Legislature:
Category:
Reset
Active:

Main tad-dawl – każ ta’ persuna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16250 Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward main tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u qed jittieħdu l-provvedimenti kollha neċessarji.

Kont tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16271, jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u ssir spezzjoni on site peress li jidher li l-problema qiegħda fil-meter tad-dawl minħabba li l-ARMS reġgħu bagħtu kont bl-istess reading?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata.

Sptar Mater Dei –rapport dwar testijiet fuq konkrit

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika bl-ikbar urġenza r-rapport sħiħ kif mgħoddi lilu mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq is-saħħa tal-konkrit fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jinkludi: (a) It- terms of reference li ngħatat din il-kumpanija biex tagħmel dan l-istudju; (b) L-informazzjoni dettaljata ta’ kif ittieħdu l-kampjuni tal-konkrit; (c) Il-metodoloġija ta’ kif sar l-ittestjar fuq il-konkrit; (d) Ir-ri¿ultat tat-testijiet li saru; (e) Il-konklużjonijiet fuq kull kampjun; u (f) Il-konklużjonijiet tar-rapport kollu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-rapport se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u fih hemm ir-risposta għad-domandi magħmula mill-Onorevoli Interpellant.

Sptar Mater Dei – Rapporti dwar is-saħħa tal-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux biħsiebu japplika paragrafu 1638 (1) tal-Kodiċi Ċivili fid-dawl ta’ rapport li ħarġu dwar il-is-saħħa tal-bini tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

: Ninforma l-Onor Interpellant li r-risposta tinsab fir-rapport tal-inkjesta li ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif hemm irrakkomandat fir-rapport, l-istess rapport ser jingħata lill-Avukat Ġenerali.

Sptar Mater Dei — Project Closure Agreement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li ma jitteħdux passi kontra Skanska abbażi tal-Project Closure Agreement? Meta ttieħdu pariri legali fuq dan, qabel jew wara l-konferenza stampa li għamel l-istess Ministru u s-Segretarju Parlamentari nhar it-Tnejn 25 ta’ Mejju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant illi l-gvern ma hax din id-decizjoni.

Sptar Mater Dei — project closure agreement bejn FMS u Skanska

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx konxju li l-informazzjoni li hu għażel li jippubblika fuq il-project closure agreement bejn il-Foundation for Medical Services u Skanska tista’ tippreġudika l-pożizzjoni tal-Gvern mal-istess Skanska?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Skanska JV hija firmatarja tal-project closure agreement.

Sptar Mater Dei – Pariri dwar –rimedji ma’ Skanska

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Segretarju tal-Foundation for Medical Services, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u avukati oħra membri tal-bord tal-FMS, kenux tal-parir li l-Ministru jippubblika l-pożizzjoni tiegħu qabel ma jfittex rimedju ma’ Skanska?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni unika tal-Gvern hija li jieħu l-passi kollha neċessarji kontra l-persuni kollha responsabbli għal dan l-iskandlu.

Sptar Mater Dei –kampjuni tal-konkrit tal-istruttura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien u/jew x’inhu l-involviment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew il-kumpanija li d-dettalji dwarha wkoll qed jingħataw separatament fil-proċess tat-teħid ta’ kampjuni ta’ konkrit mill-Isptar Mater Dei u t-testjar tagħhom? Veru li l-individwu kien involut jew għadu involut fil-kumpanija li ħadet l-ewwel samples tal-konkrit tal-Isptar Mater Dei li ma ġewx aċċettati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax ma kenux ittieħdu kif suppost?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-samples ġew meħudha minn Terracore, Solid Base u Celltest. Aktar testijiet ittieħdu mill-ARUP.

ARMS — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba li hemm xi żbalji fir-readings tal-kont u għadha ma rċevitx il-kont korrett?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u ttieħdu l-provvedimenti kollha neċessarja.

Hemorrhoid Ectomy — servizz ta' laser

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanar li jidaħħal is-servizz tal-laser għall-hemorrhoid ectomy? Meta jaħseb li dan is-servizz jibda jingħata lill-pazjenti Maltin u Għawdxin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Mater dei din l-operazzjoni issir b’mod ta’ sclerotherapy, banding, stapling jew formal excision.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Kap Eżekuttiv – Remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandiex kariga ta’ Kap Eżekuttiv fl-istruttura preżenti tagħha.

Arms Ltd – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-ARMS Ltd? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ARMS Ltd bħalissa hija mmexxija minn General Manager.

Enemalta – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Enemalta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta m’għandiex kariga ta’ Kap Eżekuttiv fl-istruttura preżenti tagħha.

Sptar Mater Dei – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Sptar Mater Dei? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei għandu l-istess paga bħal ta' qablu.

Sptar Mount Carmel – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Sptar Mount Carmel? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li s-salarju huwa ta' €60,000 fis-sena.

Foundation for Medical Services – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Foundation for Medical Services? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14369.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15509 u jgħid kemm ġew impjegati u ingaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu fl-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15509 (ħmistax-il elf, ħames mija u disgħa).

Projects Malta – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv ta’ Projects Malta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Projects Malta għandu salajru ta’ €43,000 (tlieta u erbgħin elf Ewro).
Leg 12 PQ #16063 Sitting 268 2015-05-26 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Birżebbuġa — Il-Qajjenza – is-sit fejn hemm it-tankijiet tal-gass

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14299, jista’ l-Ministru jagħti risposta konkreta u jgħid x'se jsir mis-sit fejn bħalissa hemm armati t-tankijiet tal-gass fil-Qajjenza, Birżebbuġa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14299 (erbatax-il elf, mitejn, disgħa u disgħin).

Kont tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u ttieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex il-problema tiġi solvuta.