Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tfal Addottati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew fostered/addottati tfal minn pajjiżi barranin sena b'sena f'dawn l-aħħar snin? Kemm minn kull pajjiż? Fir-rigward ta' tfal Russi li qed jgħixu ma' familji Maltin bħalissa, x'inhuma l-arranġamenti li ntlaħqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija, l-awtoritajiet Russi reċentement infurmaw lill-Gvern Malti li fil-preżent mhux possibbli li jikkonkludu ftehim bilaterali ma' ebda pajjiż dwar adozzjonijiet. Ta min jgħid li ftehim bilaterali f'dan ir-rigward kien iservi biex jiffaċilita l-adozzjoni, iżda bl-ebda mod ma kien ifisser tibdil fil-proċeduri legali li jridu jiġu segwiti fil-pajjiżi rispettivi.

Benefiċċju tal-Mard

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' koppja anzjana li l-partikolaritajiet tagħha jinsabu separatament minn din il-mistoqsija li inqatgħalhom il-benefiċċju tal-mard meta anke minn dokumenti li ingħataw lid-dipartiment as-sigurta' soċjali jidher li huma ġustifikati li jirċievu dan il-benefiċċju? Jista' d-dipartiment jinforma lill-koppja bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Telecare — Paola

Question

Jista' l-Ministru jara li jinbidel it-Telecare ta' anzjan li l-partikolaritajiet tiegħu qegħdin jintbagħtu under separate cover, li għandu nuqqas ta' vista u ilu li għamel din it-talba għal tant ġimgħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili, anki b'mod kunfidenzjali, n-numru tat-telephone tal-persuna ndikata biex inkun nista ninvestiga.

Imtarfa Home

Question

B'riferenza għall-urġenza tat-talba EC20H156/2002 sabiex tiġi akkomodata f'dar għall-anzjani - u prefiribbilment fl-Imtarfa home - jista' l-Viċi Prim Ministru jirrimedja l-approvazzjoni meħtieġa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.

Bord Konsultattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-bord konsultattiv dwar tfal u żgħażagħ mit-twaqqif tiegħu sal-lum? Jista' jpoġġi xi dokumenti li jista' jkun li saru minn dan il-bord, fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim fejn kuntrattur privat bena hu stess u minn fondi tiegħu fuq id-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Kif ser jaħdem dan il-public-private partnership u għaliex ma sarx tendering f'dan il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali — Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jara x'tip ta' benefiċċju soċjali tista' tieħu omm xebba li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament minn din il-mistoqsija peress li bħalissa m'hija tieħu l-ebda benefiċċju? Tista' din is-sinjorina tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Benefiċċju Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li n-numru ta' l-ID card qed jintbagħat separatament għal għajnuna tal-wens talli tieħu ħsieb il-ġenituri tagħha li ilha li applikat minn Novembru u issa laħaq miet missier l-applikanti li għadha qed tieħu ħsieb lill-ommha? Jaf li din l-applikanti kellha titlaq mix-xogħol biex tieħu ħsieb il-ġenituri tagħha u qed jiġi kkawżat lilha tbatija kbira finanzjarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li wara li ippruvat tgħaddi bord qalulha biex tmur taħdem minkejja li din il-persuna qatt ma ħadmet f'għomorha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Rapport — Nefqa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 31502 u cioe`: jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti u studji dwar l-operat tat-tmexxija tal-gvern u dwar l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Diġa' weġibt il-Mistoqsija Nru. 31502. Qed nagħti issa Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 33503. L-informazzjoni mitluba dwar rapporti/studji marbuta mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja kienet tifforma parti mit-Tweġiba li tajt fit-13 ta' Frar 2001 għall-Mistoqsija Nru. 23462 għas-snin 1999, 2000, u l-ewwel xhur tal-2001. Ma ġie kummissjonat ebda rapport/studju ieħor marbut mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja matul il-kumplament ta' l-2001. Il-parti tal-Mistoqsija dwar "rapporti/studji dwar l-operat tat-tmexxija tal-Gvern" għadha vaga u vasta wisq. Naħseb li l-Onor. Interpellant jaqbel li mhux possibbli li jiġi kkalkolat l-infiq (inkluż ukoll il-pagi ta' min jagħmilhom) fuq in-numru li ma jispiċċa qatt ta' rapporti u studji li jsiru, jew ikunu qegħdin jinkitbu kontinwament u ta' kuljum mill-impjegati waqt l-operat normali ta' kull dipartiment u entita' tal-Gvern. Sakemm ma jkunx speċifiku fuq din il-parti tal-Mistoqsija, li nista' nagħmel f'dan l-istadju hu li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt fit-12 ta' Ġunju 2001 għall-Mistoqsija Nru. 25543 li kienet tinkludi l-ammonti ta' kemm ġew iqumu l-pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Ministeru tiegħi u mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fl-1999, 2000, u fl-ewwel ħames xhur ta' l-2001. Jekk irid nista' nara li tinġabar informazzjoni simili għall-kumplament ta' l-2001 u li tindika wkoll liema minn dawn ir-rapporti tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

VAT

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma tħallsitx lura l-VAT fuq l-ewwel propjeta' li xtrat, jista' l-Ministru jara li jsir il-ħlas dovut bla aktar telf ta' żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mir-records ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata qatt applikat għar-rifużjoni tal-VAT fuq l-ewwel propjeta' li xtrat.

