Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – karozza uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflokk il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi :
- Il-karozza uffiċjali li kienet tintuża mill-Ministru responsabbli minn dan il-qasam bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, kienet trasferita mill-MCMP u kienet tappartjeni lill-Gvern.
- Il-karozza ikkonċernata kienet tat-tip BMW 530D.
- Il-karozza nxtrat mill-Gvern fl-2002, għall-prezz ta’ €39,599.
- L-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu jammontaw għal €2,052.74
- L-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu, kienet ta’ €1,097.40
Bejn Jannar 2008 u Frar 2010, l-ispiża totali fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali u fuel għall-istess karozzi tammonta għal €4,086.56.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li, l-Ministru ta’ dak iż-żmien kien biddel il-karozza uffiċċjali li kienet tappartjeni lill-Gvern għal waħda mikrija f’Diċembru tal-2009, bi spiża ta’ €900 (VAT eskluża) ta’ kull xahar. Wara li dan il-Ministeru u l-Minsiteru tal-Edukazzjoni ingħaqdu biex jiffurmaw l-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Familja, il-ħlasijiet relatati mal-karozza Ministerjali kienu baqgħu isiru mit-Taqsima tal-Edukazzjoni. Għal raġuni simili, f’Marzu tal-2010, il-Ministru ta’ dak iż-żmien beda jaħdem mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u għalhekk il-Ministeru tiegħi m’għandux dettalji tal-ispiża tal-fuel mid-data ikkonċernata.
Skema ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward l-iskema ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-talba tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qed tiġi evalwata.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21641 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intu¿a petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi :
L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali użata fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ € 46 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 35 litru fil-ġimgħa.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ma jagħmilx użu mit-tieni karozza.
Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Di¿abilità u Anzjanità Attiva — petrol u diesel - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21642 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi :
L-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali użata fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ € 50 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħata medja ta’ 38 litru fil-ġimgħa.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-istess Ministru ma tagħmilx użu mit-tieni karozza.
Il-Mellieħa, San Pawl u n-Naxxar – twaqqif tas-servizz ta’ home help
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk ir-residenti fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (lokalità b’lokalità) li bejn Diċembru 2014 u Jannar 2016 twaqqfilhom is-servizz ta’ Home Help b’mod temporanju jew permanenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienul-persuni li ħadu l-għotja tal-ħalib, kull sena mill-2008 sal-2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jista’ jipprovdi biss statistika fuq l-aħħar 5 snin, u għalhekk mhuwiex possibli li tkun ipprovduta statistika għas-snin 2008 u 2009. Għaldaqstant, in-numru ta’ persuni li ħadu l-Għotja tal-Ħalib bejn l-2010 u l-2015 kien kif ġej:
· Sena 2010 – 160 persuna
· Sena 2011 – 134 persuna
· Sena 2012 – 111 –il persuna
· Sena 2013 – 107 persuni
· Sena 2014 – 108 persuni
· Sena 2015 – 105 persuni
Jista’ l-Ministru jgħid kif, fejn u b’liema kriterji se jkunu qed jikkwalifikaw, persuni jew familji li din is-sena ser jingħataw għajnuniet f’għotjiet ta’ ikel minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, jew kif inhu magħruf aħjar bħala l-FEAD, huwa programm ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, li l-għan principali tiegħu huwa li tingħata għajnuna bażika lill-familji li huma l-aktar fil-bżonn u li b’hekk tintlaħaq waħda mil-miri tal-Istrateġija Ewropea 2020; jiġifieri t-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Ftit inqas minn 4,000 familja, ġewwa Malta u Għawdex, li jaqaw taħt waħda minn dawn l-4 kategoriji msemmija hawn taħt, ser ikunu eliġibli li jibbenefikaw minn dan il-programm:
I. Familji li jirċievu benefiċċji mhux kontributorji li huma means tested, u li għandom 2 itfal jew iktar taħt l-eta’ ta’ 16 –il sena;
II. Familji li għandom 2 itfal jew iktar taħt l-eta’ ta’ 16 –il sena, u li għandhom dħul ta’ inqas minn 80% tal-Paga Minima Nazzjonali;
III. Familji li għandom 2 itfal jew iktar taħt l-eta’ ta’ 16 –il sena u li għandhom dħul li ma jaqbiżx il-Paga Minima Nazzjonali;
IV. Familji mhux single u li jirċievu pensjoni għall-anzjanita’ mhux kontributorja.
Peress li ser ikun hemm żewġ pakketti tal-ikel (Pakkett A u Pakkett B li hu izgħar) li ser ikunu qegħdin jitqassmu lil dawk li huma eliġibbli, tajjeb li wieħed jgħid li dawk il-familji li b’mod partikolari jaqaw taħt kategorija II, skont il-kriterji msemmija hawn fuq, kif ukoll dawk kollha li jaqaw taħt waħda mill-erba’ kategoriji msemmija, u li għandhom tlett itfal jew aktar ta’ taħt is-16 il-sena, ser ikunu qegħdin jirċievu Pakketti A u B, filwaqt li l-kumplament ta’ dawk li jidhru hawn fuq ser jirċievu Pakkett A.
