoni Ewropea jiġi negozjat pakkett li jgħin fil-ħolqien ta' l-impjiegi u titqajjem l-ekonomija lokali, x'pożizzjoni konkreta se jieħu l-gvern Malti fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea biex jiġi żgurat pakkett b'dawn l-elementi?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onerevoli Interpellant li l-Gvern qed jikkonsulta mal-Federazzjoni ta' l-Industriji u mal-korpi kostitwiti l-ohra kollha fuq in-negozjati għas-sħubija ta 'Malta fl-Unjoni Europeja, biex b'hekk jassigura li l-pakkett li jiġi nnegozjat hu fl-aħjar interessi ta' Malta. Dan qed isir fi ħdan il- Malta-EU Steering and Action Committee fejn il-Partit Laburista għadu jista jinnomina r-rappreżentant tiegħu jekk irid.
Leg 9 PQ #15268 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Korpi professjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni se jieħu l-gvern fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea biex tilqa' t-talba ta' korpi professjonali lokali li jinnega li biex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f'Malta ċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea jridu jkunu profiċjenti fil-Malti u fl-Ingliż?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15175 peress li ż-żewġ mistoqsijiet jidhru li fis-sostanza huma identiċi.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Karozza uffiċjali ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozza uffiċjali ministerjali tiegħu?

Response (BORG, JOE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta' l-Prim Ministru għall-mistoqsija 5477.
Leg 9 PQ #15175 Sitting 275 2000-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Negozjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni se jieħu l-Gvern Malti fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea biex jilqa' t-talba ta' dawk il-korpi professjonali li jridu li l-uniċi ċittadini ta' l-UE li jistgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom ikunu profiċjenti fil-Malti u fl-Ingliż?

Response (BORG, JOE)

Din il-materja qed tiġi analiżżata fir-rigward ta'kull professjoni individwali u, wara illi jsir dan, tigi formulata il-pożizzjoni tal-Gvern Malti. Din il-pożizzjoni mbagħad tiġi mressqa quddiem il-MEUSAC għall-approvazzjoni ta'dan il-Kumitat fejn l-Oppożizzjoni għadha tista'tinnomina ir-rappreżentant tagħha jekk hija trid.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi mikrija mill-ministeru?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta' l-Prim Ministru għall-Mistoqsija numru 5477 u għal dik li tajt għall-Mistoqsija numru 13353.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu aċċess u permess li jsuq u juża l-karozzi uffiċjali tal-ministeru?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi l-Onorevoli membru għad-dokumenti 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'seduta 124 fis-16 ta' Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #15139 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid tul din il-leġislatura x'kienet in-nefqa li għamel kull ambaxxatur Malti għal żjarat li għamel barra l-belt fejn qiegħed stazzjonat? Għal liema raġuni saru dawn iż-żjarat?

Response (BORG, JOE)

Sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jipprovdiniex b'raġuni valida għala għandi nirrispondi l-mistoqsija magħmula minnu, m'inhix dispost naħli ħin l-uffiċċjali tal-Ministeru u flus il-poplu għal xejn b'xejn. Jekk l-Onorevoli Interpellant irid xi informazzjoni speċifika dwar xi żjara jew żjarat magħmula minn xi Ambaxxatur jew Ambaxxaturi partikolari, nitolbu jagħmel mistoqsija apposta u nirrispondiha.
Leg 9 PQ #15140 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa li għamel kull ambaxxatur Malti għal hospitality u entertainment tul din il-leġislatura? X'kienet ir-raġuni għal kull nefqa?

Response (BORG, JOE)

Sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jipprovdiniex b'raġuni valida għala għandi nirrispondi l-mistoqsija magħmula minnu, m'hinix dispost naħli ħin l-uffiċċjali tal-Ministeru u flus il-poplu għal xejn b'xejn. Jekk l-Onorevoli Interpellant irid xi informazzjoni speċifika dwar xi nefqa magħmula minn xi Ambaxxatur jew Ambaxxaturi partikolari f'hospitality jew entertainment nitolbu jgħamel mistoqsija apposta u nirrispondiha.
Leg 9 PQ #15142 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Referdum

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern Malti dwar ir-referendum ta' l-Unjoni Ewropea kemm-il darba dan ir-referendum ikollu eżitu negattiv? Il-Gvern Malti se jkun lest jorganizza referendum ieħor fi żmien opportun?

Response (BORG, JOE)

Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar ir-referendum ta' l-Unjoni Ewropeja hi direttament opposta għal dik tal-Kap ta'l-Oppożizzjoni peress li l-Gvern jemmen bis-sħiħ fid-demokrazija u għalhekk jirrispetta dak li jiddeċiedi l-poplu.
Leg 9 PQ #14975 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin — Inventarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12833, rigward l-inventarju ta' l-ambaxxati Maltin?

