Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-Djar — Manutenzjoni f'saqaf ta' dar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19292, jista' jiġi verifikat b'mod professjonali jekk fil-fatt f'fond Nru 7, William H Prescott, San Ġiljan hemmx ħsarat strutturali fis-saqaf? F'każ li jirriżultaw dawn il-ħsarat, min ikun responsabbli mit-tiswija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minn spezzjoni oħra li saret reċentement fill-fond indikat lill-Onor. Interpellant ġie konfermat li hemm ħsara strutturali fis-saqaf ta’ l-intrata u rriżulta li żviluppat konsentura fl-ispare bedroom kawża ta’ dħul ta’ ilma mill-ħitan ta’ wara. Kif għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19292 f’Seduta Numru 391 dwar l-istess suġġett, il-ħsarat strutturali ser jissewwew mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar.

Sigurta' Soċjali — Abbuż fis-servizzi soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jabbużaw mis-servizzi soċjali s-sena l-oħra? X'kienu l-abbużi? Kemm kien l-ammont iffrodat? Kemm ittellgħu nies il-qorti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta’ persuni li nqabdu jabbużaw mill-benefiċċji soċjali matul is-sena l-oħra kien ta’ 526 għall-ammont totali ta’ Lm526,105. L-abbużi kienu diversi, fosthom l-għoti ta’ informazzjoni skorretta dwar il-komposizzjoni tal-familja u dwar il-mezzi finanzjarji u nuqqas ta’ rappurtar ta’ bidu ta’ mpjieg. Ninsab infurmata wkoll li matul is-sena l-oħra tressaq każ wieħed quddiem il-Qorti dwar abbuż fit-teħid ta’ benefiċċji soċjali, liema każ għad mhux deċiż.

Aġenzija Appoġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn tfal f'idejn l-aġenzija appoġġ minħabba li nħarġilhom care order?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta’ tfal taħt Care Order li qed jiġu segwiti mis-Social Workers ta’ l-Aġenzija Appoġġ hu 187.

Adult Training Centres

Question

Tista' il-Ministru tinformana kemm kienu dawk l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu fl-adult training centres matul is-sena l-oħra minħabba raġunijiet differenti? X'kienu l-grades tagħhom, ngħidu aħna care workers, support workers, etc.? Kemm daħlu mpjegati ġodda fl-ATCs minflokhom is-sena l-oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul l-2005 kien hemm 12 il-ħaddiema li ma baqgħux jaħdmu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal Persuni b'diżabilita'. Il-gradi tagħhom kienu: 5 Care Workers 3 Support Workers 2 Watchmen 1 Senior Tradesman 1 Braille instructor Ninsab infurmata wkoll li matul l-istess sena ma daħal ebda mpjegat ieħor flokhom, iżda din is-sena mtela l-post ta' braille instructor fuq bażi part-time.

Adult Training Centres

Question

Tista' il-Ministru tindika jekk hux se jiġi mpjegat support worker ieħor fl-ATC ta' Swatar wara li rriżenjat support worker minn dan iċ-ċentru? Jekk le, għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif kelli okkazzjoni ngħid fi Tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti, bħalissa għaddej proċess biex ir-responsabbilta' taċ-Ċentri għal Matul il-Jum għal persuni b'diżabilita' tgħaddi taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali. Parti minn dan il-proċess ser jinkludi eżercizzju biex jiġu determinati l-ħtiġijiet ta' dawn iċ-Ċentri, inkluż ir-riżorsi umani. Għalhekk mhux il-waqt li jiġu rimpjazzati mpjegati b'mod awtomatiku.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każ dwar Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-possibbilta' li tiġi riveduta l-pensjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li qed tirċievi Lm60 fix-xahar biss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali dwar il-każ tagħha.

Appartamenti tal-gvern — Istallar ta' lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk teżistix xi skema għall-istallar ta' lifts fi blokki ta' appartamenti tal-gvern f'każ li f'tali blokk ma jkunx hemm persuni b'diżabilita' għall-mobilita'? Jekk fin-negattiv, jistgħu l-inkwilini/sidien jistallaw lift għas-spejjeż tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fejn m'hemmx xi persuna b'diżabilita' ta' mobilita' tgħix fi blokk tal-Gvern, l-iskema ta' l-Awtorita tad-Djar għal stallar ta' lifts tkopri l-Belt Valletta, il-Kottonera u l-Furjana. F'każ ta' blokki tal-Gvern barra dawn il-lokalitajiet, fejn m'hemmx xi resident jew residenta li jsofru minn diżabilita ta' mobilita', u s-sidien jew l-inkwilini jkunu jridu jistallaw lift, huma jistgħu jagħmlu dan għas-spejjeż tagħhom basta jkollhom il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti.

