Legislature:
Category:
Reset
Active:

Refużjoni tal-VAT

Question

Peress li l-applikazzjoni għar-refużjoni tal-VAT fuq energy saving appliances li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha pendenti għal diversi xhur, jista` l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-istess applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni msemmija għal ħlas lura fuq energy saving appliance sar. Fil-fatt il-pagagment ġie msarraf mill-individwu fit-13 ta’ Novembru li għadda.

Impjegati 'l fuq minn 61 sena

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ħlas ta' taxxa żejda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tingħata lura t-taxxa żejda li tħallset mill-kumpanija, li isimha qed jintbagħat separatament, u li għandha tieħu lura s-somma li teċċedi 'l fuq minn Lm5,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29122.

Karozzi wżati — Importazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi wżati sena b’sena matul l-aħħar ħames snin u kemm minnhom ġew mogħtija permess mid-dwana sabiex ma jħallsux dazju almenu għal xi żmien wara l-importazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-karozzi li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea biss huma suġġetti għad-dikjarazzjoni tad-dwana u għal ħlas ta’ dazju kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fuljett dwar il-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-fuljett dwar il-budget li tqassam fid-djar t'Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet? Jista' jgħid fejn sar l-istampar u jekk ix-xogħol ngħatax b'offerta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż relatati mal-pubblikazzjoni tal-fuljett dwar il-baġit li tqassam fid-djar t’Għawdex huma mniżżla hawn taħt: Disinn Lm1,000 Stampar Lm1,082 L-istampar sar mill-Istamperija tal-Gvern u għalhekk ix-xogħol ma ngħatax b’offerta.

Promozzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27158, peress li skond l-informazzjoni mogħtija ngħataw diversi promozzjonijiet lill-istess persuni f'qasir żmien, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal dan u l-kriterji li fuqhom ingħataw dawn il-promozzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kriterji ta’ Promozzjonijiet u postijiet vakanti fil-Borża ta’ Malta huma skond il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif approvati mill-Kunsill tal-Borża ta’ Malta f’Diċembru 1995. Din hi s-sislta relevanti mill-Kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Borża ta’ Malta: Promozzjonijiet u Postijiet Vakanti Meta jingħataw promozzjonijiet, il-Kunsill iħares lejn l-attitudni, l-effiċjenza, l-esperjenza, l-kwalifiki u l-aktar li jkunu ilhom fil-grad relevanti. Il-kriterji li jintużaw ma jittiħdux neċessarjament f’din l-ordni. Il-postijiet vakanti jimtlew minn persuni li diġà huma mpjegati fil-Borża ta’ Malta, li fl-opinjoni tal-Kunsill, għandhom il-kwalitajiet mitluba biex jimtela l-post vakanti u jekk dan ma jkunx l-każ, tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijet minn barra.

Battery operated cars

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħlas ta' reġistrazzjoni fuq vetturi tat-tip battery operated cars? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas ta' din ir-reġistrazzjoni fuq dawn il-vetturi u t-taxxi relatati magħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29151.

Fund for good causes

Question

B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari 27278, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex ċert li t-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 29129 hija sħiħa u li m'hemmx partijiet li tħallew barra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Zjara fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28770.

Żjara fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27386 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28770.

Żjara fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827 u 27386 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28770.

MFA — Għoli ta' prezzijiet

Question

Fid-dawl ta' l-istqarrija tal-Malta Football Association fejn minn meta tibda l-ewro f'Malta l-prezzijiet se jogħlew sostanzaljment, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-MFA talbitx jew ikkonsultatx ruħha mal-ministeru li taħtu jaqa' l-isports u jekk il-ministeru aċċettax din iż-żieda fid-dħul mill-1 ta' Jannar u r-rounding up goff li se jsir minħabba l-ewro?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, li l-MFA la tablet u lanqas ikkonsultat ruħha mal-Ministeru dwar iż-żjieda fil-prezzijiet.

Żjara fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827, 27386 u 28161 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28770.

Żjara fl-Awstralja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827, 27386 u 28161 u 28436 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28770.

Proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29085 u jgħid mill-flus tal-budget 2007 - 2013 ta' l-Unjoni Ewropa liema proġetti ġew sottomessi mill-gvern Malti u ġew approvati diġa' mill-Unjoni Ewropea biex isiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-regolamenti tal-Fondi Strutturali, l-maġġor parti tal-proġetti ma jiġux sottomessi lill-Kummissjoni Ewropea. Il-proġetti kbar, dawk li huma magħrufa bħala major projects fir-regolamenti, jiġu sottomessi lill-Kummissjoni. Fil-każ ta’ Malta l-lista indikattiva ta’ major projects hija identifikata fil-Programm Operattiv I – kull proġett taħt l-Assi relevanti. Diġà ġie sottomess il-proġett ta’ l-impjant tad-drenaġġ fin-nofsinhar ta’ Malta u bħalissa għaddej proċesws ta’ evalwazzjoni.

Dar Malta fi Brussell

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645, jista' l-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28123, 28412, 28586, 28717, 28836, 29029 u 29127 u jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi madwar sitt organizzazzjonijiet urew interess sabiex jikru partijiet minn Dar Malta. Il-parti l-kbira minnhom huma estate agents għan-nom ta’ prospetti speċifiċi. Mhux possibbli jissemmew dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali li wrew interess għax dawn applikaw taħt patt ta’ kunfidenzjalità ġa la darba l-Gvern għandu ntenzjoni li jimxi skond l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern. (Kap 268).

Kumitati tal-kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea kitbux rapporti evalwattivi u kritiċi tal-proċeduri użati minn kumitati tal-kuntratti f'pajjiżna dwar ħruġ u għoti ta' kuntratti f'pajjiżna din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bejgħ ta' mediċini bl-għoli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27908 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa,Anzjani u Kura fil-Komunita' u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli? Ser jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il-mediċini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28557.

Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Fondi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27704 u r-risposta mogħtija, jista' l-Prim Ministru jgħid kif intnefqu Lm136,262,989.62 li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea? F'liema proġett ntnefqu dawn il-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28742.