Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35616 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji — Kurrikulu Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumitat tal-kurrikulu fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni ħariġx b'kurrikulu ġdid għat-tfal tas-sitt klassi fl-iskejjel primarji? Fid-dawl tal-fatt li dawn it-tfal jersqu għall-eżami għall-junior lyceum/common entrance, jista' dan il-kurrikulu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux maħsub li jsir kurrikulu ġdid għas-sitt klassi. Bħalissa qed issir l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali permezz ta' pjan ta' azzjoni li jinkludi: 1. Reviżjoni tas-Sillabi fis-suġġetti differenti għal-livell differenti, inkluż dak tal-Primjarji, 2. Taħriġ ta' għalliema f'metodi ta' tagħlim differenzjat. Din is-sena se nkunu lħaqna l-għalliema kollha tas- sitt klassi, 3. Proġetti dwar Literacy fl-iskejjel l-aktar milquta mill- problema ta' l-illitteriżmu, 4. Programmi pilota ta' assessjar formattiv, 5. Programm ta' informazzjoni lill-iskejjel, studenti u ġenituri dwar l-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum innifsu.
Leg 9 PQ #35632 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

National Support Center

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jużaw is-servizzi fi ħdan in-national support center (intervenzjoni bikrija, chronically ill students, tagħlim fl-isptar), li huma bejn 0 - sentejn, 3 - 5 snin, 6 - 11-il sena, 12 - 16-il sena u minn 16-il sena 'l fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35633 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jattendu l-iskejjel speċjali li huma ta' eta' anqas minn 11-il sena, bejn 12 u 16-il sena u 16-il sena 'l fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35634 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li jattendu: skejjel ta' l-istat (regolari u opportunity), skejjel tal-knisja, u skejjel indipendenti? Jista' jgħid kemm hemm minn dwan l-istudenti, subien u bniet separatament, li jattendu f'year 1 - 3, year 4 - 6, form 1 - 3 u form 4 - 5? Kemm minn dawn it-tfal għandhom facilitator magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35271 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sajf

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dan is-sajf kemm kienet l-attendenza, ġimgħa b'ġimgħa, tat-tfal li attendew l-iskola sajf f'Malta u Għawdex, separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35473 Sitting 791 2002-09-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li studenti li m’għaddewx mill-eżami tal-junior college u li għażlu s-suġġett tal-home economics ġew mitluba li jbiddlu s-suġġett għat-technical education jew suġġetti oħra? Jista’ jgħid ukoll għaliex ġew informati li se jattendu l-iskola San Franġisk t’Assisi u wara din id-deċiżjoni ġiet mibdula u ġew offruti jattendu l-iskola Ġuże’ Galea, Ħal Qormi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena skolastika li għadha kif bdiet għad għandna nuqqas ta' numru ta' għalliema tal-Home Economics. Barra minn hekk informat ukoll li t-tfal ta' Ħal-Qormi normalment jattendu l-iskola sekondarja Ġuże` Galea f'Ħal-Qormi. Dawk li jagħżlu l-Home Economics kienu jintbagħtu skola oħra fejn kienu jsegwu kors tat-Technology. Minn din is-sena t-Technology course li jinkludi fih il-Food Technology ġie offrut ukoll f'xi skejjel sekondarji fosthom l-iskola Ġuże` Galea. Għalhekk ma nħassx meħtieġ li dawn l-istudenti jbiddlu l-iskola.
Leg 9 PQ #35487 Sitting 791 2002-09-25 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana — Nefqa

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija dwar xogħlijiet fix-Xagħra tal-Furjana kemm jirriżulta li ntefqu flus fuq: i) żerriegħa għar- returfing ii) manutenzjoni tal-floodlights iii) pompa ta' l-ilma ġdida? Każ b'każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Segretarjat Parlamentari m'għandux dettalji dwar din in-nefqa peress li x-xogħol sar mill-Floriana F.C.
Leg 9 PQ #35350 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pembroke — Bini ta' Skola

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda x-xogħol fuq il-bini ta' l-iskola ġdida f'Pembroke?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada tinsab f'diskussjonijiet mal-MEPA biex jintgħażel sit minn fost tliet siti li ġew identifikati biex fuqhom tinbena l-iskola f'Pembroke.
Leg 9 PQ #35431 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li se jingħata lill-iskejjel tal-knisja għas-sena skolastika li se tibda fi ftit jiem oħra skond il-ftehim bejn il-knisja u l-istat? Il-gvern huwa nformat kif dawn jitqassmu bejn skola u oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-figuri mitluba mill-Onor. Membru jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Ministeru in konnessjoni ma' l-Estimi Finanzjarji 2003, u għalhekk ma jkoprux sena skolastika iżda sena finanzjarja. Dawn il-fondi jgħaddu lis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika kull xahrejn, skond il-Ftehim bejn is-Santa Sede u Malta, wara li l-awtoritajiet tal-Knisja jkunu taw dettalji dwar il-fondi meħtieġa minn kull skola.
Leg 9 PQ #35434 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tifla b'Diżabilita'

