Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33911 Sitting 751 2002-06-05 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Trasfers — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qegħdin isiru transfers regolari minn post għall-ieħor fil-konfront ta’ persuna li isimha qed tintbagħat separatament li huwa beachcleaner meta dan minn beachcleaer f’Għajntuffieħa, bagħtuh l-Għadira, imbagħad San Pawl ma tal-kunsilli, imbagħad is-Salina etc. Jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-persuna qiegħda tingħata dan it-trattament?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-persuna msemmija hi mpjegata bħala General Hand u tagħmel xogħol mal-Beach Cleaning Section. Bħala tali din il-persuna tkun meħtieġa taqdi dmirijiet assenjati lilha fejn ikun hemm bżonn, bħal ma jagħmlu l-impjegati l-oħra fl-istess grad u li qegħdin ukoll fl-istess sezzjoni. Dan il-Beach Cleaner intbagħat mal-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar wara li hu stess wera x-xewqa li jaħdem mal-Kunsilli Lokali u ntbagħat ma’ dan il-Kunsill peress li hu mir-Rabat biex b’hekk ma jkunx il-bogħod minn fejn jabita.
Leg 9 PQ #33774 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33365, jista' jgħid x'inhu jsir biex jiġi reklamat it-turiżmu sportiv u dak reliġjuż? X'reklamar qed/se jsir matul din is-sena finanzjarja għal xi attivitajiet speċifiċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li l- Ispecial Interest Division , fi ħdan il- Marketing and Promotion Directorate tieħu ħsieb ir-reklamar, il-pubbliċita’ u l-għajnuna f’dan il-qasam. Il-ħidma tikkonsisti f’reklamar flimkien ma’ operaturi li jorganizzaw attivitajiet sportivi, ħlas ta’ passaġġi u lukandi għall-ġurnalisti speċjalizzati fil-qasam, tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-uffiċini li l-MTA għandha barra minn Malta, mail shots, għotjiet għall-produzzjoni ta’ posters, stediniet għal żjarat u parteċipazzjoni f’attivitajiet minn personalitajiet sportivi kif ukoll forom oħra ta’ għajnuna u finanzjament. It-turiżmu reliġjuż, magħruf bħala “pilgrimage tourism”, hu dak it-tip ta’ turiżmu li l-aktar imur lejn l-Art Imqaddsa u lokalitajiet oħra ta’ venerazzjoni reliġjuża. Ir-reklamar ta’ dan it-tip ta’ turiżmu jsir l-aktar permezz ta’ aġenti ta’ l-ivvjaġġar speċjalizzati fil-biċċa l-kbira fil-Ġermanja, Franza u l-Italja.
Leg 9 PQ #33759 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tat-Turiżmu

Sports — Għaddasa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jżuru għaddasa Malta u Għawdex kull sena? Tinżamm statistika ta' liema postijiet (f'Malta u Għawdex) huma l-aktar popolari jew frekwentati għal dan l-isports?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu li ma tinżammx statistika dwar kemm jiġu għaddasa u l-lokalitajiet li jiffrekwentaw. Minn stħarriġ tal-MTA joħorġu r-riżultati li qed inpoġġi separatament fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31802 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien mhinix sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-Mistoqsija numru 31802 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara' l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #33524 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' Maltija tat-Turiżmu — Studju

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-awtorita' Maltija tat-Turiżmu, mindu twaqqfet, għamlet xi studju ta' kemm huma kompettitivi Malta u Għawdex ma' destinazzjonijiet oħra fil-Mediterran u lil hinn minnu li jikkompetu magħna għat-turisti? X'jirriżulta minn dan l-istudju jekk sar? X'passi ttieħdu dwaru?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu regolarment iżżomm kont tal-qagħda kompetitiva tal-Gżejjer Maltin fil-konfront ta’ destinazzjonijiet turistiċi oħra, sew fil-Mediterran kif ukoll band’oħra. Dan l-istħarriġ igħin fid-deċiżjonijiet li jittieħdu dwar pubbliċita’ u reklamar fis-swieq individwali.
Leg 9 PQ #33417 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew turisti f'pajjiżna fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kif tikkompara din il-figura mal-figuri tas-sena li għaddiet? Minn liema pajjiżi żdied jew naqas it-turiżmu f'dan iż-żmien?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-aħħar figuri uffiċjali li nħarġu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jaslu sa Frar 2002. F'Jannar u Frar ġew Malta 90664 turist. Meta tqabbel l-ewwel xahrejn ta' din is-sena ma' l-istess xahrejn tas- sena l-oħra, jirriżulta li kien hemm tnaqqis ta' 9281 turist, ekwivalenti għal 9.3%. Is-swieq li qed juru żidiet jinkludu l-Italja, l-Irlanda, il-Belġju u l-Ġappun filwaqt li t-tnaqqis ġej l-iktar mill-Ġermanja, u mir-Renju Unit. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji. Infakkar l-Onor. Interpellant li l-industrija tat-turiżmu għadha tħoss l-impatt negattiv tal-ġrajjiet tal-11 ta' Settembru li, skond id-WTO, jibqgħu jinħassu sa' lejn tmiem l-2003.
Leg 9 PQ #33365 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu Sportiv/Reliġjuż — Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir biex jiġi reklamat it-turiżmu sportiv u dak reliġjuż? X'reklamar qed/se jsir matul din is-sena finanzjarja għal xi attivitajiet speċifiċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba dettaljata tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #31628 Sitting 736 2002-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

SMCS Ltd

Question

B'referenza għall-processed products prize comparison li sar mill-SMCS Ltd, jista' l-Ministru jinfurmani jekk ġiex indirizzat kif dan se jaffettwa l-industrija tat-Turiżmu mill-lat tal-ikel?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat li ma sar ebda rapport minn SMCS Ltd.
Leg 9 PQ #31505 Sitting 735 2002-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Rapporti — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001? Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jekk l-Onorevoli Interpellant jipprecizali x'tip ta' rapporti ghandu f'mohhu u jekk jindikali l-ikop ghalfejn qieghed jitlob taghrif dwar in-nefqa ghal kull rapport li sar fuq perjodu ta' tlett sħaħ, inkun nista' niddeciedi jekk inhix gustifikat li nordna li jintuzaw ir-riżorsi meħtiega biex tinġabar l-informazzjoni mehtieġa.
Leg 9 PQ #33282 Sitting 734 2002-05-14 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-twaqqif ta' l-ITS 'l hawn bdew kull sena skolastika? Kemm mill-istudenti li bdew id-diversi korsijiet għal raġuni jew oħra ma baqgħux jattendu l-korsijiet li kienu qegħdin jagħmlu? Kemm mill-istudenti li ma baqgħux jattendu l-kors tagħhom kienu penalizzati għal dan? Kemm minn dawk penalizzati kienu mitluba jħallsu lura l-istipendju li kienu rċevew kemm damu l-ITS? Kienu mitluba jħallsu lura l-istipendju l-istudenti kollha li ma baqgħux jattendu l-kors li bdew u kellhomx dawn iħallsu l-istipendju kollu?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. ħabib tiegħi tirrikjedi ħafna xogħol għaliex titlob stħarriġ li jmur lura tnax il-sena. Għaldaqstant mhuwiex possibbli li tingħata tweġiba f'qasir żmien. Inwiegħed lill-ħabib tiegħi li kif tasalli l-informazzjoni jien inwieġeb il-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #33253 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Take Away — Trading Licence

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 33177 li ġiet riferuta lilu u cioe, jista' jgħid jekk it-Take Away li ser jinfetaħ f'Bella Vista Str, San Ġwann qrib l-appartamenti block A fl-istess triq għandux trading licence? Jekk le, jista' jingħata kunsiderazzjoni lill-ilmenti tar-residenti tal-inħawi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat li negozju ta' "Take Away" għandu bżonn liċenzja mill-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta. Mir-rekords ta' l-Awtorita' ma jidhirx li ġiet preżentata applikazzjoni għall-ftuħ ta' "take-away" f'Bellavista Street, San Ġwann.
Leg 9 PQ #33006 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tat-Turiżmu

Summer Workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers? Kif isiru l-għażliet?

