Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (li qabel it-8 ta' Marzu 2013 ma kienux impjegati mal-entitajiet/dipartimenti/awtoritajiet konċernat) ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-8 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati mill-1998 sa 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f’legiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor. Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19929, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-applikazzjonijiet għal titjib fil-faċilità tal-klabbs tal-waterpolo li huma pendenti għand il-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru, ma għandux applikazzjonijiet għal titjib fil-faċilità tal-klabbs tal-waterpolo li huma pendenti.
Il-Mosta – Skola Maria Reġina – nuqqas ta’ għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-Iskola Maria Reġina, fil-Mosta, hemm nuqqas ta’ għalliema fosthom tal-Ingliż?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fid-29 ta’ Settembru 2015, għalliema tal-Ingliż li kienet għadha kemm ġiet impjegata, ħarġet b’sick leave fit-tul. Temporanjament, il-load ta’ din l-għalliema ingħata lil għalliema li kellha tibda il-maternity leave fit-28 ta’ Ottubru 2015.
Fil-5 ta’ Ottubru 2015 għalliema oħra tal-Ingliż ġiet detailed għall-MCAST u sussegwentement il-load tagħha ingħata lil għalliema supply.
L-għalliema li kellha tibda l-maternity leave fit-28 ta’ Ottubru, bdiet b’dan il-leave fil-15 ta’ Ottubru u l-load tagħha ingħatat lil għalliema supply li bdiet l-impjieg fis-27 ta’ Ottubru 2015.
Investiment fl-Iskema tal-Breakfast Club — investiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment fl-iskema tal-Breakfast Club minn mindu tnediet u kemm tfal għamlu użu minn din l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Breakfast Club beda f’April 2014, u kompla għaddej tul is-sena skolastika 2014-2015. Infurmat li n-nefqa finanzjarja tul il-perjodu kollu kienet ta’ €748,396.81. Din in-nefqa kienet tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Club Coordinators, ħlasijiet lill-istaff li jieħdu ħsieb it-tfal waqt il-perjodu tas-servizz tal-Breakfast u xiri tal-affarijiet għall-Breakfast Club.
Skont statistika miġbura mill-iskejjel minn April sa Ġunju 2014 attendew 700 student kuljum. Matul il-perjodu tas-Sena Skolastika 2014-2015 minn Settembru 2014 sa Ġunju 2015 attendew 1,085 student kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li użaw xi servizz f’xi forma jew oħra tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ żgħażagħ li użaw xi servizz f’xi forma jew oħra tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ hu ta’ 2,022 maqsumin kif ġej:
Neet activation scheme - 350
Alternative Learning Programme – IT summer course - 2014: 86
2015: 117
Revision Classes b’xejn tas-SEC - 2014 – 551
2015 – 777
Remedial classes b’xejn MCAST - 2014 - 42
2015 – 99
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba għal użu pubbliku jew skolastiku mill-2010 ‘l hawn? Jista’ jinkludi wkoll kotba skolastiċi, kotba fil-libreriji pubbliċi, kotba mixtrija għall-inizjattivi tal-qari u tipi oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Investiment tal-Gvern f’xogħol infrastrutturali, kostruzzjoni, għamara u spejjeż simili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern f’xogħol infrastrutturali, kostruzzjoni, għamara u spejjeż simili fiċ-childcares pubbliċi, fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat minn Marzu 2013 ‘l hawn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada li l-investiment tal-Gvern f'xogħol infrastrutturali, kostruzzjoni, għamara u spejjeż simili fiċ-childcares pubbliċi, l-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat minn Marzu 2013 'l hawn kien ta' €17,265,671.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji tal-miżuri li ttieħdu fuq access arrangements fuq eżamijiet u x’bidliet seħħu s’issa f’dan il-qasam f’din il-leġislatura u xi pjanijiet hemm għal quddiem? Jista jagħti rendikont maqsum: tal-benchmark, ta’ tmiem is-sekondarja, dawk post-sekondarji u terzjarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’Ġunju 2013 żdiedu l-access arrangements biex l-eżami jkun aktar aċċessibbli. Dawn l-Arranġamenti Addizzjonali huma: Assistenza waqt il-qari tal-karti tal-Fehim mill-Qari tal-Malti u tal-Ingliż, u s-servizzi ta’ skriba (scribe) biex jikteb il-kliem li ma jingħarafx fil-karti tal-Kitba tal-Malti u tal-Ingliż.
