Legislature:
Category:
Reset
Active:

MOBC

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet il-privatizzazzjoni tal-MOBC? Kemm hemm verita' li waħda mill-bidders hija consortium lokali komposta minn ditti lokali kompetituri ta' l-istess MOBC?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċes ta' Privatizzazzjoni jinsab fi stadju ta' analiżi. Kull min jaħdem fix-xoghol tal-bunkering taż-żejt minn Malta u l-viċinanzi hu kompetitur tal-M O B C. Nikkonferma li f'wieħed mill-consortia li għamlu offerta hemm inkluż kompetitur tal-MOBC.

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw il-500 tunnellata ta' "Others prepared processed domestic swine products " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta' dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'referenza ghas Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara s-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-2,000 tunnellata ta' "boneless crop chuck and blade and brisket cut bovine frozen" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products"? Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħro l-EU sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentaru Numru 3477, Seduta 87.

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-4,200 tunnellata ta' " hindquarters of bovine with bone frozen" skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "? Jista' jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħroġ il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-EU sabiex ikun issusidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3477, Seduta 87.

Diviżjoni għall-kummerċ — Applikazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni (CD/3209/2003/Part 156) Diviżjoni għall-kummerċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-7 ta' Mejju 2003, id-Direttorat tas-Servizzi Kummerċjali kiteb lill-applikant konċernat biex jibgħat xi nformazzjoni li nstabet nieqsa fl-applikazzjoni għall-liċenzja ġdida biex tħaddem attivita' kummerċjali taħt l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (Kap. 441) meta permess tal-bini jkun diga' inħareġ. Id-Direttorat għadu ma rċieva l-ebda risposta mingħand l-applikant.

Każ Parmalat

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'liema mod l-awtoritajiet finanzjarji Maltin ġew mitluba jikkoperaw fl-investigazzjonijiet li qed isiru mill-prokuri ta' Parma u Milan f'għadd ta' pajjiżi differenti fid-dinja dwar il-każ tal-Parmalat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li sa llum, l-awtoritajiet finanzjarji Maltin ma irċevew ebda talba mill-prokuri imsemmija fid-domanda.

Sptar San Luqa — Offerta għall-upgrading ta' l-inċineratur

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-tender għall-up grading ta' l-incinerator ta' l-isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din it-tender ser terġa toħroġ fil-futur qrib.

Kumpannija SIMED — Proċess ta' kjarifiki

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra: 1) il-korrispondenza kollha bejn id-direttur tal-kuntratti u l-kumpannija SIMED bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum; 2) ir-rapporti u l-korrispondenza li għaddiet bejn id-direttur tal-kuntratti u l-esperti mqabbda dwar il-proċess ta' kjarifiki mitluba mill-kumpannija SIMED bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum; 3) il-korrispondenza li għaddiet bejn id-direttur tal-kuntratti u l-bord dwar il-kuntratti bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum dwar il-proċess ta' kjarifiki mitluba minn SIMED; 4) il-korrispondenza bejn id-direttur tal-kuntratti u l-ministru tal-finanzi bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum dwar il-proċess ta' kjarifiki mill-kumpannija SIMED?

Response (DALLI, JOHN)

Jidher li l-Onorevoli Membru qed joqgħod biss fuq li qed jgħidu s-SIMED u ma analiżżax sewwa r-rapport finali tal-Bord ta’ l-Appell għaliex kieku għamel dan ċerti mistoqsijiet ma kienx jagħmilhom. Il-Bord ta’ l-Appell qal hekk:- “Il-Bord, għalhekk, jirrakkomanda illi l-klijent, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, tidħol fi proċess ta’ kjarifikazzjoni ma Simed Int. bv biex tottjeni stampa aktar ċara ta’ l-offerta tagħhom”. Għaldaqstant il-korrispondenza kollha dwar il-proċess ta’ kjarifikazzjoni saret bejn l-FMS u Simed kif ordnat mill-Bord ta’ l-Appell. L-unika korrispondenza li għaddiet bejn id-Direttur tal-Kuntratti u Simed Int. bv kienet ittra datata id-29 ta’ Diċembru 2003 u qiegħed inpoġġi kopja ta’ din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma wkoll lill-Onor. Membru li bejn it-3 ta’ Novembru 2003 u llum ma għaddiet l-ebda korrispondenza dwar il-proċess ta’ kjarifika bejn id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti u bejni. Pero fis-26 ta’ Diċembru 2003 id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti għaddieli għall-approvazzjoni tiegħi, ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti dwar l-għoti tal-Kuntratt lill-INSO. Dan id-dokument tqassam minni lil ġurnalisti waqt il-Press Conference li tajt. Fl-aħħarnet id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti ma jikkorrispondix bil-kitba mal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti li tiegħu huwa ex-ufficio Chairman.