Response (BORG, JOE)

Jien infurmat li f'kull Ambaxxata hemm inventarju u dan jiġi ċċekkjat mill-uffiċċjali ta' l-ambaxxata perjodikament jew meta jkun hemm tibdil ta' Ambaxxatur jew Charge' d'Affaires. Fil-każ ta' l-ambaxxata fi Stockholm l-inventarju għadu qed isir peress li din l-ambaxxata għadha kif ġiet stabbilita. Jien infurmat li fil każ ta' l-Ambaxxati fil-Kajr, f'Riyadh u f'Londra instabu xi items nieqsa li kienu jew items ta' crockery jew tal-ħġieġ komuni (Kajr/Londra), jew oġġetti li huma unserviceable u li għalhekk probabilment ġew mormija minn meta sar l-aħħar inventarju (Riyadh). L-aħħar li sar kontroll ta' l-inventarji huwa kif ser jingħad: Ambaxxata Data ta'l-aħħar kontroll Baghdad Marzu 1999 Beijing Jannar 2000 Bonn Lulju 1999 Brussels Jannar 2000 Cairo Novembru 1999 Canberra Awwissu 1999 Geneva Settembru 1999 Londra Frar 2000 Madrid Awwissu 1999 Moscow Ottubru 1999 New York Marzu 2000 Pariġi Lulju 1999 Riyadh Marzu 1999 Ruma Mejju 1999 Strasbourg Ottubru 1999 Toronto Ottubru 1998 Tripoli April 1999 Tunisia Diċembru 1999 Vienna Jannar 2000 Washington April 1999

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn kienx hemm xi karozzi mikrija lill-ministeru jew xi entita' oħra li taqa'taħt id-dekasteru tiegħu, jew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jew proprjeta' tal-ministeru jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li qed jintużaw minn individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: (1) minn min qed jintużaw; (2) minn meta bdew jintużaw; (3) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (4) kemm swew fi flus Maltin; (5) xi kriterji ntużaw biex qed jintużaw minn min qed jintużaw?

Response (BORG, JOE)

Fil-każ ta' membri tas-Segretarjat ta' Ministri u Segretarji Parlamentari l-kriterji dwar użu ta' karozzi uffiċċjali huma mniżżla fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fil-każ ta' uffiċċjali oħra fid-dekasteru tiegħi li għandhom ftehim jew kuntratt, l-użu huwa regolat min tali ftehim jew kuntratt. Il-karozzi uffiċċjali kollha l-oħra għandhom jintużaw minn min għandu l-permess jagħmel dan. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi każ f'moħħu li huwa jidhirlu li jien għandi nkun naf bih, nitolbu jagħtini l-informazzjoni rilevanti.
Leg 9 PQ #15005 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pajjiżi Ewropej li ndikaw li beħsiebhom jiftħu ambaxxata f'Malta?

Response (BORG, JOE)

Mhux diplomatikament korrett li tingħata informazzjoni li tinvolvi Gvernijiet barranin.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Karozzi mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kienx hemm xi karozzi li ġew mixtrija mill-ministeru jew minn xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, li ġew mogħtija b'donazzjoni lill-individwi li m'humiex uffiċjali jew impjegati mal-ministeru jew xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: (a) lil minn ingħataw; (b) x'marka huma l-karozzi u meta nxtraw; (ċ) kemm swew fi flus Maltin; u (d) xi kriterji ntużaw biex dawn l-individwi ngħataw din il-karozza?

Response (BORG, JOE)

Mhiex il-prassi ta' dan il-Gvern li jagħti karozzi bħala donazzjonijiet, la lill-uffiċċjali tiegħu u l-anqas lil dawk li mhumiex.

Romano Prodi — Żjara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ż-żjara tal-President Prodi, għall-gvern ta' Malta, attivita', attivita'?

Response (BORG, JOE)

Għal dak li jikkonċerna l-Ministeru tiegħi l-ispejjeż kienu jirrigwardjaw biss xiri ta' arranġamenti ta' fjuri sabiex jissebbaħ il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u il-kiri ta' karozzi a bażi ta' kuntratt mogħti mid-Dipartiment tal-Kuntratti. L-ispiża attwali ghall-kiri ta'dawn il-karozzi għad mhix magħrufa għax il-kont għadu ma wasalx il-Ministeru. L-ispiża għall-arranġament ta' fjuri laħqet is-somma ta' LM65.49. Rigward spejjeż li setgħu intefqu minn Ministeri oħra nirrferi lill-Onorevoli Interpellanta lill-Ministeri konċernati.
Leg 9 PQ #14961 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Turkija

Question

Minħabba l-fatt li t-Turkija qegħda fil-proċess għad-dħul fl-UE, jikkonsidra l-Ministru li tinfetaħ ambaxxata Maltija fit-Turkija?

Response (BORG, JOE)

Il-Ministeru qiegħed jikkonsidra ftuħ ta' iżjed Ambaxxati, kemm f'pajjiżi Ewropej kif ukoll f'pajjiżi barra mill-Ewropa. Priorita tingħata lill-pajjiżi li huma diġa membri ta' l-Unjoni Ewropeja, pajjiżi applikanti u pajjiżi oħra Mediterranji.