Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartiment, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum?
X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?
X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?
Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?
Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallsu dazji/levies/taxxi fuq birra importata?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rati ta` dazji\levies\taxxi fuq birra importata huma hekk;
IMPORT DUTY EXCISE DUTY LEVY VAT
24% Nil Lm0.25 per litre 15%
M`hemmx `import duty` fuq birra ta` origini Europeja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti ta' l-istock exchange f'Malta, kuntrarjament għal dak li jsir barra minn Malta, jippermettux li meta jsir xi share issue ix-shareholder eżistenti tal-kumpannija privata jingħatawx iċ-ċans li jbiegħu mix-shares tagħhom stess?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond il-liġijiet f`dan il-qasam kif aċċettati internazzjonalment, ir-regolamenti tal-Borża ta` Malta (il-Bye-laws) jeħtieġu fost affarijiet oħra li kumpannija li qegħda tfittex kwotazzjoni tat-titoli tagħha fuq il-Borża, għandha tkun kumpannija pubblika u fuq kollox li t-titoli tagħha għandhom jkunu liberament trasferibbli. Il-ħtieġa li dawn it-titoli jkunu liberament trasferibbli f`dan il-kuntest, tapplika kemm għal titoli li jkunu se joħorġu għall-ewwel darba, kif ukoll għal titoli diġa`maħruġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru huwiex qed jiċċekkja d-dħul tas-servizzi professjonali ta' dawk il-professjonisti/konsulenti li jaħdmu taħt il-kappa ta' l-NGOs? L-NGOs huma obbligati li jissottomettu rendikont tal-pagi/salarji u consultancy fees li jiċċarġjaw lill-klijenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull min jimpjega xi persuna (full-time jew part-time) huwa obbligat skond ir-regoli tal-Final Settelment System li jagħti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni kull informazzjoni dwar ħlas u remunerazzjoni li jkun ħallas skond ir-regoli. NGO`s li jħallsu pagi jew salarji m`humiex eżentati minn dawn ir-regoli u huma marbuta bl-obbligi kollha bħal kull employer ieħor. Din l-informazzjoni tkun ivverifikata mad-dħul dikjarat mill-individwi involuti. Għalkemm xi NGO`s jista` jkunu eżentati mill-ħlas tat-taxxa, dawn xorta waħda huma obbligati li jibgħatu l-prospett annwali tat-taxxa flimkien mal-financial statements tagħhom.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 16998, jista' l-Ministru jgħid jekk hux meħtieġ li jkun hemm xi persentaġġ li jrid ikun magħmul barra l-Unjoni Ewropea sabiex dak jew dawk il-prodotti jeħlu d-dazju, minkejja li jkun hemm EUR 1 certificate?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa intqal fir-risposta għal P.Q. Numru 16999, kull prodott jew kategorija ta` prodotti għandhom il-kriterji tagħhom biex jieħdu l`oriġini tagħhom u b`hekk jikwalifikaw għal preferenza skond il-provedimenti ta` l-EEC\Malta Agreement. Dawn il-kriterji jinsabu fl-iskeda ta` l-agreement.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fl-1995 kellha tieħu Lm618 refund fuq taxxa mħallsa waqt li issa ġiet infurmata li għandha tieħu ferm inqas? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni ta' dan in-nuqqas? Jekk kien hemm xi ħlas li ried jitħallas, kif il-persuna ma ġietx avżata? Jista' l-Ministru jagħti breakdown mill-1990 'l hawn biex il-persuna tkun taf x'kienet ir-raġuni tat-tnaqqis mir-refunds? Meta se jieħu dak li hu dovut lilu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-`taxpayer` allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa tal-boll u capital gains taxes f'Għawdex xahar b'xahar minn Settembru 1998 sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ammont ta` taxxa tal-boll u capital gains taxes li nġabret f`Għawdex xahar b`xahar minn Setembru 1998 sal-lum.