Iktar tagħrif dwar dan is-suġġett mgħoddi mid-Direttorat għal Kwalita` u Standards fl-Edukazzjoni, id-Dipartiment tal-Eżamijiet, l-Università ta' Malta u l-MCAST qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-futur hu maħsub li jkun hemm xi direzzjonijiet ġodda dwar l-access arrangements fit-tagħlim ħolistiku tal-istudent.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-persentaġġ ta’ nisa li huma attivi fil-qasam tax-xogħol, inkluż dawk self-employed għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, il-persentaġġ ta’ nisa, inkluż dawk self-employed, li kienu jaħdmu fl-aħħar ta’ Diċembru tal-aħħar erba’ snin u fl-aħħar ta’ April 2015 (l-aktar data riċenti ta’ pubblikazzjoni ta’ statistika dwar persuni fl-impjieg), kien kif ġej:
Xhur
Persentaġġ
Diċembru 2011
38.07%
Diċembru 2012
38.92%
Diċembru 2013
39.70%
Diċembru 2014
40.19%
April 2015
40.25%
Ir-risposta nħadmet billi ttieħed it-total ta’ nisa li jaħdmu
(
Full Time u Part Time Only
)
fuq it-total ta’ nisa u rġiel li jaħdmu
(
Full Time u Part Time Only
).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati klabbs sportivi ġodda mal-Kunsill Malti għall-Isport fl-2013, 2014 u 2015 (sal-aħħar ta’ Settembru 2015)? Liema kienu dawn l-klabbs?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li qed issir riforma estensiva fil-mod kif jiġu reġistrati għaqdiet sportivi, il-proċeduri kif ukoll ir-rekwiżiti ser ikunu qed jinbidlu. Għaldaqstant, ir-reġistrazzjonijiet kienu twaqqfu fl-ewwel xhur tal-2014 u se jerġgħu jibdew isiru mix-xhur li ġejjin.
Il-klabbs li ġew reġistrati fl-2013 u fl-ewwel xhur tal-2014 huma s-segwenti:
2013
Assoċjazzjoni Sport Qormi
Sport Press Malta
Xagħra Boċċi Klabb
Senglea Youngsters Fc
Radio Control Cars Malta
International Sports Club Malta
Fuego Champs
St.Patricks Athletics Club
Athletix Athletics Club—Gozo
Valletta Lions Table Football Club
Island Microlight Club
Klabb tal-Boċċi Għaxaq
University of Malta Racing (*UOMR)
Klabb Tal-Boċċi Gudja
Paola Badminton Club
Torball Society of the Blind
Moto Guzzi Malta Club
Nuts MC Malta
2014
Club Ritmica
Malta Dance Sport Team Association
Għajnsielem Redcoats
The Basement Kickboxing
SKSM Karate Malta
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jgħin lit-team nazzjonali Malti tal-Waterpolo u lill-ASA, issa li t-Team Nazzjonali għadda għall-European Waterpolo Championships li se jsiru f’Belgrade 2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-isport kellu laqgħa mal-President tal-ASA u ntlaħaq ftehim li l-ASA tagħmel it-talba tagħha b’rabta mal-parteċipazzjoni tat-Team Nazzjonali fil-European Waterpolo Championships li se jsiru f’Belgrade fl-2016. Is-Segretarjat imbagħad ikun jista’ jikkunsidra u jieħu deċiżjoni skont it-talba li ssir.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jitkompla x-xogħol biex issir liġi ġdida dwar l-Isport f’pajjiżna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-KMS għaddej minn diskussjonijiet interni u wkoll mal-konsulent legali tagħhom biex tiġi emendata l-Liġi dwar l-Isport. Dan il-proċess huwa wieħed li beda u se jibqa’ għaddej sakemm ikollna xogħol sodisfaċenti li jkun jistħoqq lill-isportivi kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pixxina ta’ Birżebbuġa se tgħaddi f’idejn Birżebbuġa Waterpolo Club? Jista’ jgħid jekk hux se tingħata assistenza lil dan l-klabb wara li l-pixxina tingħata lilhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-Clubhouse tal-pixxina ta’ Birżebbuġa ser jibdew fi ftit ġimgħat oħra. Il-kuntratt sabiex tinbena din il-Clubhouse jitlob li fi żmien disa’ xhur din tkun mibnija u lesta kif kien jitlob it-tender. La darba dan isir il-pixxina ta’ Birżebbuġa se tgħaddi f’idejn Birżebbuġa Waterpolo Club. Bl-investiment kbir li jkun sar fuq il-pixxina, il-Gvern jemmen li l-klabb ikun kapaċi li jmexxi din il-faċilità mingħajr ma jitlob assistenza mill-Gvern. Madankollu l-assistenzi huma miftuħa għal kull organizzazzjoni sportiva reġistrata mal-KMS u kull talba li ssir tkun evalwata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati finanzi għall-iskema 20/20 issa msejħa flexi training scheme fl-2013, 2014 u sa Settembru 2015? Kemm kienu u min huma l-atleti li bbenefikaw minn dawn l-iskemi fi snin imsemmija? Jista’ jgħid kemm se jkunu vvutati flus għal din l-iskema għas-sena d-dieħla?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-flus allokati għall-Iskema 20/20 u issa msejjħa flexi-training scheme fis-snin 2013 sa 2015 huma kif se nsemmi:
2013
2014
2015
€150,000
€300,000
€130,000
Dawn l-ammonti ma jinkludux pagi ta’ Atleti u Kowċis fl-Iskema li jaħdmu mas-settur pubbliku. L-għadd ta’ Atleti u Kowċis li bbenefikaw mill-iskema huma kif ġej:
2013
Atleti jaħdmu fil-privat – 14
Atleti jaħdmu fis-settur pubbliku – 9
2014
Atleti jaħdmu fil-privat – 14
Atleti jaħdmu fis-settur pubbliku – 6
Kowċis – 2
2015
Atleti jaħdmu fil-privat – 28
Atleti jaħdmu fis-settur pubbliku – 4
Infurmat ukoll li l-flus allokati għal din l-iskema s-sena d-dieħla huma €150,000.
