Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni vaccine tal-Hepatitis A ma jingħatax b'xejn mill-polyclinics - vaccine li jiswa Lm17 u li min imur il-polyclinic irid jixtriħ hu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tilqim li mhux fl-iskeda ta' tilqim stabilita' mid-Diviżjoni tas-Saħħa qatt ma kien jingħata b'xejn iżda dejjem sar bi ħlas ħlief għall-każijiet eċċezjonali li jiġu eżentati (e.g. nies sejrin għall-missjoni). It-tilqima kontra l-Hepatitis A mhix waħda mit-tilqim fl-iskeda.
Minħabba li jidher li leġislazzjoni komprensiva li tkopri l-bioetika fit-teknoloġija riproduttiva se tieħu ħafna żmien u peress li hawn min qed jinvesti flejjes kbar f'dan il-qasam u hawn oħrajn li jixtiequ jinvestu, il-gvern iħoss li għandha tiġi introdotta liġi b'urġenza li tippermetti, taħt sorveljanza jew regolamenti speċifiċi, li jsir fil-laboratorju dak li hemm kunsens ġenerali dwaru u dan filwaqt li ma jiġix permess li jsiru interventi jew esperimenti li sal-lum id-diskussjoni fuqhom hija kontoversjali jew mhux ċara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma nħoss li hemm urġenza. Naħseb li jkun aktar għaqli li ssir diskussjoni matura bejn dawk kollha involuti għaliex din hi materja komplessa b'ħafna żvolti ta' natura etika u soċjali, sabiex naslu għal consensus dwar l-aħjar soluzzjoni li tgħodd fl-ambjent kulturali ta' pajjiżna.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-parking tat-tobba u konsulenti fl-isptar San Luqa għadux f'idejn id-diviżjoni tas-saħħa inkella għaddiex f'idejn il-kunsill lokali ta' Tal-Pieta'? Jista' jispjega l-bidla li seħħet fis-sistema tal-parking ġewwa l-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jkun stallat u jibda jitħaddem l-inċineratur fl-isptar Mater Dei? Hemm ħsieb li dan jibda jitħaddem qabel ma jiftaħ l-isptar ħalli jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti ta' Tal-Pieta', l-Imsida u Ta' Xbiex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li r-rapport ta' proċrss ta' pre-kwalifikazzjoni għax-xiri ta' l-impjant ta' dekontaminazzjoni ta' skart kliniku għall-isptar Mater Dei kien tlesta fit-8 ta' Novembru, 2004. Madankollu, żewġ kumpaniji li ma kienux shortlisted appellaw mid-deċiżjoni. Il-Bord ta' l-Appell tal-Kuntratti f'deċiżjoni ppubblikata fit-8 ta' Frar, 2005, talab lill-Bord ta' Aġudikazzjoni sabiex jerġa' jevalwa mill-ġdid is-sottomissjonijiet ta' kumpanija minnhom. Il-Bord bagħat ir-rapport tiegħu ta' evalwazzjoni fit-19 ta' April, 2005.
Sakemm ma jiġix irreġistrat xi appell ieħor, jinbeda l-proċess li jwassal għall-aġudikazzjoni finali u eventwalment ix-xiri u l-installar ta' l-impjant. Taħt ċirkostanzi normali huwa mistenni li dan il-proċess kollu jieħu madwar tnax -il xahar.
Huwa l-ħsieb li dan l-impjant jitħaddem qabel ma jinfetaħ l-isptar il-ġdid.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il talba daħlet lid-dipartiment ta' l-anzjani għal handyman service matul l-aħħar sentejn? Jista' jagħti rendikont ta' x'tip ta' xogħol kien rikjest, eżempju xogħol ta' l-ilma, xogħlijiet ta' l-elettriku, mastrudaxxa eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dawn l-aħħar sentejn in-numru ta' talbiet li daħlu fid-Dipartiment ta' Anzjani u Kura fil-Komunita' biex jagħmlu użu mis-servizz tal-Handyman kien ta' 2334.
Ix-xogħol kien jikkonsisti l-iktar f'xogħol ta' plumbing, xogħol ta' dawl u xogħol ta' mastrudaxxa.
Jista' il-Ministru jaġġornana dwar mistoqsija parlamentari 10754 u x-shift tal-maintenace unit ta' l-isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-negozjati mal-Unions għadhom għaddejjin u għadu mhux magħruf x'se jkun ir-riżultat ta' dawn in-negozjati u jekk m'humiex se jitneħħew xi shifts.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 11321, jista' il-Ministru jgħid ġaladarba mhux se tiġi pubblikata white paper dwar il-qasam tas-saħħa, kif hu maħsub li jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar ir-riformi li hu maħsub li jsiru f'pajjiżna f'dan il-qasam?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għal risposta tad-Domanda numru 11320.
Il-Ministeru tas-Saħħa diġa' lesta abbozz ta' liġi ġdida dwar l-organiżżazzjoni tas-settur tas-Saħħa li se tiġi preżentata għall-kunsiderazzjoni tal-Kabinett. Kif jaf l-Onor. Interpellant, kull abbozz ta' liġi ġdida wara tiġi diskussa f'dan il-Parlament.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 11320, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti oħra mħejjija mid-dipartiment tas-saħħa u/jew il-ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi dan ir-rapport jew rapporti fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda rapport biex jiddaħħlu ħlasijiet fuq servizzi mogħtija fl-isptarijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani u x'inhuwa l-grad tagħhom? Kemm hemm persuni li huma bil-kuntratt u x'inhu xogħolhom u kemm jitħallsu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk tqassmux figolli lill-anzjani fid-djar ta' l-anzjani? Jekk iva, kemm tqassmu u fejn? Min ħadimhom u kemm ġew jiswew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'kull Dar ta' l-Anzjani ġew mqassma l-figoli ħlief dik ta' l-Imtarfa fejn ir-residenti ngħataw cikkulatini.
In-numru ta' figolli li tqassmu hu kif ġej:
Imsida 64
Gżira 31
Mosta 68
Furjana 49
Dawn il-figolli nħadmu fl-Institute of Tourism Studies għall-prezz ta' 50c il-waħda.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-bed capacity ta' l-isptar San Luqa illum? Kif inhuma mqassma u x'se tkun il-bed capacity ta' l-isptar Mater Dei u kif se jkunu mqassma? Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawn ta' l-aħħar se jkunu għall-pazjenti barranin u/jew bi ħlas għall-privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.