Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nefqa fuq servizzi ta' konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26141.

Nefqa fuq is-servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26143.

Karozzi waqt il-ħin ta' l-iskola

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex waqt il-ħinijiet ta' dħul u ħruġ mit-tfal mill-iskola primarja Lija/Balzan fi Triq Robert Mifsud Bonnici xorta jitħallew igħaddu karozzi tal-linja minkejja li din it-triq suppost tkun magħluqa għat-traffiku u jkun hemm warden preżenti? Jista'jgħid ukoll għaliex vetturi tal-ġenituri jitħallew jipparkjaw quddiem l-iskola u ġieli anke double parking u dan ukoll huwa ta' periklu għat-tfal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li qed ikun hemm preżenza ta' Gwardjan Lokali mgħejjun mill-Pulizija tad-distrett u tat-Traffiku fil-post imsemmi fil-ħinijiet meta t-tfal jibdew u jispiċċaw l-iskola. L'imsemmija karozzi tal-linja huma privates u mini-buses li jitħallew quddiem l-iskola sabiex it-tfal ma jitħallewx jiġru fit-triq biex isibu t-trasport. It-traffiku ġeneralment huwa osservat li jkun taħt kontroll.

Kaz umanitarju

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28193, jien kont qed nirreferi għall-kera tar-residenza tal-kostitwent li s-sid tagħha hu l-gvern ta' Malta, jista' issa l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inkwilin imsemmi jista' jagħmel kuntatt mas-sezzjoni tal-ġbir tal-Kera tad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex iħallas l-arretrati tal-kera bin-nifs.

Karozzi għall-użu tiegħu

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għal kemm żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tweġiba hija fin-negattiv.

Manutenzjoni tal-karozza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ispiża għall-manutenzjoni tal-karozzi li rrefera għalihom l-Onor Interpellant kienet ta' Lm3,233.60 u Lm624.87 rispettivament.

Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif jidher hawn taħt:- Uffiċjal / Dipartiment Tip ta’ karozza Prezz (lm) Ċilindrata Director General Kia Serrato 1.6D 6300 1582 Director Programme Implementation Opel Corsa MPV 5188 1229 Detention Service Landrover Freelander 6300 1952 Detention Service Landrover Freelander 6300 1952 Detention Service Landrover Freelander 6300 1952

Nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Hospitality

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċjali li rriżenjaw

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jaf, x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni għal dak li jirrigwardja d-dekasteru tiegħi hija is-segwenti:- Fid-diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja, minn Jannar, 2007 sal-lum: Kien hemm Uffiċċjal wieħed (1) fi skala 4 li għalaqlu l-kuntratt u ma reġgħax applika għall-istess pożizzjoni. Dan l-uffiċċjal kien jokkupa l-pożizzjoni ta' Direttur u Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali Ċivili. Dan l-uffiċċjal ma applikax għall-istess pożizzjoni għaliex ġie maħtur f'pożizzjoni għola. Infurmat ukoll illi l-Bord Konsultattiv dwar Liċenzji tal-Pulizija ġie xolt permezz ta' l-Avviż Legali Nru. 222 ta' l-2007.

Fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Uffiċċju Konġunt milli jagħmel il-kuntratt ta' fidi ta' ċens lill-persuna mir-Rabat, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proċess tal-fidi taċ-ċens fuq il-fond in kwistjoni jinsab fi stat avvanzat. Fil-fatt l-Uffiċċju Konġunt se jieħu passi biex issir pjanta tal-proprjeta' bl-iskop li din tiġi reġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet biex wara jkun jista' jsir il-kuntratt tal-fidi.

Fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Uffiċċju Konġunt biex jinfeda ċ-ċens ta' persuna minn Wied il-Għajn, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna in kwistjoni applikat biex tifdi ċens f'Mejju tas-sena 2007. Peress li l-Uffiċċju Konġunt għadu qiegħed jipproċessa mijiet ta' applikazzjonijiet li rċieva qabel Mejju 2007, l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata fiż-żmien opportun.

Ħlas ta' kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni fil-każ umanitarju tar-resident, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minħabba li għandu bosta problemi finanzjarji u għalhekk ma jistax iħallas l-kera tal-posta li jabita fih u li hi dovuta lill-Uffiċċju Konġunt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna fil-kwistjoni għandu ammont sostanzjali ta' arretrati ta' kera li ma tħallsux. Għalkemm huwa ffirma ftehim mal-Uffiċċju Konġunt sabiex iħallas ammont raġonevoli kull tlett xhur il-kerrej ma żammx ma dan il-ftehim.

Oġġetti maqbuda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27890 jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu l-oġġetti li nqabdu f'kull każ u x'passi ttieħdu mill-pulizija f'kull każ? Jista' jgħid kemm-il każ ittella' l-Qorti b'arrest u kemm-il każ itella' l-Qorti bi proċedura oħra? Jista' jgħid f'kemm-il każ l-persuna/i involuta/i nżammet/nzammu taħt arrest għall-interrogatorju mill-Pulizija u għal kemm-il siegħa nżammu taħt arrest? Jista' jgħid kemm għadda żmien bejn l-akkadut fl-ajruport u l-apparizzjoni fil-Qorti f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm tlett każijiet fejn l-oġġetti li nqabdu kienu armi tan-nar u munizzjon u każ ieħor fejn l-oġġetti kienu logħob tan-nar. Fl-ewwel tlett każijiet il-pulizija ressqet il-qorti b'arrest, filwaqt li fl-aħħar każ il-persuna giet imressqa b'ċitazzjoni. Peress li fl-ewwel tlett każi il-persuni tressqu b'arrest, dan sar fi ftit siegħat, filwaqt li fl-aħħar każ iċ-ċitazzjoni kienet għal ftit xhur wara.

Kontijiet ta' mobile phones

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Prepaid top up mobile cards

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xiri ta' mobile phones

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent l-informazzjoni dwar karozzi mikrija/leased fid-dekasteru tiegħi, għajr għal dawk li nkrew għal perijodu qasir, hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra