Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-uffiċjali li għandhom servizz tal-internet fir-residenza tagħhom mħallas mill-Gvern huma dawn: Ministry Officer No. I.S.P. Head of Secretariat 1 MITTS Ltd. Private Secretary 1 MITTS Ltd. Communications Co-Ordinator 1 MITTS Ltd. Department Officer Elderly Director 1 Telephone Line Mater Dei Hospital Director 4 Waldonet Ltd. Executive 1 Waldonet Ltd. St Lukes Hospital Director 1 MITTS Ltd. Goverment Pharmaceutical Services Director 1 MITTS Ltd. Finance Manager 1 MITTS Ltd. Public Health Director 1 MITTS Ltd. Manager 1 MITTS Ltd. Medical Officer 2 MITTS Ltd. Health Inspector 2 MITTS Ltd. Health Promotion Director 1 MITTS Ltd. Health Information Medical Officer 1 MITTS Ltd. E.U. 1 MITTS Ltd. Clerk 1 MITTS Ltd. Health Division Director General 1 MITTS Ltd. Director 4 MITTS Ltd. Junior Legal Officer 1 MITTS Ltd. Medical Officer 1 MITTS Ltd. E.U. Co-Ordinator 1 MITTS Ltd. Entitie s Zammit Clapp Hospital General Manager 1 MITTS Ltd. Medicines Authority Chief Executive Officer 1 MITTS Ltd.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma ġewx ikkumissjonati rapporti fil-Ministeru, Dekasteru u Entitajiet matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Kif tindika t-tabella annessa, t-tariffi kienu ġeneralment imniżżla l-isfel.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Repair and upkeep

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ispiża għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, Dekasteru u Entitajiet matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet: Ministeru Lm Dekasteru Lm Entitajiet Lm Total Lm Jannar 26 37,289 10,139 47,454 Frar 1,366 42,190 5,733 49,289 Marzu 107 38,436 42,079 80,622

Operazzjonijiet mħassra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħassru operazzjonijiet din is-sena? Għaliex u x'tip kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn Jannar u Awissu 2007 ġew imħassra jew posposti 1521 -il operazzjoni filwaqt li saru b'kollox 19,919 -il operazzjoni fl-istess perjodu. Ir-raġunijiet kienu varji iżda l-aktar tliet raġunijiet komuni huma pazjenti li ma jiġux għall-operazzjoni u ma jinfurmawx lill-isptar; pazjenti li l-kundizzjoni ġenerali tagħhom tiħżien u ma jkunux jistgħu jingħataw anestesija; jidħlu każijiet ta' natura urġenti u allura każijiet elettivi jkollhom jitħassru. Qed jittieħdu passi biex permezz ta' overbooking strateġiku ta' operazzjonijiet ma jinħlewx opportunitajiet li pazjenti jiġu operati.

Dipartiment ta' l-Out Patient

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li ma zammewx l-appuntament tagħhom mad-dipartiment ta' l-out patient din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' pazjenti li ma żammewx l-appuntament tagħhom mad-Dipartiment ta' l-Out Patients fl-isptar San Luqa din is-sena sal-lum kien ta' 57,277 li jammonta għal 25.6% ta' l-appuntamenti.

Ħlasijiet pendenti tal-mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu ħlasijiet pendenti d-dipartiment mal-importaturi tal-mediċini llum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ammont dovut sa l-aħħar ta' Settembru 2007 lill-importaturi lokali tal-mediċini hu ta' Lm8,660,732. Dawn jinkludu l-invoices ta' mediċini li rċieva d-dipartiment, ġew iċċertifikati u li daħlu fis-sistema tal-finanzi.

