Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28958 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vapur Platinum

Question

Jista' l-Ministru jara x'investigazzjonijiet saru dwar dak li wassal biex il-vapur Platinum jitlaq mit-Tarzna ta' Malta qabel intemmu ix-xogħol kollu fuqu? Kif saru dawn l-investigazzjonijiet? Min mexxihom? Min intalab jixhed? X'konklużjonijiet waslu għalihom? X'passi se jittieħdu?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-telf tal-kuntratt tal-vapur Platinum hija materja serjissima li kemm il-Gvern kif ukoll il-Kunsill tat-Tarzna qiegħdin jeżaminaw bir-reqqa u għaldaqstant f'dan l-istadju huwa prematur li wieħed jagħti tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet.
Leg 9 PQ #29038 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Nuqqas ta' Pressa ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga il-problema ta' nuqqas ta' pressa tal-ilma li għandhom ir-residenti ta' 62, Marija, Sir Luigi Camilleri Str, Taż-Żwejt?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #29040 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

International Trade Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kien dak il-consortium internazzjonali li sentejn ilu kien allegatament ta' l-idea lill-Gvern Malti li minnu oriġina il-ħsieb li jitwaqqaf International Trade Centre f'pajjiżna? Il-Gvern iddetermina x'medda ta' żmien li fih għandu jiġi żviluppat dan il-proġett f'pajjiżna? Il-Gvern jaħseb li iż-żmien li intgħażel kien xieraq għall-ħruġ ta' sejħa għall-expressions of interest f'dan il-proġett?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-ħsieb li jiġi żviluppat International Trade Centre f'Malta oriġina fi ħdan il-METCO bħala estensjoni loġika ta' l-attivita' ta' l-istess METCO sabiex tkattar il-kummerċ internazzjonali minn u madwar Malta, kif ukoll bi spunt mill-esperjenza pożittiva ta' xi pajjiżi oħra bħal Singapore u Hong Kong. Dan il-ħsieb kompla ikkonkretizza ruħu aktar minn sena ilu meta investitur barrani avviċina lill-Ministeru tiegħi bi proposta li jiftaħ ċentru għall-kummerċ internazzjonali f'Malta wara li jkun akkwista l-liċenzja mingħand il-World Trade Centres Association sabiex iċ-ċentru ta' Malta jkun affiljat ma' din l-Assoċjazzjoni prestiġjuża. Fuq parir mogħti mill-istess World Trade Centres Association, il-Gvern Malti ipprefera li jkun huwa stess li jixtri d-dritt għall-liċenzja msemmija u minn hemm ingħata bidu għall-proċess li wassal għall-ħruġ ta l-expression of interest li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onorevoli Interpellant. It-talba għall-expression of interest, min-natura tagħha stess, ma tispeċifikax termini jew kundizzjonijiet għal proġetti, iżda titlob biss li tistabilixxi l-kredenzjali u l-kompetenza tal-konsorzji li jindikaw l-interess tagħhom. Għal dan il-għan il-Gvern għandu parir li qed jingħata żmien biżżejjed sabiex minn huwa potenzjalment interessat jirreġistra l-interess tiegħu. Dwar iż-żmien li ntagħżel, ta' min jgħid li l-ħruġ ta' sejħa għall-expression of interest f'dan il-proġett, oriġinarjament kellha toħroġ f'Settembru li għadda, iżda fil-fatt ġiet posposta għal data aktar tard.
Leg 9 PQ #28889 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Labour Data

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-revizjoni li kien hemm fil-labour data kellhiex impatt fuq il-GDP - il-Gid Nazzjonali? Peres li fil-website tal-NSO, eżattament fis-sezzjoni sources and methods - national accounts, l-NSO jasal għall-figuri tal-GDP (factor income) billi jimmoltiplikaw l-figuri tal-impjiegi tal-ETC fid-diversi setturi bi stima tal-paga fis-settur. Billi r-rivizjonjiet tal-ETC wasslu biex inbidlu l-figuri tal-impjiegi fid-diversi setturi. Jista' l-Ministru jgħid mill-1983 'l hawn l-NSO issa hux se joħroġ revisions tal-GDP (factor incomes jew inkella kif jissejħu by industry) li jieħdu kunsiderazzjoni dwar ir-revisions ta' l-ETC?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-impatt tar-reviżjoni tal-labour data fuq il-Prodott Gross Domestiku (GDP) għad irid jiġi stabbilit. Iċ-ċifri tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) ma jintużawx b'mod esklussiv u għal kull settur sabiex jiġi determinat il-Prodott Gross Domestiku min-naħa ta' l-income, pero' jintużaw meta tagħrif ieħor minn sorsi oħra ma jkunx biżżejjed. L-aħħar reviżjoni tad-data tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma kellhiex impatt qawwi fuq il-Prodott Gross Domestiku. F'dan ir-rigward nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru jikkonsulta wkoll paġna 21 ta' l-Economic Survey għall-ewwel disa' xhur tas-sena 1997.
Leg 9 PQ #28892 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trade Gap