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’konsiderazzjoni qed tingħata lill-ittra tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li bagħtet lid-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni fid-9 ta’ Settembru, 2002 dwar bintha b’diżabilita’?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Sekondarji ta' l-Istat, l-istudenti jattendu sa ma jagħlqu sittax-il sena. Ikomplu jattendu biss meta jaqbżu din l-eta` dawk li huma fil-ħames klassi u/jew għandhom potenzjal akkademiku. Informat li fil-każ imsemmi, l-istudenta li għalqet is-sittax-il sena, tattendi s-Sannat Special Unit fejn tista' tkompli l-edukazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #35435 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliem

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tneħħiet mill-junior lyceum Carlo Diacono? Xi kwalifiki għandha? Min intbagħat minfloka? Xi kwalifiki għanda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-klassifikazzjoni tal-Junior Lyceum Carlo Diacono irriżulta li kien hemm għalliem żejjed (redundant) fil-Matematika. Il-Junior staff member f'dan is-suġġet kient il-persuna msemmija, li għalhekk ġiet trasferita fi skola oħra fejn kien hemm nuqqas ta' għalliem tal-Matematika.
Leg 9 PQ #35436 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fdalijiet Storiċi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex jiġu mħarsa l-l-fdalijiet preistoriċi li hemm fl-inħawi Tas-Sruġ f’Għawdex li jinsabu fil-periklu li jiġu meqruda minn iżjed u iżjed bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'post fi Triq is-Srug, ix-Xagħra, instabet evidenza ta' fdalijiet preistoriċi waqt eżerċizzju ta' Archaeological Impact Assessment li kien qed isir fl-istess post in konnessjoni għal żvilupp. Ta' min jgħid li fl-area fejn instabet din l-evidenza għadu ma ngħata ebda permess għal żvilupp. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet għadu jrid jagħmel aktar studji u analiżi ta' din l-evidenza.
Leg 9 PQ #35312 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja — Studenti Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin 1) bniet 2) subien li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom is-sena skolastika li għaddiet: a) junior lyceum b) area secondary c) tal-knisja d) privat u e) tas-snajja?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35339 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sliema — Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol ta' manutenzjoni fl-iskola primarja f'Ta' Sliema? Jista' il-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm ilu għaddej?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li kien ipprogrammat għal dan is-Sajf 2002 tlesta kollu. Issa se jsir audit tal-bżonnijiet biex l-FTS tikkonkludi brief għax-xogħol li jkun meħtieġ.
Leg 9 PQ #35413 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Board

Question

Meta se tingħata l-għajnuna li ntalbet għall-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament li din is-sena se tibda l-ħames sena? Meta l-istatementing board se jipproċessa t-talba li saret għal din it-tifla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa l-Istatementing Board ma jirriżultalux li għandu xi talba biex tingħata l-għajnuna lill-istudenta msemmija.
Leg 9 PQ #35415 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitator

Question

X’għajnuna se tingħata lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li se jattendi grade 6 fl-iskola St. Elizabeth, Sliema li ilu mis-sena li għaddiet jitlob għajnuna biex jegħleb id-diffikultajiet biex jitgħallem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-każ ġie referut lill-iStatementing Board.
Leg 9 PQ #35416 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali

Question

X’inhuma r-raġunijiet li għalihom d-direzzjoni ta’ l-orkestra nazzjonali għall-kunċert riċenti ta’ l-Enemalta ma kenitx f’idejn Chris Muscat kif kellu jiġri oriġinarjament u kif fil-fatt bdew il-provi?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li minħabba n-natura tax-xogħol ta' Christopher Muscat bħala uffiċċjal eżekuttiv impjegat ma' l-Orkestra ma hux opportun li jieħu sehem f'direzzjoni ta' kunċerti fl-istess waqt li jkun involut fin-negozjati dwarhom.
Leg 9 PQ #35423 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xiri ta' Kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu offerti minn Jannar ‘il hawn biex jinxtraw kotba għall-użu ta’ l-istudenti fl-iskejjel ta’ l-Istat? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kull offerta? Min tefa’ l-offerta? Kemm kienet? Min ħa kull offerta?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35427 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Fil-Verdala

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid l-iskola tal-Verdala (Ġużeppi Despott) f’Bormla? Jista’ jgħid jekk inħarġux xi offerti biex dan ix-xogħol isir? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti dettalji relevanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-FTS qed tħejji "master plan" għall-iskola Ġużeppi Despott, Bormla. Ma nħarġu ebda offerti għall-bini mill-ġdid ta' din l-iskola.
Leg 9 PQ #35494 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-courses li jwasslu għall-European Computer Driving Licence hux ser jingħataw mill-MCAST? Jista' jgħid jekk iridx isir xi ħlas għal dawn il- courses? Jekk fl-affermattiv min irid iħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors li jwassal għall-European Computer Driving Licence se jingħata mill-MCAST. Il-Ħlas għal dan il-kors huwa ta' LM130. Kull min japplika għal dan il-kors irid iħallas. Huma eżenti biss l-istudenti regolari ta' l-MCAST, dawk li għandhom il-Karta Anzjan, u dawk li huma bla xogħol.