Pensjoni — Ħlas ta' bolol

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għas-sena 2001 ġew kkonsidrati biss 40 bolla bħala mħallsa għall-fini ta' pensjoni meta fil-fatt huwa kellu mħallas 52 bolla? Tista' tispjega wkoll x'inhi r-raġuni li l-bolol imħallsa għas-sena 2004-05 ma ġewx meħuda in konsiderazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara jekk koppja anzjana li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament humiex jieħdu pensjoni xierqa? Jistgħu jiġu nformati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni għaliex is-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tintalab tħallas somma ta' Lm59.16, meta f'dan iż-żmien ma kenitx taħdem? Tista' din is-sinjura tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li jinħareġ xi tip ta' benefiċċju soċjali lill-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li nqatgħalha kull tip ta' benefiċċju u m'għandhom l-ebda dħul, meta għandhom ukoll tarbija fin-nofs? Tista' din il-familja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Każ dwar Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li hi pensjonanta, spiċċat ħallset taxxa fl-2006 meta s-somma ta' pensjoni hi relattivament żgħira?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm unwed mothers fuq ir-relief illum? Kemm kien in-numru ta' unmarried mothers li twaqqfilhom ir-relief is-sena l-oħra u għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' unmarried mothers li kienu fuq ir-relief fil-bidu ta' dan ix-xahar kien ta' 1,718. Ninsab infurmata wkoll li matul is-sena l-oħra kien hemm 157 unmarried mothers li twaqqfilhom ir-relief. Dan twaqqaf għal diversi raġunijiet fosthom: li bdew jaħdmu, iżżewġu, ġew intitolati għall-Pensjoni ta' l-Eta' jew ma baqgħux jissodisfaw it-test tal-mezzi.

Persuni Homeless

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk tinżammx statistika ta' kemm-il persuna hija kklassifikata bħala mingħajr dar (homeless) u li qed tgħix barra t-triq? Jekk iva, tista' tagħti l-informazzjoni rilevanti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu statistika li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.

Djar Substandard

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk tinżammx statistika dwar kemm-il dar hija kkonsidrata bħala substandard? Kemm-il familja qed tgħix f'din it-tip ta' dar? F'liema lokalitajiet jinsabu? X'għajnuna tingħata mill-Awtorita' tad-Djar biex dawn il-postijiet jitqiegħdu fi stat aktar diċenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għalkemm ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu statistika kif mitluba fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija ta’ l-Onor. Interpellant, ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 108 applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva minn persuni f’postijiet substandard. Ninsab infurmata wkoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

B'rifereza għall-ittra tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rigward l-ordni tar-rekwiżizzjoni biex tiġi irtirata, tista' il-Ministru tgħid fuq liema punti d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali se joħroġ id-derequistion meta l-inkwilin stess qal lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali meta ġie mitlub jagħżel li jixtieq li l-post tiegħu jibqa' rekwiżizzjonat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata ma ressqitx raġunijiet validi lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għaliex l-Ordni ta’ Rekwiżizzjoni għandha tibqa’ fis-seħħ.

Awtorita' tad-Djar — Manutenzjoni f'saqaf ta' dar

Question

Tista' issir il-manutenzjoni u t-tiswija meħtieġa fuq il-ħsarat estensivi u serji li hemm fis-saqaf u bini fid-dar proprjeta' tal-gvern li tinsab fl-indirizz li qed nibgħat separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-unika ħsara strutturali li hemm fil-fond indikat mill-Onor. Interpellant hi fl-intrata u t-tiswija meħtieġa ġiet approvata u ser issir mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. Ninsab infurmata wkoll li xogħlijiet oħra jirrigwardaw manutenzjoni ordinarja li għandhom isiru mill-inkwilin.

Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Postijiet ta' l-awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' barranin li ngħataw dar tal-housing f'dawn l-aħħar ħames snin u minn liema pajjiż kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ebda post ma ngħata mill-Awtorita’ tad-Djar jew ġie allokat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali lil xi persuna li mhiex miżżewġa ma’ persuna ta’ ċittadinanza Maltija. Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta’ koppji miżżewġa, magħmula minn persuna Maltija u oħra barranija, li ngħataw post mill-Awtorita’ tad-Djar fl-aħħar ħames snin kien 40, filwaqt li n-numru ta’ l-istess tip ta’ koppji allokati post mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, matul l-istess perijodu, kien 17. In-nazzjonalita’ tal-persuna barranija f’dawn il-każijiet hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.