Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imġarr — Pressa ta' l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx raġuni għalfejn il-pressa ta' l-ilma fin-naħat ta' Mrejnu u Ta' Palma fl-Imġarr, Malta ilha daqshekk baxxa għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat? Jista' jgħid x'xogħlijiet qed isiru biex dan jiġi rranġat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-inħawi ta' Mrejnu u tal-Palma jinsabu fl-ogħla nħawi ġor-raħal tal-Imġarr. Minħabba f'hekk huma l-ewwel li jbatu minn pressa baxxa tal-ilma meta għal xi raġuni jkun hemm xi problema fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma fl-Imġarr. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet ħsieb li tibni 'booster room' żgħira fi Triq Sir Harry Luke fejn twaħħlet pompa bl-iskop li żżid il-pressa f'dawn il-postijiet msemmija. Ix-xogħol jinsab fi stadju avvanzat u bħal issa għaddejin l-aħħar testijiet. Din il-pompa għandha titħaddem fi żmien qasir.

Enemalta — Prezzijiet taż-żjut

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17954 u 18224 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-prezzijiet li setgħet tixtri bihom kuljum (Platts prices) l-Enemalta l-fuel oil u gas oil għax-xhur ta' Ottubru, Novembru, Diċembru 2005 u Jannar 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise — European Social Fund

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti tal-Malta Enterprise li kienu funded mill-European Social Fund tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid għal kull każ min kienu l-kumpanniji li ittenderjaw għal dawn il-proġetti? Liema kienet il-kumpannija f'kull każ li ngħatat it-tender? Xi kriterji wżat il-Malta Enterprise sabiex ġie awarded kull tender?

Response (GATT, AUSTIN)

Matul dawn l-aħħar sentejn hemm żewġ proġetti tal-Malta Enterprise li huma finanzjati taħt il –‘European Social Fund’. 1. L-ewwel proġett huwa mmirat dwar kif tiżdied il-kompettivita tan-negozji permezz ta’ l-istħarriġ taħt “Measure 3 Priority 2 - Lifelong learning and Social Inclusion.”, 2. It-tieni proġett huwa mmirat sabiex iħajjar it-twaqqif ta’ negozji minn nies bla xogħol, taħt l-inizjativa EQUAL - “Measure 2 C – Entrepeneurship.” Biex jigi fis seħħ l-ewwel proġett nħarġu żewġ offerti. i. L-ewwel offerta kienet tkopri il-publikazzjoni ta’ l-avvizi fil-ġurnali. – Din l-offerta taqa taħt ir-responsabilita tal Malta Enterprise. (L-offerta intrebhet) ii. It-tieni offerta għat-taħrig tan-negozji– Din l-offerta taqa taħt ir responsabilta tad - Dipartiment tal Kuntratti minħabba li taqbeż l-għoxrin elf lira. (L-offerta intrebħet) Biex jiġi fis seħħ it-tieni proġett – “Tħajjar it-twaqqif ta’ negozji minn nies bla xogħol” kien meħtieġ li jinħarġu erbgħa offerti: i. Offerta għall programmi fuq it-televizjoni dwar it twaqqif tan-neġozji - Din l-offerta taqa taħt ir-responsabilita tal Malta Enterprise. (L-offerta intrebħet) ii. Offerta għall publikazzjoni ta’ l-avvizi fil-gurnali u fuq billboards – Din l-offerta taqa’ wkoll taħt ir-responsabilita tal-Malta Enterprise. (l-offerta intrebħet) iii. Offerta għat-taħrig ta’ nies bla xogħol – – Din l-offerta taqa taht ir-responsabilita tad-Dipartiment tal Kuntratti minħabba li taqbez l-għoxrin elf lira. (Id-data ta l-offerta għada kemm għalqet) iv. Offerta għall monitorage tal progett – Din l-offerta taqa' taħt ir-responsabilita tal-Malta Enterprise. (l-offerta ippjanata)

Prezzijiet tal-Fuel Oil

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 18238 u 18538 u jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar? Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali? Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Bdoti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdoti ta' l-ajru li rriżenjaw minn ma' l-Air Malta matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? X'esperjenza ta' sigħat ta' titjiriet (flights) kellhom? X'kienu r-raġunijiet li għalihom irriżenjaw

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' bdoti ma' l-Air Malta li rreżenjaw minn mal-kumpanija matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena huwa ta' ħamsa (5) Maltin (Malta Operations) u ħamsa (5) barranin (UK Operations). L-esperjenza ta' siegħat ta' titjiriet (flying hours ) li kellhom dawn il-bdoti hija kif ġej:- Bdoti Maltin - 35,854 siegħa Bdoti barranin - 7,406 siegħa Dawn il-bdoti rreżenjaw għal raġunijiet personali.

Air Malta — Bdoti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdoti ma' l-Air Malta li fil-preżent ressqu r-riżenja tagħhom minn mal-kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' bdoti ta' l-Air Malta fil-preżent ressqu r-riżenja tagħhom minn mal-kumpannija huwa ta' żewġ bdoti maltin (Malta Operations) u tlett (3) bdoti barranin (UK Operations).