Vat — Refund

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex ma sarx lura l-ħlas tal-VAT lill-persuni bid-dettalji tagħhom qed jintbgħatu separatament għall-VAT imħallsa bħala l-ewwel propjeta' tagħhom cioe, il-fond li wkoll qiegħed jingħata tagħrif dwaru separatament ma' din id-domanda? Jista' jara li jsir il-ħlas dovut immedjatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar m'għandha ebda applikazzjoni pendenti għar-refużjoni ta' VAT mill-persuni ndikati mill-Onor. Interpellant.

Skemi tas-Sussidju

Question

Peress li l-persuna residenti fi Triq il-Mitħna, Rabat, Malta li dettajli tagħha qed jintbagħtu separatament qed tħallas Lm 75 lira fix-xahar kera għall-appartament tagħha, jista' l-Ministru jara jekk din il-persuna hix intitolata għal xi għajnuna u tistax tapplika għall-iskemi attwali tas-sussidju fuq il-kera sabiex ittaffi ftit mill-problema finanzjarji tagħha? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet relattivi, l-persuna ndikata tista' tkun intitolata għall-għajnuna taħt Skema R - Skema ta' Kera Sussidjata fuq Residenzi Privati, ta' l-Awtorita' tad-Djar.

ETC — Impjiegi/Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rġiel f'Malta u Għawdex 'il fuq minn 16-il sena li qed jaħdmu? Kemm huma dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm huwa n-numru ta' dawk 'il fuq minn 40 sena li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm ilu l-aktar wieħed jirreġistra? Kemm hemm nies li ilhom jirreġistra 'l fuq minn erba' snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Jannar 2002, f'Malta u Għawdex kien hemm 97,706 rġiel 'il fuq minn 16-il sena li kienu qed jaħdmu. F'April 2002 kien hemm 5,815-il raġel li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti (Part 1). Minnhom kien hemm 2,457 li kellhom 'il fuq minn 40 sena. l-aktar wieħed li ilu jirreġistra, ilu għal aktar minn 20 sena. Filwaqt li 1,074 raġel ilhom jirreġistraw 'il fuq minn erba' snin.

Housing — San Gwann

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar sale of property?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-bejgħ mill-Awtorita' tad-Djar ta' appartamenti tal-Gvern taħt l-iskema "Sir Sid Darek" jista' jsir meta l-inkwilin ikun rikonoxxut mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali u/jew mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma tissodisfax din il-kundizzjoni.

Relief — Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi investigat il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tinsab separata mir-raġel tagħha li għandu wkoll kustodja tat-tfal tagħha, billi din inqagħtet mir-relief u saritilha rakkomandazzjoni biex tfittex tibda taħdem minkejja li fil-preżent ma tantx hija fit għax-xogħol minħabba depression - iċċertifikat minn speċjlista mediku - li tinstab għadejja minnu u b'konsegwenza ta' dan kollu qed tkun ta' hardship fuq il-ġenituri tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun tkkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex missier ta' familja b'żewġt itfal - partikaritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament - inqatagħlu kull dħul mis-social services" Jista' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma sar ebda Environment Impact Assessment/Statement minn Settembru 1998, fuq talba tal-Ministeru għall-Politika Soċjali jew dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Maria Bugeja Cash for Cancer Foundation

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern biex xtara l-bini li kien intenzjonat għal Maria Bugeja Cash for Cancer Foundation? Jista' jgħid kemm kien hemm dejn fuq dan il-bini? Jista' jispjega għal xiex se jiġi wżat dan il-bini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-prezz għax-xiri tal-post indikat mill-Onor. Interpellant kien ta' Lm350,000. Minn din is-somma, Lm88,146.39 tħallsu direttament lil kreditur bħala full and final settlement għax-xogħol li kien għamel fl-istess post. Mill-bilanċ, il-Maria Bugeja Cancer Support Foundation tat lura b'donazzjoni lill-Gvern is-somma ta' Lm150,000 bl-iskop li tintefaq fuq xiri ta' apparat jew tiffinanzja proġetti relatati ma' l-onkoloġija, kif miftiehem bejn l-imsemmija Fondazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Gvern dwar is-Saħħa. Kif diġa' ġie mħabbar pubblikament meta nxtara l-post, dan il-bini ser iservi biex jakkomoda l-Awtorita' tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, li fil-futur qarib mistennija żżid in-numru ta' mpjegati biex iġġor b'mod effettiv ir-responsabbiltajiet legali li għandha u tiżgura prattiċi u livelli għolja ta' saħħa u sigurta' fuq il-postijiet tax-xogħol.