Jista' il-Ministru jwieġeb l-ewwel parti ta' mistoqsija parlamentari 36046, cioe` peress li t-tagħrif huwa mitlub fl-interess pubbliku, iwieġeb mistoqsija 35853 cioe', peress li l-liġi tas-sigurta' soċjali tipprovdi għall-ħlas ta' bolla tat-tieni klassi minn min jaħdem għal rasu u min għandu xi dħul minn investimenti u dan l-aħħar id-dipartiment tat-taxxi interni ħareġ xi karti biex jitlob dawn it-tip ta' bolli, jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus minn mindu ħarġu dawn il-karti, u kif inhuma maqsumin, self-employed u self-occupied?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul Settembru, d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ħareġ demand notices (SSC1) lill-dawk il-kontributuri li jħallsu bolla tat-tieni klassi u li jaħdmu għal rashom (self-occupied) u li għandhom kontribuzzjonijiet mhux imħallsa għas-snin 1999 - 2001.
Sa l-ewwel ġimgħa ta' Ottubru nġabru Lm85,000 minn dawn l-arretrati.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36062 u jgħid kemm kien hemm garanziji ġodda min-naħa tal-gvern matul is-sena 2002 sabiex ikopru self minn entitajiet, awtoritajiet, organizzazzjonijiet u fondazzjonjijiet ikkontrollati mill-gvern? Ser isir jew sar xi self minn barra l-pajjiż in konnessjoni ma' l-isptar il-ġdid? Jekk iva, għal kemm jammonta dan is-self? Ser ikun garantit mill-gvern
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm disa' (9) garanziji li nħarġu mill-Gvern favur istituzzjonijiet finanzjarji għal self magħmul jew krediti meħuda minn entijiet pubbliċi bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena. Tlieta (3) minn dawn il-garanziji huma tiġdid ta' oħrajn li għalqu: il-kumplament huma garanziji ġodda. L-'exposure' tal-Gvern b'dawn il-garanziji telgħet bi Lm15.3 miljuni.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 36119, cioe' jgħid kemm għandu karozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-segretarjat privat tal-Ministeru tiegħi b'kollox hemm seba' karozzi li jservu għall-użu uffiċjali u personali tiegħi, għall-bżonnijiet ġenerali tal-Ministeru, u skond il-linji gwida maħruġa mill-kabinett tal-ministri għall-użu personali ta' uffiċjali fis-segretarjat. Il-karozzi huma kollha petrol u ma hemm xejn stabbilit minn fejn il-karozzi għandhom jingħataw il-fuel.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti mad-dipartiment tal-VAT? Kemm minnhom imorru lura għall-VAT (bejn l-1995 - l-1997)? Kemm minnhom ikopru ic-CET? Kemm minnhom huma konnessi mal-VAT li ġiet fis-seħħ fl-1.1.99?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt :
VAT 1995 - 888
CET 1997 - 329
VAT 1998 - 222
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm credits tac-CET pendenti li għadhom ma inħadmux? Għal kemm jammontaw?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' credits pendenti tas-CET huwa ta' 448 li jammontaw għal Lm423,151. Dawn qegħdin jiġu ċċekkjati flimkien ma' talbiet oħrajn għal refunds biex ikun żgurat li huma korretti qabel isir il-ħlas.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kif kien ġie kkalkulat il-prezz al-privatizzazzjoni tal-Medserv li l-konvenju tiegħu kien sar ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1996? X'passi ttieħdu wara li rriżulta li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ikkonċernat ma ġewx osservati?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din l-mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-riżultati ta' l-interviews li saru f'Awissu li għadda għad-dħul fil-Bank Ċentrali ta' Malta għadhom sal-lum m'humiex ippubblikati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tar-reklutaġġ ta' skrivani grad B mal-Bank Ċentrali ta' Malta għadu ma ġiex iffinalizzat kompletament. Dan ser jiġi ffinalizzat fi żmien ġimgħa u l-applikanti kkonċernati jiġu nfurmati8 u rapport finali jingħata wkoll lill-ETC.
B'riferenza għall-domandi preċedenti dwar l-istess suġġett, f'hiex waslu l-investigazzjonijiet dwar allegat abbuż mill-VAT minn importatur ta' l-aluminium profiles? Il-pulizija iddaħlu f'xi stadju biex jinvestigaw? Jekk iva, meta u nstabitx id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onoroevoli Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana għadu qed jistenna r-riżultat ta' nvestigazzjonijiet li qed isiru dwar xi dokumentazzjoni relatata mas-suġġett u malli jkun possibbli jkompli l-proċeduri skond ma jirriżulta bil-parteċipazzjoni tal-pulizija jekk dan ikun indikat fiċ-ċirkustanzi.