B'riferenza għat-talba lid-Dipartiment tal-VAT bir-referenza li qed tintbagħat separatament, għall-oġġezzjoni pendenti, jista' d-Dipartiment jara li jiġi rimedjat dan il-każ pendenti? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-oġġezzjoni li qed jirreferi għaliha hija każ ta` appell quddiem il-Bord ta` l-Appelli kontra stima ta` taxxa. Id-Dipartiment ġibed l-attenzjoni tal-Bord dwar dan l-Appell.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-harmful tax practices li l-gvern Malti ntrabat ma' l-OECD li jelimina sas-sena 2005?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-`Harmful tax practice` jirrigwardja primarjament `exchange of information` bejn awtoritajiet fiskali li trid issir taħt ċerta kundizzjonijiet.ħ
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-`Commitment letter`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-gvern f'pagi għall-impjegati mas-settur pubbliku għas-snin 1997, 1998 u 1999 u kemm se tkun għas-snin 2000, 2001 u 2002?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa tal-Gvern f`pagi għall-impjegati tiegħu mill-1997 `l hawn hi :
(Lm `miljuni)
1997 119.2
1998 125.4
1999 125.0
2000 (stima) 130.5
L-istimi għas-snin 2001 u 2002 għadhom ma humiex finalizzati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus minn Maltin barra minn Malta xahar b'xahar din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri ta` flus investiti minn Maltin barra minn Malta xahar b`xahar din is-sena sa April huma dawn;
Lm (miljuni)
Jannar 2.9
Frar 2.6
Marzu 3.7
April 3.8
L-Onorevoli Interpellant jaf illi f`Novembru ġie kważi rdupjat l-ammont ta` flus li l-Maltin jistgħu jinvestu barra minn Malta u l-Gvern riesaq lejn politika li neħħi għal kollox kontrolli fuq il-kambju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret VAT fuq id-dħul fil-korsa taż-żwiemel ġewwa Għawdex fit-13 ta' Mejju, 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dikjarazzjoni fid-denunzji tat-taxxa taħt l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud tkun tkopri perjodu sħiħ ta` taxxa kif stabbilit skond l-istess Att u mhux xi attivita` partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jirċievi l-arretrati tat-taxxa, l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ħallas żejjed minħabba żball li sar dwar flus il-bank ta' ħaddieħor li dehru fuqu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-`taxpayer` allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk prodotti li jkollhom EUR 1 Certificate jeħlux dazju? Jekk iva, liema huma dawn iċ-ċirkostanzi fejn dawn il-prodotti, minkejja li jkollhom EUR 1 Certificate, xorta waħda jeħlu dazju ta' 8.1% ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li normalment il-prodotti li jkollhom EUR 1 Certificate li jkun validu ma jeħlux dazju.
Jista` jkun hemm każi fejn għad li l-prodotti jkollhom EUR 1 Certificate waqt l-eżami tal-merkanzija jirriżulta li huma magħmula barra mill-Unjoni Europeja. Għalhekk jeħlu d-dazju dovut. Mhux l-ewwel darba li wara verifika rriżulta li l-EUR 1 Certifacte mhux suppost inħareġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li prodotti li jkunu manufatturati f'xi pajjiż ta' l-UE u allura jkollhom EUR 1 Certificate xorta waħda jeħel id-dazju għax xi item minn dan il-prodott ikun magħmul f'xi pajjiż barra l-UE?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-prodotti li jkunu magħmula fl-U.E. u li jkunu jinkorporaw `item` li jkun magħmul barra mill-U.E. biex jikwalifikaw għall-oriġini Ewropeja jridu jissodifaw il-kriterji ta` l-oriġini skond l-`EEC\Malta Agreement`. Jekk jonqsu li jissodisfaw dawn il-kriterji jeħlu d-dazju dovut. Dawn il-kriterji jvarjaw skond il-kategorija tal-prodotti.