Question

B'referenza għan-news releases 90/2001 (27.09.01) u għan-news release li ħarġet nhar il-Ġimgħa 12.10.01 peress li filwaqt li dik li tkopri l-perjodu Jannar-Awissu tgħid li t-Trade Gap kien ta' Lm 168 miljun. Fin-news release li ħarġet warajha intqal li il-gap li tkopri l-perijodu Jannar-Settembru wasslet għall trade gap ta' Lm 248 miljun u dan jimplika spluzjoni fit-trade gap tax-xahar ta' Settembru ta' Lm 79.9 miljun; Billi fix-xahar ta' Settembru waħdu t-trade gap kien ta' Lm 13.3 miljun biss, dan ifisser li l-figuri tat-trade gap għall-perijodu Jannar-Awissu ġew riveduti 'l isfel. B' Lm 66.6 miljun? Peress li tal-NSO qalu f'footnote żgħira li saret reviżjoni fil-figuri imma la qalu kemm kien l-ammont tar-revizjoni u lanqas ma ntqal għalfejn saret din ir-rivizjoni u peress li wara s-27 ta' Settembru kien intqal li t-trade gap naqas b'Lm 116 miljun imma issa sirna nafu li aktar minn nofs dan it-tnaqqis kien żball ta' l-istatistika, jista' l-Ministru jispjegalna għalfejn ġara hekk?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li r-reviżjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant saret minħabba tibdil li kien hemm il-proċeduri tad-Dwana u li permezz tagħhom iddaħħlu Customs Procedure Codes ġodda li ma nqabdux mill-ewwel mis-sistema ta' l-istatistika dwar il-kummerċ. L-ammont ta' din ir-reviżjoni kien ta' Lm66.6 miljun. Wara dan il-fatt ittieħdu l-miżuri kollha sabiex ma jitħalla xejn barra mill-istatistika tal-kummerċ u biex fil-futur fatti bħal dan jitnaqqsu.
Leg 9 PQ #28967 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta International Trade Centre

Question

Jista' l-Ministru jindika fejn huwa s-sit (prime coastal site) fejn ser jiġi mtella l-Malta International Trade Centre Project taħt il-liċenzja ta' World Trade Centre? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Brief?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Gvern identifika sit ġewwa Pembroke li qed jiġi ndikat bħala wieħed ideali għall-iżvilupp ta' International Trade Centre tal-livell mixtieq, anke jekk mhux qed tkun eskluża l-possibilta' li jistgħu isiru proposti marbuta ma' siti oħra. Il-project brief għal dan il-proġett qed jiġi finalizzat u hemm il-ħsieb li jitqassam waqt il-fiera speċjalizzata "Expo Real" li ser issir fi Munich fid-29 tax-xahar. Dakinhar titqiegħed kopja tal-brief fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28811 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qamħirrun

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-liema pajjiż oriġina l-qamħirrun li ġie impurtat dan l-aħħar? Jista' jgħid jekk dan il-qamħirrun wasalx Malta sħun ħafna? Kemm kien il-kwantita u x'inhi il-kundizzjoni tiegħu issa? Liema kumpanija forniet dan l-qamħirrun?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-qamħirrun li kien impurtat riċentement oriġina mill-Brażil u wasal Malta b'temperatura normali għall-ambjent tal-klima tal-pajjiż ta' oriġini u dik ta' Malta għal daż-żmien tas-sena. Din il-konsenja kienet fornuta mill-kumpanija Finagrit.
Leg 9 PQ #28844 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl Baxx