Vat u Dazju — Materja Prima u Prodotti - eżenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid separatament liema huma l-prodotti ta' Materja prima u Prodotti oħra li huma eżenti mill-VAT u mid-Dazju? Jista' jgħid ukoll taħt liema kriterji tingħata eżenzjoni mill-VAT u d-Dazju fuq materja prima u Prodotti oħra? Jista' jgħid jekk hemmx prodotti li ma jistgħux jiġu eżentati għall-ebda raġuni jew kriterju? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma dawn il-prodotti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm eluf ta’ prodotti u materja prima li huma eżentati mid-Dazju. L-eżenzjoni mid-Dazju tingħata skond il-provedimenti fil-Kodici tad-Dwana għal skop ta’ pproċessar intern (Artiklu 114-129) fuq il-materja prima u prodotti kollha, li wara li jiġu pproċessati, isir l-esportazzjoni tagħhom. Wieħed irid ifakkar li l-oġġetti li joriġinaw fl-UE mhumiex suġġetti għad-dazju f’kull ċirkonstanza. Fir-rigward tal-VAT b’mod generali, materja prima mhix eżentata iżda l-VAT titħallas ma’ l-importazzjoni u tintalab lura fid-denunzja tat-taxxa. Izda hemm proċedura fejn kumpanniji li jesportaw jingħataw ċertifikat ta’ eżenzjoni mill-Korporazzjoni Maltija ta’ l-Iżvilupp.

Prodotti ta' l-ikel — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm 7 miljun li l-Gvern ivvota fil-Budget sabiex jissussidja l-prezzijiet għoljin tal-prodotti ta' l-ikel li se jogħlew wara sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom se jmorru biex jissussidjaw l-1,200 tunnellata ta' " corned beef in airtight cans " skond " Special Temporary State Aid to Support Processors & Recognised retailers of Imported Products "? Jista jinforma lill-Kamra kemm hu l-valur globali li se joħrog il-Gvern Malti u kemm hu l-valur globali li se toħroġ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun issussidjat il-prezz għoli ta'dan il-prodott ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sussidju fuq prodotti li ġie maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea huwa intiż biex jimmitiga xi differenzi li jista' jkun hemm bejn il-prezz fl-Unjoni Ewropea u dak fis-suq internazzjonali. L-ammont ta’ sussidju fuq dawn il-prodotti mhuwiex wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien.

Laħam taċ-ċanga

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 3241, jikkonferma il-Ministru li t-tariffa attwali tal-laħam taċ-ċanga minn non EU countries hija ta' Lm1.05c fil-kilo u dazju addizzjonali ta' 12.8% fuq il-valur tal-laħam impurtat fil-pajjiżi ,f'dak il-każ ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3456 Seduta Numru 86.

Dipartiment ta' l-istatistika — Rapporti dwar statistika

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2002 kemm saru rapporti fuq statistika dwar diversi suġġetti? Jista' jagħti tagħrif dwar liema kienu l-oqsma fejn saret tali statistika? Jista' jgħid x'kien il-livell ta' parteċipazzjoni tal-poplu f'tali stħarriġ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li b’mod regolari l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jippublika rapporti annwali fuq Statistika Industrijali, Shipping u Avjazzjoni, Edukazzjoni, Trasport, Kultura, Demografija, National Accounts, Kummerċ Internazzjonali, Bilanċ tal-Pagamenti, Agrikultura u Sajd. Ma dawn iridu jiżdiedu għadd sostanzjali ta’ News Releases fuq kull statistika uffiċċjali li tinġabar mill-NSO u li ammontaw għal 145 fl-2002. Dawn jinkludu rapporti regolari ta’ kull xahar fuq it-Turiżmu, Kummerċ Internazzjonali, Xogħol, u Indiċi tal-Prezzijiet. Kull tlett xhur tiġi ppublikata statistika dwar in-National Accounts, Bilanċ tal-Pagamenti, u l-Labour Force Survey. F’kull każ fejn isir survey biex tinġabar l-istatistika il-livell ta’ parteċipazzjoni jvarja imma jista’ jingħad b’mod ġenerali li jkun ta’ livell sodisfaċenti biex jassigura li r-riżultati li l-NSO jippublika eventwalment ikunu affidabbli skond ix-xjenza ta’ l-istatistika.

Sussidji fuq il-prezzijiet ta' l-ikel

Question

B'referenza għas-Lm7 miljun lira sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinfurmani kemm huwa mistenni jogħla l-prezz tal-ġobon bħal Edam, Chedder, etc, separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422, Seduta 85.

Laħam tal-landa — Prezzijiet

Question

B'riferenza għas-Lm7 miljun sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel għoljin, jista' il-Ministru jinformani kemm hu mistenni jogħla l-prezz ta' landa corned beef ta' 198 gr li fil-mument hija 34c jew 40c u ta' 340gr li fil-preżent hija 40c jew 48c?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3422, Seduta 85.

