Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li bejn Settembru 1998 u l-aħħar tas-sena 2000 intnefqu biex jiġi refurbished il-bini tal-medical stores fi Gwardamanga (inkluż infrastruttura, soft furnishings, għamara, computers, eċċ.) Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot jew voti ttieħdu dawn il-finanzi u min awtorizza din l-ispiża? Kemm kien l-ammont li tħallas sa l-aħħar tas-sena 2000? Fl-aħħar tas-sena 2000 kemm kien l-ammont ta' flus li kienu għadhom ma tħallsux?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u l-aħħar tas-sena 2000 kemm mix-xogħol ta' refurbishing li sar fil-bini tal-medical stores fi Gwardamanga ħareġ wara sejħa ta' tender? Kemm mix-xogħol sar b'direct order? Kemm mix-xogħol sar wara li ntalbu quotations?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk wara r-rapporti li xandret Nature Trust/Malta dwar il-ħruġ mill-ġdid ta' drenaġġ mill-qasam industrijali ta' Ħal Far għal ġo Wied Znuber, liema drenaġġ eventwalment jispiċċa fil-baħar, jekk: (i) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex isir magħruf x'ikkawża dan kollu; (ii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu biex dan kollu ma jerġax jiġri; u (iii) itteħdux xi passi mill-ministeru tiegħu kontra min huwa responsabbli għal dan it-tinġiż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li diversi spezzjonijiet saru minn uffiċjali ta`dan id-Dipartiment fil-post imsemmi f'Wied Żnuber (Qasam industrijali ta` Ħal Far). Il-kawża ta` dan il-ħruġ ta` drenaġġ ġie ndividwat għal Impjant ta` Trattament tad-Drenaġġ li bħalissa m'għadux jintuża. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ kif ukoll il-Korporazzjoni għal l-Iżvilupp Malti, ġew infurmati b'dan, tant li minn informazzjoni li għandna jirriżulta li laqgħat qegħdin isiru biex isolvu il-problema darba għal dejjem. Għaldaqstant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jkun aktar opportun jekk jirreferi l-mistoqsija lil Ministru responsabbli mid-Dipartiment tad-Drenaġġ, biex jinformah sa fejn waslu tali laqgħat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-pilloli diamox ilhom out of stock għal diversi ġimgħat ? Meta hemm il-ħsieb li dawn jerġgħu jaslu f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bejn l-aħħar tas-sena l-oħra u l-ewwel ġimgħa ta` Marzu waslu erbgħa kunsenji ta` pilloli Acetazolamide 250mg għand is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern. Dawn il-kunsenji kellhom iservu madwar tlett xhur. Mistennija kunsenja oħra dan ix-xahar.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24125, jista' l-Ministru jagħmel il-kalkolu kif isir f'pajjiżi oħra bħal per eżempju kif għadu kif sar mill-N.H.S. tar-Renju Unit fejn ikkalkulaw x'triswa kura relatata mal-obesita' bħalma hu mard tal-qalb, zokkor, pressjoni eċċ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari numru 24125.
Billi l-persuna li isimha qed jintbgħat separatament qed titlob biex tmur lura fl-impjieg li kellha fl-aħħar ta' Diċembru li għadda mad-Dipartiment tas-Saħħa cioe mar-Rodent Section, jista' l-Ministru jara li jsiru l-arrangmenti meħtieġa medjatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-transfer li ġiet effetwata lill-persuna ndikata saret minħabba esiġenzi tad-Dipartiment u m'hemm l-ebda ħsieb, f'dan il-mument li tinbidel.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi mill-awtoritajiet konċernati wara li sid razzett li hemm fi Triq Ġuże Galea, l-Iklin qiegħed juża għalqa fil-viċin bħala rubbish dump b'inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li wara spezzjoni li saret fl-għalqa ndikata fi Triq Ġuże' Galea, l-Iklin, mill-Ispetturi tas-Sanita' tad-distrett, ġie kkonfermat li hemm akkumulu ta' skart u materjal ieħor. Ġew ukoll innutati żewġ vetturi mitluqa u karavann fl-għalqa n' kwistjoni.