Tobba/Dentisti assenjati fl-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba, dentisti, etc li huma assenjati speċifikament għal kura tat-tfal fl-iskejjel? Diġa' bdew iż-żjajjar ta' dawn il-professjonisti fl-iskejjel f'din is-sena skolastika? Liema skejjel żaru? L-iskejjel indipendenti jibbenefikaw minn din il-kura?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm tmien tobba u tmien nurses li jattendu għall-kura tat-tfal fl-iskejjel tal-istat u tal-knisja. Dawn, ix-xogħol tagħhom jibqa' għaddej is-sena kollha u ma jiqafx fis-sajf għaliex f'dan il-perjodu huma jaraw dawk it-tfal li jkunu ser jattendu fil-Kindergarten. Ix-xogħol li jsir minn dawn it-tobba u nurses matul is-sena skolastika diġa beda. Ma jingħatax servizz fl-iskejjel indipendenti ħlief għat-tilqim kontra t-tuberkolożi. Hemm ħames Dental Hygienists li parti mix-xogħol tagħhom huwa li jagħtu kura preventiva lit-tfal fl-iskejjel. Waħda minnhom bħalissa qegħda fuq leave ta' maternita'. Iż-żjajjar fl-iskejjel bdew il-ġimgħa l-oħra u s'issa żaru l-iskejjel primarji ta' B'Kara, Gżira, Marsa u Raħal Ġdid A.

Home Help ta' l-anzjani

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W407 ma jidhirlux l-Ministru li l-linji gwida tal-Home Help għandhom jinbidlu biex il-parapetti ta' l-anzjani, mhux id-drive in twila, jibdew jitnaddfu wkoll? Ma jaħsibx li ma jagħmilx sens li jitnaddfu l-bieb ta' barra u l-intrata tad-dar u l-parapet li kull min jidħol fid-dar irid jgħaddi minnu jitħalla maħmuġ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-linji gwida Xogħol Domestiku Numru 2 tas-servizzi tal-Home Help, hemm imniżżel li parapetti u drive in bi spazju kbir m'għandhomx ikunu nklużi. Madankollu, meta l-ispazju ndikat ikun ta' daqs raġjonevoli u wara spezzjoni u approvazzjoni mis-supervisor tal-lokalita', dan it-tindif jiġi nkluż fis-servizz.

Sptarijiet St Lukes u Boffa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ser isir mill-iSptar St Lukes u Boffa meta ma jibqgħux jintużaw kif inhuma llum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Meta ma jibqgħux iservu l-użu preżenti tagħhom il-bini ta' l-isptar San Luqa u l-isptar Boffa ser jgħaddu lura lid-Dipartiment ta' l-Artijiet.

Hansen's Disease

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ġodda ta' hansen's disease jew lebbra kull sena għal dawn l-aħħar 5 snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ġodda rraportati ta' Hansen's Disease jew lebbra f'dawn l-aħħar ħames snin jidhru fit-tabella hawn taħt. Sena Marda Numru ta' każijiet 2003 Lebbra - 2004 Lebbra - 2005 Lebbra - 2006 Lebbra - 2007 * Lebbra 1 * Figuri korretti sal-28 ta' Settembru 2007.

Każi ta' HIV/AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn każi ta' HIV, AIDS illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ta' HIV/AIDS illum jidhru fit-tabella hawn taħt: Sena Marda Numru ta' Każijiet 2007 * HIV 75 ** 2007 * AIDS 69 * Figuri korretti sal-11 ta' Ottubru 2007 ** Dawn il-każijiet jinkludu cluster ta' żewġ każijiet

Mewt kawża ta' mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kawża ta' mard infettiv din is-sena u x'mard kien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kien hemm ħames imwiet kawża ta' mard infettiv sa Settembru ta' din is-sena. Il-mard kienu: Legionella (2 mwiet) Tubercolosis (1 mewt) Hepatitis C, chronic (1 mewt) Acute Necrotizing Fascitis - Steptococcus Pyogenes (1 mewt)

Dipartiment ta' l-Out Patient

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting time biex isir appuntament għal kull professur/speċjalista fid-dipartiment ta' l-out patient illum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27706, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista li turi l-waiting time biex isir appuntament mhux urġenti għal kull professur fid-dipartiment ta' l-Out Patients.

Nursing aids

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27558 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' nursing aids Għawdxin li hemm Malta bis-seniority, bid-data tal-appointment tagħhom fil-grad ta' nursing aid u bil-post tax-xogħol tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.