Prodotti ta' l-ikel — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jinformani liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel li wara l-ewwel ta' Mejju li ġej l-importazzjoni tagħhom se tkun ikkontrollata permezz ta' tariffa? Kemm hija t-tariffa, prodott prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinstab f'din il-website: http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/dds/cgi-bin/tarchap?Lang=EN

Prodotti ta' l-ikel — Importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jinformani liema huma dawk il-prodotti ta' l-ikel li wara l-ewwel ta' Mejju li ġej l-importazzjoni tagħhom se tkun ikkontrollata permezz ta' dazju? Kemm hu d-dazju in kwestjoni, prodott prodott?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3456.

Laqgħat tad-WTO f'Cancun

Question

Jisat' il-Ministru jgħid min kienu r-rappreżentanti tal-ministeru tal-finanzi li attendew il-laqgħat tad-WTO f'Cancun? X'rapporti ressqu jew x'ideat ġew komunikati/proposti lill-Gvern Malti? Jista' ipoġġi kopja tagħhom fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rappreżentanti tal-Ministeru tal-Finanzi li attendew il-laqgħat tad-WTO f’Cancun kienu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, il-kap tas-Segretarjat, is-Sur Iman Schembri u d-Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi is-Sur Joe Rapa. Id-Delegazzjoni attendiet għall-laqgħat intensivi ta’ kordinazzjoni li saru għall-Ministri tal-Kummerċ ta’ l-Unjoni Ewropeja u li ġew indirizzati min-negozjaturi ewlenin ta’ l-Unjoni Ewropeja s-Sur Pascal Lamy u s-Sur Franz Fischer, kif ukoll għall-laqgħat tal-Ministri tal-Pajjiżi membri fil-WTO. Kopja ta’ l-indirizz li għamel is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fil-ħames Konferenza Ministerjali organizzata mill-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ f’Cancun qegħda tiġi annessa.

Parmalat

Question

B'riferenza għall-iskandlu tal-Parmalat ġo l-Italja, jista' il-Ministru jgħid f'liema investigazzjonijiet qegħdin jiffiguraw ismijiet ta' kumpanniji offshore reġistrati f'pajjiżna kif ukoll ismijiet ta' ċittadini Maltin li joperaw dawn il-kumpanniji? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jiġu investigati kumpanniji offshore reġistrati f'Malta kif ukoll ċittadini Maltin in konnessjoni ma' dan l-iskandlu? Jekk iva, jista' jgħid jekk dawn l-investigazzjonijiet humiex qed jitmexxew mill-MFSA fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba mingħand awtoritajiet esteri?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar- risposta li diġa ingħatat għad-domanda parlamentari numru 3624, Seduta 85 dwar l-istess materja. Inżid nispjega illi kuntrarjament għal dak li qed jinkiteb f'xi sezzjonijiet tal-media, ebda offshore company Maltija ma hi involuta fil-kwistjoni tal-Parmalat. Il-kumpanniji huma kollha kumpanniji ordinarji. Nikkonferma illi qegħdin isiru l-investigazzjonijiet u il-verifiki kollha li dan il-każ jimmerita, inklużi verifiki da parti tal-MFSA li fi ħdanha jinsab ir-reġistru tas-Soċjetajiet. Ninsab infurmat illi dawn l-indaġini kienu inbdew malli bdew joħorġu aħbarijiet fil-media internazzjonali dwar il-każ Parmalat, u żgur li ma bdewx bħala riżultat ta' xi talba minn xi awtorita' estera.

Dipartiment ta' l-istatistika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ittieħdux proċeduri legali kontra dawk li rrifjutaw li jagħtu t-tagħrif rikjest mid-dipartiment ta’ l-istatistika? Jaqbel il-Ministru li wasal iż-żmien li ssir statistika akkurata biex jiġi stabbilit jekk il-gradwati tagħna hux qed isibu xogħol adegwat fil-professjonijiet magħżula minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jistaqsi fuq proċeduri legali mittieħda mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) b’mod ġenerali. It-tweġiba hija fl-affermattiv għall-każi fejn dawk li huma obbligati li jagħtu tagħrif lill-NSO skond il-provvedimenti tal-Malta Statistics Authority Act, 2000 jippersistu li ma jagħtux it-tagħrif rikjest minnhom (permezz ta’ kwestjonarju li jkun intbagħatilhom) u dan saħansitra wara li jintbagħtulhom diversi reminders. Għandi tagħrif li xogħol fuq u kif qegħdin jiġu impjegati l-gradwati sar mill-Universita’ ta’ Malta u ġie ppublikat taħt it-titlu “A Study of the Outcome of Graduates 2000 in the Job Market”.