L-informazzjoni dwar min huma l-atleti li bbenefikaw minn dawn l-iskemi fis-snin imsemmija qed tingħata lill-Onor. Interpellant separatament.
Ministeru għall-Eduakzzjoni u x-Xogħol — bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B’risposta għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li r-reklamar li sar huwa kif jidher fl-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument Nru. 5948 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 320, it-Tnejn, 2 ta' Novembru 2015)
Ir-Rabat Għawdex — skola post sekondarja - studenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li applikaw biex jattendu l-iskola post-sekondarja tar-Rabat Għawdex għas-sena skolastika 2015-2016? Jista' jgħid kemm kien in-numru li applikaw f' kull sena fil-ħames snin preċedenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għas-sena skolastika 2015-2016 applikaw 237 student.
Fl-aħħar ħames snin skolastiċi, n-numru ta’ applikanti kien:
2010/2011 – 313-il student
2011/2012 - 289 student
2012/2013 - 301 student
2013/2014 - 266 student
2014/2015 - 280 student
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il borża ta’ studju ngħatat minn Marzu 2013 ‘l hawn u taħt liema skema? Jista’ jagħti l-valur kumplessiv ta’ dawn il-boroż ta’ studju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li taħt l-iskema Malta Arts Scholarship Scheme ingħataw 33 borża ta’ studju bejn Marzu 2013 u Settembru 2015. Il-valur kumplessiv tagħhom jammonta għal 820 elf Euro.
Taħt l-iskema
Malta Sports Scholarships Scheme
minn Marzu 2013 sa Settembru 2014 ingħataw 25 borża ta’ studju li l-valur kumplessiv tagħhom jammonta għal 240 elf Euro.
Bejn Marzu 2013 u Settembru 2014 ingħataw 89 borża ta’ studju fil-livell Postgraduate taħt l-iskema
Malta Government Scholarships Scheme – Post Graduate
għall-valur kumplessiv ta’ miljun u tmien mitt elf Euro (€1,800,000.00).
Skema oħra fil-livell Post Graduate kienet l-iskema MASTER it! Bejn Marzu 2013 u Jannar 2015 taħt din l-iskema ngħataw 651 borża ta’ studju fil-livell ta’ Master għall-valur kumplessiv ta’ kwazi ħames miljun Euro. Din l-iskema kienet iffinanzjata 80% minn fondi tal-Unjoni Ewropea u 20% minn fondi lokali.
Taħt l-iskema STAR – S
cholarships to Achieve Results in ICT and Finanacial Services,
f’Marzu 2013 ingħataw 30 borża ta’ studju fil-livell
undergraduate
għall-valur kumplessiv ta’ erba’ mija u tletin elf Euro (€430,000.00).
Skema oħra ta’ sapport għal studenti li jkunu qed isegwu korsijiet ma’ Universitajiet barranin fil-livell
undergraduate
kienet l-iskema
Malta Government Scholarships Scheme – Undergraduate (MGSS – UG)
li illum tissejjaħ
Malta Government Undergraduate
Scheme
.
238 studenti żgħażagħ qed jibbenefikaw minn din l-iskema għall-valur kumplessiv ta’ aktar minn nofs miljun Euro.
Dan ifisser li b'kollox ġew investiti qrib id-disa' miljun ewro biex aktar żgħażagh u adulti jibqgħu jistudjaw fil-livell terzjarju tal-edukazzjoni.