Air Malta — Bdoti

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' bdoti Maltin u barranin ma' l-Air Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-preżent, in-numru ta’ bdoti Maltin u barranin ma’ l-Air Malta huwa ta’ mija u erbgħin (140) bdot Malti (Malta Operations) u għoxrin (20) bdot barrani (UK Operations). L-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b’sena, huwa kif ġej:- Ø Titjiriet li joriġinaw minn Malta (Malta Operations) Sena li għalqet Bdoti Maltin Bdoti Barranin 31 ta’ Marzu 2006 140 - 31 ta’ Marzu 2005 150 - 31 ta’ Marzu 2004 142 - 31 ta’ Marzu 2003 132 2 31 ta’ Marzu 2002 128 5 Ø Titjiriet li joriġinaw mir-Renju Unit (UK Operations) Sena li ghalqet Bdoti Maltin Bdoti Barranin 31 ta’ Marzu 2006 - 20 31 ta’ Marzu 2005 - 17 31 ta’ Marzu 2004 - - 31 ta’ Marzu 2003 - - 31 ta’ Marzu 2002 - - Ta’ min jgħid li l-figuri ta’ bdoti barranin ma jinkludux dawk li kienu mpjegati ma l-Azzurra Air qabel April 2004.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq liema bordijiet, korporazzjonijiet, aġenziji tal-gvern, kumitati u dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu qed iservi bħalissa l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? X'inhi l-kariga u r-remunerazzjoni flimkien ma' perks oħra li għandu f'kull każ? Huwa minnu li qed jiġi ikkonsidrat għal CEO tal-Malta Enterprise?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingaħata f 'xi seduta oħra.

MITI — Marketing budget

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-marketing budget tal-MITI għall-promozzjoni ta' l-IT fost is-soċjeta' Maltija? Liema media qed jintużaw għal dan il-għan? Liema programmi televiżivi qed jiġu sponsorjati għal dan il-għan u għaliex l-allokazzjoni mhijiex tkun aktar mifruxa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Privatisation Unit

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17375, fejn il-Ministru naqas li jagħti l-informazzjoni mitluba, ma jaħsibx li mhijiex etika li ma jagħtix din l-informazzjoni meta ċ-ċifra mitluba hi waħda globali? Ma jaħsibx li minn ċifra globali qatt ma tista' tasal għal ċifri li ħadu l-kumpanniji individwali, allura li ma jagħtix l-ammont globali minħabba raġunijiet kummerċjali hija biss skuża?

Response (GATT, AUSTIN)

Lm3,096,738 li jinkludi "success fees".

Dipartiment tax-Xogħlijiet — Arkivji

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk is-sezzjoni ta' l-arkivji fi ħdan id-dipartiment tax-xogħlijiet hux ser jiġi trasferit għal mad-dipartiment ta' l-artijiet? Jekk fl-affermattiv, minħabba l-valur storiku ta' dawn l-arkivji jistgħu dawn l-arkivji jiġu trasferiti għal arkivji nazzjonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Binġemma — Arbli tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-arbli tad-dawl ġo Binġemma mill-arja magħrufa bħala l-Madonna sal-Plier se jsiru ġodda, liema arbli ilhom biex jiġu mibdula ġmielhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-area msemmija hija kbira, nistaqsu lill-Onor. Interpellant biex jagħtina ndikazzjoni ta' liema arbli qed jirreferi għalihom.

Impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu t-tħejjijiet għall-bini ta' tliet impjanti ġodda għat-tisfija tad-drenaġġ? Meta mistenni jibda x-xogħol fuq kull wieħed minn dawn l-impjanti? Kemm se jkun jista' jipproduċi ilma kull impjant? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq kull impjant u jekk il-flus hux se joħroġhom kollha l-gvern Malti? Meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq kull impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Prezzijiet taż-żjut

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17954 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-prezzijiet li setgħet tixtri bihom kuljum (Platts prices) l-Enemalta l-fuel oil u gas oil għax-xhur ta' Ottubru, Novembru, Diċembru 2005 u Jannar 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Prezzijiet tal-fuel oil

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18238 u jgħid b'liema prezz xtratu l-Enemalta l-fuel oil matul l-2005 u l-2006, xahar b'xahar? Jista' jagħti l-prezz medju, xahar b'xahar, matul l-istess perijodu fi swieq internazzjonali? Jista' jagħti r-rata tal-kambju ta' dollaru meta mqabbel mal-lira Maltija fid-data ta' kull pagament jew ħlas li jkun sar mill-Enemalta għal fuel oil matul l-2005 u l-2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Servizz ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi provdut is-servizz tad-drenaġġ lil numru ta' residenti (bibien nri 23-30) fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun li għadhom qed jinqdew bis-servizz tal-fossa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat lis-servizz tad-drenaġġ lil dawn ir-residenti se jkun provdut meta tkun lesta l-mina tad-drenaġġ ta' Bir id-Deheb. Din mistennija titlesta matul is-sena d-dieħla.