Rigward l-akkumulu, ntbagħat avviż lill-persuna responsabbli biex dan jieħu passi w jneħħi dan l-akkumulu fi żmien raġonevoli. Fin-nuqqas jittieħdu passi legali. Dwar il-preżenza ta' vetturi mitluqa, ninforma lill-Onor. Interpellant li tali responsabbilta' taqa' taħt il-Kummissarju tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus imħallas mid-dipartiment tas-saħħa għal servizzi offruti minn clinics jew sptarijiet privati għal pazjenti li jkollhom bżonn xi servizz li d-dipartiment tas-saħħa ma joffrix, is-sena l-oħra? X'kien is-servizz offrut f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-uniku servizz mogħti minn 'clinics' jew Sptarijiet privati s-sena l-oħra u li d-Dipartiment tas-Saħħa ma kienx qed joffri, kien MRI Scan bejn Jannar u April (f'April inbeda s-servizz fl-Isptar San Luqa) mill-Isptar St.James.
Il-flus li tħallsu ammontaw għal LM37,215.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li hawn; (a) diabetiċi; (a) asmatiċi; (c) persuni li għandhom ischemia cardiaca; u (d) persuni li jbatu mill-pressjoni għolja, illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-istatistika mitluba ma tinġabarx għax il-prevalenza hija ddeterminata minn informazzjoni miġbura mis-Surveys. F'Malta, Health Interview Surveys (HIS) fuq skala nazzjonali għadhom qatt ma saru u l-ewwel HIS hija ippjanata li ssir fit-tieni nofs ta' din is-sena. Fil-kaz tad-Dijabete, l-aħħar informazzjoni inġabret fil-1987 u turi li l-prevalenza fil-popolazzjoni ta' ħmistax il-sena u iżjed kienet ta' 7.7%.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni s-sena l-oħra minħabba tipjip jew mard ikkaġunat mit-tipjip
Response (DEGUARA, LOUIS)
in-numru ta' każijiet ta' mwiet irregistrati fir-Registru Nazzjonali ta' l-imwiet fis-sena 2000 u li huma meqjusa bħala li kienu ikkagunati minħabba t-tipjip huwa ta 360.8 jew 361 mewt. Di il-figura inħadmet kif murija fit-tabella ta' hawn taħt:
Cause of death
ICD-10 codes
Total no. of deaths
% advised by WHO
90% of deaths from cancer
of trachea/bronchus/lung
C33-C34
120
90% = 108.0
75% of deaths from chronic
bronchitis/emphysema
J40-J44
89
75% = 66.8
25% of deaths from
ischaemic heart disease
120-125
744
25% = 186.0
Il-persentaġġi li intużaw huwa dawk kif rakkomandati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi s-sena l-oħra fl-isptarijiet tal-gvern, privati u fid-djar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni fuq it-twelid ta` trabi f'Malta u Għawdex. Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għall-National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project.
In-numru totali ta` trabi li twieldu fis-sena 2000 li kienu rreġitrati fin-NOIS s'issa kien ta` 4377. Minn dawn, 3946 twieldu fis-sptarijiet tal-Gvern waqt li 431 twieldu fi sptarijiet privati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għal viżti fid-djar minn tobba taċ-ċentri tas-saħħa dan ix-xahar? Kemm saru u kemm ma ntlaħqux saru mit-tobba ta' kull ċentru tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' talbiet għal viżti fid-djar miċ-Ċentri tas-Saħħa għax-xahar ta' Frar kien hekk:
Furjana
Gżira
Qormi
Mosta/Rabat
Paola/Bormla
Total
Viżta Mitluba
1988
466
205
1699
2233
6591
Saru
1223
298
193
786
830
3330
Ma sarux
765
168
12
913
1403
3261
Mis-1.00pm il-quddiem mit-Tnejn sal-Ġimgħa u s-Sibt u l-Ħadd il-viżti pendenti ta' Gżira u Qormi jiġu trasferuti l-Furjana u isiru minn hemm.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il jum kien magħluq il-canteen ta' Monte Carmeli matul ix-xahar ta' Jannar? X'passi qed jittieħdu biex isiru arranġamenti aħjar sabiex ikun evitat li l-pazjenti jkollhom joħorġu jixtru minn barra l-bini ta' l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul ix-xahar ta` Jannar il-Canteen ta` l-Isptar Monte Carmeli kien magħluq tnax-il darba. Għal issa mhux possibli li jsiru arranġamenti oħra biex dan il-Canteen jibqa` miftuħ meta jkun hawn xi mpjegat nieqes. Qabel dan il-Canteen kien jinżamm miftuħ billi jsir xogħol b'overtime. Dan ma għadux possibli li jsir billi hemm il-htieġa li jsir kontroll fl-ispiża ta` overtime.