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' dawl baxx li qed ikollhom ir-residenti bl-indirizz li qed nibgħat under separate cover li ħafna drabi fix-xhur tax-xita jagħmilha impossibbli biex wieħed jixgħel geyser u heater fl-istess ħin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni Enemalta jidher li l-ilment kien dwar "flickering" u mhux dawl baxx kif indikat fil-mistoqsija. Fil-fatt il-manutenzjoni li kienet meħtieġa saret.
Leg 9 PQ #28847 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Arġentiera Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemm xi taħdidiet għaddejijn mal-Ministeru tal-Finanzi dwar il-kwistjoni tal-bolli fuq il-fidda u d-deheb bħala protezzjoni għall-Arġentiera Lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Edwin Vassallo bil-għan li l-proċeduri u l-proċess tal-boll fuq il-fidda u d-deheb jiġi simplifikat.
Leg 9 PQ #28851 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom tista tinvestiga l-ilment tat-telephone subscriber li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament billi li minħabba xi sistema proviżorja ta' linja tat-telefon mhumiex f' qagħda li timmarkalhom l-ID caller li għandhom istallat mat-telefon tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-abbonat qatt ma rraporta dan l-ilment lill-Maltacom. Kieku għamel hekk, it-tekniċi tal-kumpanija kienu jidentifikaw il-problema u jsiru t-tiswijiet meħtieġa minnufih kif fil-fatt sar.
Leg 9 PQ #28983 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bordijiet u Kummisjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28521, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sabiex tinġabar l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant, wieħed irid joqgħod jivverifika d-dettalji personali ta' kull membru tal-bord, kummissjoni jew awtorita', li fil-każ tad-dekasteru li għalih jiena responsabbli jinvolvi xejn anqas minn madwar erba' mitt persuna. Għaldaqstant ma narax il-ħtieġa li tali nformazzjoni għandha tinġabar.
Leg 9 PQ #28798 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kordin Grain Terminal / Medigrain — Profit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-profit li għamlet il-Kordin Grain Terminal kull sena dawn l-aħħar seba' snin sa' Settembru 2001? Kemm kien l-profit tal-kumpanija Medigrain Ltd kull sena dawn l-aħħar seba' snin sa' l-aħħar ta' Settembru 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-profitt li sar matul dawn l-aħħar seba snin, sena b'sena, mill-kumpaniji Kordin Grain Terminal u Medigrain kien kif ġej: SENA KORDI GRAIN TERMINAL* MEDIGRAIN 1994 - Lm 593,130 1995 Lm346,886 Lm 631,895 1996 Lm376,821 Lm 701,492 1997 Lm181,486 Lm 798,305 1998 Lm289,829 Lm 903,184 1999 Lm262,889 Lm1,003,277 2000 Lm171,722 LM 859,660 2001 Lm545,172 - * is-sena finanzjarja tal-Kumpanija tagħlaq fit-30 ta' Ġunju.
Leg 9 PQ #28800 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Executive Chairman

Question

B'referenza għar-risposta għal-mistoqsija parlamentari nru. 25527, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet ta' natura amministrattiva li wasslu għal ħatriet li saru u li f'għoxrin sena kemm ilu imwaqqfa l-Medigrain Ltd qatt ma kien hemm ħtieġa tagħhom? Jaf l-Ministru li ftit żmien qabel ma' saru dawn il-ħatriet, s-segretarju tal-board tal-Medigrain, f'isem il-bord, kien kiteb liċ-chairman tal-MIMCOL li ma' kien hemm l-ebda ħtieġa ta' tibdil fl-amministrazzjoni tal-Medigrain billi l-kumpanija kienet moqdija tajjeb ħafna? Dan ifisser li min ta' l-approvazzjoni għall-imsemmija ħatriet u għas-salarji kbar marbuta magħhom kien laxk ħafna u forsi ma amministrax flus il-poplu bil-mod li jixraq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-kariga ta' General Manager ilha teżisti sa mill-1990. F'Awissu ta' l-1998, ic-Chairman preċedenti kien kiteb lic-Chairman tal-MIMCOL fejn talab biex minflok General Manager jiġi mpjegat Personal Assistant bl-iskop li dan ta' l-aħħar jgħin lic-Chairman u jassumi wkoll ir-responsabbiltajiet ta' Manager. Għaldaqstant ma naħsibx li f'dan il-każ il-post ta' Manager huwa superflu.
Leg 9 PQ #28801 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Finagrit

Question

B'riferenza għar-risposta għal-mistoqsija parlamentari nru. 26995, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-perċentaġġ ta' kuntratti għall-provista ta' qamħ li rebħet il-kumpanija Finagrit matul is-sena 1997 u 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Finagrit ma rebħet ebda kuntratt matul is-sena 1997/98.
Leg 9 PQ #28803 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain

Question

B'riferenza għar-risposta għal-mistoqsija parlamentari nru. 26790, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li matul l-aħħar sentejn ma komplewx jagħmlu offerta għall-formiment ta' grains lill-Medigrain kif kien jagħmlu qabel? Jaf l-Ministru li dawn il-kumpaniji esprimew dubbji serji dwar kif l-offerta tagħhom ġiet magħluba bi ftit ċenteżmi minn offerti rivali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sa fejn hu magħruf, ma kien hemm ebda kumpanija li ma baqgħetx tagħmel l-offerti minħabba xi dubju fis-sistema. Għall-kuntrarju, minn żmien għal żmien, il-Medigrain tirċievi talbiet mingħand kumpaniji barranin akkreditati biex jiġu nklużi fil-lista ta' l-offerenti.
Leg 9 PQ #28808 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain

Question

B'riferenza għar-risposti għal-mistoqsijiet parlamentari nri. 25524 u 25535, jista' l-Ministru jgħid kif matul sena li ma saritx ħażna ta' qamħ fl-imħażen tal-kumpaniji Medigrain fix-xatt ta' Pinto u l-qamħ u qamħerrun kollu importat kienu maħżuna fit-Terminal ta' Kordin fejn hemm amministrazzjoni sħiħa oħra, inħasset il-ħtieġa li jinħatar General Manager b'salarju ta' Lm 13,000 u Deputy Chairman b' Lm 7,000 oħra ma dak ta' executive chairman? Jidirlux l-Ministru li għandu jindaga u jispjega?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant jaf li l-operat tal-Medigrain ma jikkonsistix biss fil-ħażna tal-qmugħ fis-silo li hemm fix-Xatt ta' Pinto. Għaldaqstant ma nistax nifhem il-konnessjoni fil-mistoqsija bejn il-ħatriet ta' Deputat Chairman u General Manager u l-ħażna tal-qmugħ.
Leg 9 PQ #28810 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medigrain

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari nru. 16156 u 25529, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li għamlu il-konsulenti mqabbda apposta dwar il-bżonn ta' manutenzjoni tal-bini u l-makkinerja tal-kumpanija Medigrain? Jaf l-Ministru li matul is-snin 1997 u 1998 saru rapporti dwar dawn l-istess imħażen min konsulenti lokali u barranin, saret il-manutenzjoni u bdil tal-makkinarja li kien hemm bżonn u kien ċertifikat bħala l-aħjar imħażen li għandna Malta? Jidirlux li b'nefqa ta' Lm 3,000 żebgħa (ref: risposta 25529) biex ġie miżbuħ l-impjant ma inbidel xejn u is-silos setgħu faċilment komplew jiġu imħaddma tul is-sena kollha u mhux xejn? Jidirlux li hu perikoluż li l-ħażna kollha tal-pajjiż tkun f'lokal wieħed?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma narax raġuni għaliex ir-rapport konnessjonat mal-Medigrain li qed issir riferenza għalih għandu jsir pubbliku meta wieħed jiftakar li dan fih ċertu dettalji li ma jkunx fl-interess kummerċjali tal-kumpanija li dan ikun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku in ġenerali. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, infakkar lill-Onorevoli Interpellant li fis-silos tal-Marsa ma sarx biss xogħol ta' żebgħa, iżda sar ukoll xogħol estensiv addizzjonali ma' dak tar-rapport li ma kienx jippermetti li l-makkinarju jitħaddem. Fl-aħħarnett ta' min jgħid li dan ix-xogħol kollu sar mill-ħaddiema tal-Medigrain.
Leg 9 PQ #28842 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Triq May Butcher

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-provvista ta' l-ilma u dawl għal Triq May Butcher, l-Iklin qed jiġi pprovdut fuq arranġamenti temporanji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li la l-provvista ta' l-elettriku u lanqas dik ta' l-ilma fit-triq imsemmija ma huma qed jiġu pprovduti fuq arranġamenti temporanji.
Leg 9 PQ #28949 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Cables — Stock

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana xi stock għandu tal-cables tad-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant tindika għal liema tip ta' cables qed tirreferi.
Leg 9 PQ #28950 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Cables

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qed isir fi Triq id-Dejma, Tarxien waqaf? Jista' jinfurmana wkoll x'inhi l-qawwa tal-cables li kienu qed isiru f'din it-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.