Response (REFALO, MICHAEL)

Id-Dipartiment tat-Turiżmu u l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta jieħdu intake ta’ Summer Workers. Fil-każ tad-Dipartiment dawn l-għazliet isiru mill-iStudent Maintenance Grants Board tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, filwaqt li l-Awtorita’ tieħu intake ta’ Summer Workers skond il-ħtieġijiet identifikati mid-Direttorati u d-Dipartimenti tagħha. Ġeneralment, l-istudenti jintgħazlu mill-kors tat-turiżmu li jsir fl-Universita’ ta’ Malta, u studenti oħra mill-Universita’.
Leg 9 PQ #33043 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turisti Ċiniżi

Question

Wara li Malta ġiet aċċetata bħala destinazzjoni turistika għaċ-Ċinizi flimkien mat-Turkija u l-Eġittu, u allura wieħed jistenna mijiet ta' turisti miċ-Ċina s-sajf li ġej u wara li hu magħruf li f'Malta ma hawn ebda gwida għat-turisti li jitkellmu biċ-Ċiniz ħlief waħda. Jista' għalhekk il-Ministru b'urgenza jorganizza kors għal gwidi ta' turisti Ċiniżi? Japprezzax li f'Malta hawn numru ta' nisa Ċiniżi miżżewġġa Maltin li huma ħerqana li jibdew jagħmluha ta' gwida għat-turisti Ċiniżi? Billi f'Malta hawn numru sabiħ ta' studenti miċ-Ċina jistudjaw l-Ingliz u suġġetti oħra, jista' malajr kemm jista' jkun jagħmel crash course għal dawn l-istudenti biex jagħtihom liċenzja temporanja ta' gwidi turistiċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm applikazzjoni pendenti biex persuna ta’ nazzjonalita’ Ċiniża li għaddiet l-aħħar eżami għall-gwidi turistiċi b’suċċess, tinħarġilha l-liċenzja, skond il-policy eżistenti. L-aħħar kors intensiv għall-gwidi prospettivi sar bejn Ottubru 1999 u April 2000. Persuna waħda biss applikat għall-liċenzja fil-lingwa Ċiniża. L-MTA iżżomm lista ta’ nies li jixtiequ jattendu kors intensiv ieħor fil-futur, u fost dawn hemm żewg persuni li jixtiequ jiggwidaw biċ-Ċiniż. Irid isir aktar studju dwar kemm ser ikun it-tkabbir (bħala volum) fl-għadd ta’ turisti minn swieq relattivament ġodda u, jekk ikun hemm id-domanda, jiġi mniedi kors skond il-ħtiega.
Leg 9 PQ #32872 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tat-Turiżmu

Akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid n-numru ta' lukandi u postijiet oħra ta' akkommodazzjoni preżentament fis-suq. Numru ta' sodod f'kull kategorija ta' akkomodazzjoni sa Jannar 2001 Numru ta' sodod u numru ta' proġetti ġodda jew estensjonijiet: 1) approvati jew taħt kostruzzjoni 2) approvati mill-MTA/PA u mhux immnedija 3) u qed jiġu kkunsidrati mill-MTA u PA 4) proġetti governattivi bħal Cottonera/ Tigne u Manoel Island / White Rocks / Chambray

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' sodod f'kull kategorija ta' akkomodazzjoni sa Jannar 2001 kien ta' 40,688. Din ma tinkludix, madankollu, sodod f'holiday flats u dik akkomodazzjoni għand host families. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta' kif inhuma mqassmin dawn is-sodod. It-tagħrif dwar il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #32578 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 32286 u cioe, jista' jgħid x'inhi r-rata ta' assentejiżmu tal-istudenti tagħhom f'xi wieħed mill-korsijiet ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Jista' jagħti l-istatistika mitluba kors b'kors?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din: Kors Assenzi minn lezzjonijiet fl-ewwel semestru % Nru ta' studenti involuti Medja ta' kull student involut fl-ewwel semestru Food Preparation & Service - Level 1 883 26.96% 120 7 Hotel Services - Level 1 262 8.00% 14 19 Food & Beverage Course 199 6.08% 40 5 Food Preparation Course 663 20.24% 132 5 Accommodation Services Course 530 16.18% 93 6 Hotel Operations Course 211 6.44% 68 3 Travel Agency Course 73 2.23% 19 4 Tour Guiding Course 26 0.79% 8 3 Sports & Leisure Course 229 6.99% 25 9 Hospitality Management Diploma course 199 6.08% 61 3
Leg 9 PQ #31776 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Tourism Studies

Question

Which career path/paths in the Tourism Studies course are going to be available for new entry students in October 2002? Is any of the present three career paths not going to be made available in the future? Why? What is the alternative for such courses in order to meet the industru demand?