Jista' l-Minisitru jinfurmana bil-progress li sar fl-ewwel laqgħa li organizza l-Ministru tas-saħħa sabiex tiġi evalwata u rimedjata l-problema ta' l-estenzjoni taċ-ċimiterju fir-Rabat ta' Malta?
Jista' jinfurmana bil-proposti li l-awtoritajiet konċernati ressqu sabiex tinstab soluzzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jaf, peress li ċ-ċimiterju tar-Rabat huwa limitat minħabba l-bini ta' madwaru, kienet studjata l-possibilita' ta' ċimiterju f'post alternattiv. Talba għall-kostruzzjoni ta' Ċimiterju fil-Ħemsija limiti tar-Rabat, kienet intbgħatet lill-Awtorita ta' l-ippjanar. Tali rikjesta ma kienitx ġiet aċċettata w għalhekk tlabna lill-istess Awtorita kif ukoll lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jissuġġerixxu post alternattiv. Infurmajna b'dan ukoll, lil Kunsil Lokali tar-Rabat u tlabna l-għajnuna tagħhom biex jiġi ndikat post adekwat għall-kostruzzjoni ta' ċimiterju fil-lokali.
Għaldaqstant, jekk l-Onorevoli Interpellant qed jiffeferi għal laqgħa li saret dan l-aħħar fil-preżenza tas-Sindku tar-Rabat, id-dipartiment qiegħed jistenna risposta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qagħdu għall-eżami bil-miktub tas-security guards fl-isptarijiet? Kemm għaddew mill-eżami? Min kienu? Meta mistenni li jsiru l-interviews? Dawk kollha li isimhom kien imniżżel ma' dawk li għaddew mill-eżami bil-miktub, huma mistennija li jintalbu joqgħodu għall-interview? Jekk le, għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Security Guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa qed tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid min huma u xi speċjalita' għandhom tobba barranin li għandhom permess jaħdmu f'Malta fil-privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tobba barranin għandhom bżonn ta' Liċenzja u "work permit" biex jaħdmu f'Malta fil-privat. Billi dawn id-dokumenti ma jinħarġux mill-Ministeru tas-Saħħa, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet saru tul l-1999 u t-2000 biex jiġi żgurat li l-irziezet li qed irabbu t-tiġieġ qed jimxu skond avviż legali 156 ta' l-1989?
Liema rziezet ġew spezzjonati? X'riżultati kien hemm wara dawn l-ispezzjonijiet, x'passi ttieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23761, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm l-avviż legali 156 ta' l-1989, joħroġ mill-Ordinanza dwar it-Tħaris mill-Mard (Kap. 36), id-Direttur ta' l-Agrikoltura u Sajd huwa awtorizzat biex jinforza tali regolament, għaldaqstant nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi referuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' casual cleaners li daħlu fl-1992?
Fejn qed jaħdmu llum u kemm huwa n-numru tagħhom?
Meta se jsiru tal-post dawn il-ħaddiema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi l-ħaddiema li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant jinsabu fid-Dipartiment
tal-Kura ta' l-Anzjani, nitolbu jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' overdose u alcohol eċċessiv rappurtati fl-isptar ta' San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Novembru 2000 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 197 każ ta' "overdose" u 59 każ ta' xorb eċċessiv. Dawn kienu mqassmin skond il-kategoriji li jidhru hawn taħt:
It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14)
Sena
Kategorija
Numru
Jan-Nov 2000
A
28
B
0
C
169
Total
197
It-tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li ġew ammessi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa jidher hawn taħt. Il-każijiet jitqassmu f'żewġ kategoriji.
Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkohol jew intossikazzjoni kkawżata mill-alkohol (ICD-10 code F10.0-F10.9).
Kategorija B: Mard tal-fwied attribwit għall-alkohol (ICD-10 code K70).
Sena
Kategorija
Numru
Jan - Nov 2000
A
51
B
8
Total
59