Se jkun hemm skema oħra “in parallel” dwar it-tqassim ta’ ikel minn fondi pubbliċi li ser tkun qed tolqot persuni oħra li huma anqas fil-bżonn.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa bħal kull każ ieħor.
Awtorità tad-Djar – spiża fuq pagi/tenders fil-qasam tal-IT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża f’pagi/tenders jew konsulenzi fil-Qasam tal-IT tal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ispiża matul is-sena 2015 fil-qasam tal-IT, inkluż il-pagi, tenders jew konsulenzi, sa issa laħqet is-somma ta' €137,380.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19988, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol differenti ta’ IT se tkun qed tikseb l-Awtorità tad-Djar meta tikseb it-tender li qed toħroġ għas-sistema tal-Informazzjoni Teknoloġika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-sistema l-ġdida tal-Informazzjoni Teknoloġika hija mistennija li tnaqqas diversi proċessi ripetittivi, u fl-istess ħin jonqos l-użu tal-files u karti permezz ta' document management, kif ukoll ipproċessar b’mod awtomatiku flok b’mod manwali. Barra minn hekk, finalment, is-sistema mistennija toffri wkoll servizzi online għall-klijenti tal-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li applikat għall-post tal-Housing madwar għoxrin sena u fejn toqgħod la għandha toilet u lanqas shower?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-applikazzjoni tal-klijenti li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, qed tingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa bħal kull każ ieħor.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' sigurtà soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-bonus addizzjonali ta’ €35 li kienet waħda mill-miżuri tal-Budget 2015, ingħata lil dawk kollha li kienu fuq l-Għajnuna Soċjali fl-ewwel Sibt ta’ Jannar, 2015.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inħarġu Expressions of Interest minn Marzu 2013 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-Expressions of Interest? Ġew reklamati fuq il-media? Jekk iva, fuq liema media ġie reklamat kull Expression of Interest ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Awtorità tad-Djar – Chairman, Kap Eżekuttiv u Executive Heads — management
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-persuna hemm fil-management tal-Awtorità tad-Djar, inkluż iċ-Chairman, Kap Eżekuttiv, u Executive Heads iillum u f’Marzu 2013? Kemm kienet l-ispiża u x’kienu l-gradi u l-pakketti finanzjarji inkluż perkaċċi tal-management f’Marzu 2013 u kemm huma llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm l-Awtorità tad-Djar għandha periti impjegati magħha, kif ukoll oħrajn li jagħtu servizz fuq bażi definit, kemm b’direct order jew b’Expression of Interest? X’inhu l-ħlas għal kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 8 periti impjegati magħha u 10 periti li qed jagħtu servizz fuq bażi definit. Minn dawn l-10 periti li qegħdin fuq kuntratt definit, 7 qegħdin magħżula b’direct order u 3 b’expression of interest.
Aktar dettalji qed jingħataw fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha nutara l-Awtorità tad-Djar f’Marzu 2013 u kemm għandha llum? Jista’ jgħid jekk humiex fuq bażi definita jew indefinita jew b’kuntratt? X’kienet l-ispiża għas-servizzi notarili f’Marzu 2013 u x’inhi l-ispiża llum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’Marzu 2013, l-Awtorita` tad-Djar kellha 2 Nutara fuq Kuntratt għal Servizz fuq bażi definita. Fil-preżent, l-Awtorita tad-Djar, timpjega 2 Nutara fuq Kuntratt Indefinit kif ukoll 2 nutara b’Kuntratt għal Servizz taħt bażi definita.
L-ispiża notarili f’Marzu 2013 kienet tammonta għall-medja ta' €2,466.46 fix-xahar, filwaqt li l-ispiża fil-preżent, tammonta għall-medja ta' €6882.19 fix-xahar.
Ta’ min jinnot li d-dħul minn bejgħ ta’ propjeta, konvenji kuntratti eċċetra fl-2012 kien ta’ € 4,040,563 filwaqt li din is-sena hu stmat li d-dħul ikun ta’ madwar 16-il miljun Ewro.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar kellhiex konsulenzi jew direct orders, sabiex isiru Bordijiet jew laqgħat speċifiċi? Jekk fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul l-2015, l-Awtorita' tad-Djar, ma tatx direct orders u/jew konsulenzi biex isiru Bordijiet jew laqgħat speċifiċi.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqisja parlamentari 11552 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tad-Djar — sussidju dwar kera - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandha xi problema rigward sussidju fuq il-kera mill-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kull talba li tidħol tiġi kkunsidrata fuq il-mertu tagħha.