B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26, jista' l-Ministru jispjega jekk it-tweġiba tiegħu tfissirx li la l-iskema hija mħaddma mill-BOV, la l-Malta Enterprise u lanqas il-Ministeru m'huma qed jitolbu informazzjoni xahar b'xahar biex ikunu jafu l-andament tat-take up tal-iskema?
Response (CARDONA, CHRIS)
Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant l-iskema JEREMIE hija mmexija mill-Bank of Valletta li għandu obbligu biss li jirrapporta lill-European Investment Fund, fil-waqt li dan tal-aħħar tirrapporta direttament lill-Gvern. Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx pjan li l-Monti tal-Belt ta' fost il-ġimgħa jiċċaqlaq għal Triq l-Ordinanza, inkluż biswit il-bini tal-Parlament il-ġdid?
Response (CARDONA, CHRIS)
Iva hemm diskussjonijiet għaddejjin ma' dawk involuti.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Nefqa għall-użu ta' mobiles
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn 1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-Ministeru għall-użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u s-Segretarjat Privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ €11,225.43.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Licensing Appeal Board hux kostitwit? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li jerġa’ jiġi kostitwit u dan fid-dawl ta’ każijiet pendenti li hemm quddiem dan il-bord?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord in kwistjoni se jkun kostitwit fil-futur mhux imbiegħed.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1217 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex dawk il-persuni li għandhom dgħajsa marbuta ġewwa l-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa, in-naħa fejn se tiġi żviluppata, humiex se jingħataw post alternattiv fejn jorbtu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qed jirreferi għall-estensjoni tal-Freeport Terminal 2 (West Quay) li se taffettwa l-irmiġġi ġewwa Wied il-Buni, nikkonferma li hija l-intenzjoni tal-Gvern illi jinstabu rmiġġi alternattivi. Ninsab infurmat li Transport Malta diġa kellha laqgħat ma’ dawk li jirrapreżentaw lis-sidien tal-irmiġġi biex isir pjan u jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa għall-provvista ta' fuel tal-karozzi kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat tal-ex-MITC għall-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ €19,787.
Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni — riżenja tal-ex chairman
Question
Fid-dawl tal-ittra ta’ riżenja tal-ex Chairman tal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni li ġiet ippubblikata nhar it-30 ta’ April, jista’ l-Ministru jikkonferma li t-tneħħija tal-istess Chairman hija konformi mad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar x’inhuma s-sitwazzjonijiet li fihom għandu jitneħħa l-kap tan-national regulatory authority, li fil-każ ta’ Malta hija l-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li qed jitlob huwa parir jew opinjoni legali/teknika u għalhekk tmur kontra l-ordnijiet permanenti tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-Malta Enterprise għall-għajnuna u/jew inċentivi taħt kull skema/programm/inċentiv fiskali/faċilitajiet li toffri l-istess Malta Enterprise jew il-Malta Industrial Parks?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Irrid inżid illi l-maġġoranza ta’ l-applikazzjonijiet għal Microinvest daħlu fl-aħħar ta’ Marzu/April 2013 minħabba d-data tal-egħluq għall-iskema 2012. Dawn l-applikazzjonijiet ikunu proċessati kollha sa l-aħħar ta’ Ġunju. Min-naħa l-oħra n-numru ta’ l-applikazzjonijiet pendenti taħt Get Qualified huwa riżultat ta’ twessigħ ta’ l-iskema fix-xhur reċenti. Dawn l-applikazzjonijiet ikunu proċessati kollha sa l-aħħar ta’ Awwissu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kienx hemm bidliet fil-Bord tal-Malta Enterprise? Jekk iva, jista’ jgħid kif inhu kompost il-Bord illum? Jekk ma kienx hemm tibdil jista’ jgħid jekk hemmx persuna/i oħra li qegħdin jagħtu struzzjonijiet lill-Kap Eżekuttiv u jekk iva min huma dawn il-persuni u fuq liema bażi qed jagħtu dawn l-istruzzjonijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Bord tal-Malta Industrial Parks Ltd?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sakemm jinħatar wieħed ġdid, il-Bord tal-MIP jibqa’ kompost mill-membri li kien hemm qabel għalkemm dawn kienu offrew r-riżenja tagħhom.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-lista ta’ dawn il-membri.
Estensjoni tal-Malta Freeport — impatt fuq ir-residenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar l-impatt li l-estensjoni l-ġdida tal-Malta Freeport jista' jkollha fuq ir-residenti, partikolarment dak viżiv u ħsejjes aktar milli diġà qed isofru? Jista' jgħid jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-kunsill lokali tal-lokalità dwar dan u dwar kif din il-lokalità għandha tiġi kkompensata biex jagħmel tajjeb għad-dannu ambjentali u ta' xort'oħra li qed jikkawża dan l-iżvilupp industrijali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li bħala parti mill-proċess tal-permess ta’ żvilupp li ngħata mill-MEPA għall-estensjoni li qed issir bħalissa fil-Freeport kien sar assessment tal-impatt ambjentali fil-waqt li kien hemm ukoll konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali rispettiv. Dwar l-estensjoni li possibilment jista’ jkun hemm fil-futur din ser tkun suġġetta għal Pjan ta’ Azzjoni (Action Plan) li jkun irid jinħareġ għal konsultazzjoni pubblika.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-MEPA.
B'referenza għall-ftehim li kien iffirmat fil-Ħdax-il Leġislatura bejn il-Ministeru responsabbli min-negozji żgħar u l-Università ta' Malta sabiex sal-bidu tal-2013 ikun lest l-ewwel studju soċjoloġiku dwar it-typology tan-negozji żgħar u ta' daqs medju Maltin, sabiex dan iservi bħala bażi għal tfassil ta’ policies tailor made għall-SMEs, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-istudju (li kien qed isir mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) li kellu jservi biex jitwaqqaf osservatorju għall-SMEs Maltin, hux konkluż?
Response (CARDONA, CHRIS)
Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, kien hu stess li kien kummissjona l-istudju in kwistjoni, iżda minkejja li l-istudju kellu jitlesta sa Diċembru 2012 u kellha anke tkun organiżżata konferenza għal dan il-għan, mill-arkivji li rnexxielna nsibu u partikolarment il-fajl amministrattiv tal-każ, ma jirriżultax li din il-mira ta’ Dicembru 2012 kienet intlaħqet anke jekk il-Gvern sa Jannar ta’ din is-sena kien laħaq ħallas l-pagamenti kollha dovuti skont il-kuntratt. Ser isiru il-kuntatti neċessarji mal-Universita’ ta’ Malta sabiex naraw li l-ftehim jitwettaq fl-intier tiegħu.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2012? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ngħatax b’direct order jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-living wage għas-settur privat u għas-self employed?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-kunċett li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa parti minn qafas usa’ tal-kudizzjonijiet tax-xogħol u għalhekk il-mistoqsija għandha tkun riferuta lil Ministru konċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-istaff compliment għadu ma ġiex finalizzat, ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.