Response (REFALO, MICHAEL)

The Aeschlimann Report on the Institute of Tourism Studies recommends three (3) career paths under the Tourism Studies Course, namely, Tour Guiding, Travel Agency Operations and Sports, Leisure and Recreation. The Board of Governors accepted these recommendations and courses have been offered every other year. When the next intake takes place in October the Tour Guiding and Travel Agency Operations courses will be offered again. It is however still uncertain whether the Sports, Leisure and Recreation course will be offered for Academic Year 2002/3 as out of the 31 students who chose this career path only 3 are working in the industry and this on a part-time basis. I am informed that the Institute is also looking into the prospect of offering specific modules related to the tourism industry for Gym Instructors / University P.E. Teachers working in the tourism industry. Furthermore ITS could, for example, offer specific modules such as "Animation" on a part-time basis.
Leg 9 PQ #31075 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qieghed nagħti hawn taht l-informazzjoni mitluba ghar-rigward ta’ l-ammont ta’ kera lill-privat li tħallset mill-Ministeru u mid-Dipartiment u Korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Entita’ Ammont ta’ Kera Ministeru Xejn Dipartiment Xejn Awtorita’ tat-Turiżmu Lm16,950* *Ufficcju f’Triq Melita Lm7,700 Store fl-Imriehel Lm7,500 Store fl-Imsida Lm1,750
Leg 9 PQ #32283 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' korsijiet, taħriġ u esperjenza edukattivi qed jingħataw dawk li jaħdmu fis-settur turistiku u qed imorru fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? X'tip ta' ċertifikazzjoni jingħataw? Abbużi ta' xiex? Sempliċi Attendenza? Jew ta' evalwazzjoni ta' xi jkunu kisbu minn din l-esperjenza edukattiva?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nahseb li l-Onor Interpellant qed jirreferi ghall-Quality Service Programme li gie offrut lil min jaħdem fl-industrija u qatt ma ngħata l-opportunita’ li jirċievi taħriġ. Il-programm qed jigi offrut lil dawk li jaħdmu fil-Food and Beverage Service u fl-Accommodation Operations. Dan il-programm jinħadem fuq medda ta’ sitt sessjonijiet ta’ tliet siegħat il-waħda mifruxa fuq perjodu ta’ tliet gimgħat. Qed isir kors fil-għodu b’ripetizzjoni wara nofs inhar biex jakkomoda l-ħaddiema li jaħdmu b’shift. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programmi relativi. Fl-aħħar tal-kors ma jsirx eżami. Min jattendi jingħata certifikat ta’ attendenza. Ma nistax nifhem ir-riferenza li qed issir mill-Onor Interpellant ghall-abbużi.
Leg 9 PQ #32284 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Kwalifiki Vokazzjonali Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol biex jitfasslu l-livelli differenti tal-Kwalifiki Vokazzjonali Nazzjonali għall-Korsijiet tal-Istituti għall-Istudji Turistiċi? Kif qed isir l-assessjar għal-livelli differenti tal-NVQs? Kif tfassal il-kontenut ta' kull livell ta' kull kors?

Response (REFALO, MICHAEL)

Fil-preent l-ITS ma joffrix korsijiet skond is-sistema ta’ NVQ’s. F’dan l-istadju tiddaħħal bi prova sistema ta’ logbook għal kull student ibbażat fuq il-mudell ta’ l-NVQ. Dan jintuża biex jitkejjel kif student jilħaq il-livelli necessarji fil-prattika. Dan japplika biss għall-korsijiet ta’ Servizz u Kcina.
Leg 9 PQ #32285 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew analizzati x'jistgħu jkunu r-raġunijiet għall-assentejiżmu tal-istudenti f'ċerti korsijiet tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Ittieħdu xi passi bħala rimedju? X'passi ttieħdu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Mill-istudju li sar, l-akbar assentejiżmu kien fil-modules ta’ Life Skills u fil-lingwi tal-Ġermaniż u Franciż u dan f’każ ta’ studenti fil-Foundation Level. Jidher li l-istudenti qed isibu t-tagħlim ta’ lingwa barranija diffiċli u fil-każ tal-Life Skills, l-istudenti jħossu li l-module mhux tant relevanti għall-karriera tagħhom. Jittieħdu passi dixxiplinarji meta student jassenti ruħu għal aktar minn tliet darbiet minn kull module u jsir tnaqqis fl-istipendju għal kull darba li student ikun assenti