Peress li t-tagħrif huwa mitlub fl-interess pubbliku, jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35853 cioe', peress li l-liġi tas-sigurta' soċjali tipprovdi għall-ħlas ta' bolla tat-tieni klassi minn min jaħdem għal rasu u min għandu xi dħul minn investimenti u dan l-aħħar id-dipartiment tat-taxxi interni ħareġ xi karti biex jitlob dawn it-tip ta' bolli, jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus minn mindu ħarġu dawn il-karti, u kif inhuma maqsumin, self-employed u self-occupied?
Wara li d-dipartiment tat-taxxi interni ħareġ karti għal ġbir ta' bolli tat-tieni klassi, self-employed u self-occupied, u jien informat li ħafna nies qed imorru fid-dipartiment u qed jintalbu japplikaw għall-ċertifikat ta' eżenzjoni, jista' il-Ministru tas-sigurta' soċjali jgħid għaliex nies li qed imorru fl-uffiċji distrettwali qed jgħidulhom li dawn m'għadhomx jeżistu? Peress li qatt ma kien hemm emenda ta' dan it-tip fil-liġi, hemm xi ħsieb li ssir?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija l-informazzjoni qeda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra. Fir-rigward ta' tieni parti nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm garanziji ġodda min-naħa tal-gvern matul is-sena 2002 sabiex ikopru self minn entitajiet, awtoritajiet, organizzazzjonijiet u fundazzjonjijiet ikkontrollati mill-gvern? Ser isir jew sar xi self minn barra 'il pajjiż in konnessjoni ma' l-isptar il-ġdid? Jekk iva, għal kemm jammonta dan is-self? Ser ikun garantit mill-gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid ir-regolatur finanzjarju għandux statistika ta' kemm ġew redeemed funds u kemm kien hemm klijenti li rtiraw l-investimenti tagħhom wara li l-witholding tax ġiet imħabbra f'Novembru 2000? Jekk iva, kemm kienu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li MFSA ma żommx l-istatistika msemmija.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35683, jista' jgħid kemm kien stmat id-dħul min-naħa tal-ministeru tiegħu kull xahar għas-sena 2002 minn kull wieħed minn dawn is-sorsi ta' dħul ta' finanzi pubbliċi: Income Tax, VAT, Dwana & SISA u bolla tas-sigurta` soċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istimi tad-dħul mis-sorsi msemmija fil-mistoqsija jsiru fuq bażi ta' sena sħiħa u jkunu ppubblikati fl-Estimi tas-sena finanzjarja relattiva. Dawn jiġu aġġustati minn żmien skond ix-xejra tad-dħul minn dawn is-sorsi.
Peress li l-liġi tas-sigurta' soċjali tipprovdi għall-ħlas ta' bolla tat-tieni klassi minn min jaħdem għal rasu u min għandu xi dħul minn investimenti u dan l-aħħar id-dipartiment tat-taxxi interni ħareġ xi karti biex jitlob dawn it-tip ta' bolli, jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus minn mindu ħarġu dawn il-karti, u kif inhuma maqsumin, self-employed u self-occupied?
Wara li d-dipartiment tat-taxxi interni ħareġ karti għal ġbir ta' bolli tat-tieni klassi, self-employed u self-occupied, u jien informat li ħafna nies qed imorru fid-dipartiment u qed jintalbu japplikaw għall-ċertifikat ta' eżenzjoni, jista' il-Ministru tas-sigurta' soċjali jgħid għaliex nies li qed imorru fl-uffiċji distrettwali qed jgħidulhom li dawn m'għadhomx jeżistu? Peress li qatt ma kien hemm emenda ta' dan it-tip fil-liġi, hemm xi ħsieb li ssir?
Response (DALLI, JOHN)
Qabel ma jinħela ħafna ħin u flus biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, jista l-Onorevoli Interpellant jinfurmani għal liema raġuni għandu bżonn din l-informazzjoni ?
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 35464, filwaqt li ninforma lill-Ministru li MHUX VERU illi oħt it-taxpayer kienet residenti fil-post li nxtara ( u għalhekk min ta din l-informazzjoni li ngħatat lill-Ministru mhijiex korretta), ladarba l-claim tad-dipartiment ma wasletx għand it-taxpayer sa sena minn meta ġiet ippreżentata, ma jidhirlux il-Ministru li skond l-Att XVII ta' l-1993 l-istess kont addizzjonali kien preskritt bil-liġi?
Jaħsibx il-Ministru illi wara li d-dipartiment kien ġie informat li din it-talba kienet preskritta allura l-ittra ta' l-24 ta' Ġunju 2002 ħarġet b'abbuż ta' poter?
Response (DALLI, JOHN)
Nikkonferma li oħt ix-xerrej setgħet ma kinitx toqgħod fil-fond li nxtara u qed nipproduċi r-rapport tal-Membri tar-Revenue Security Corps – tat-31 ta’ Lulju, 2001 rigward il-każ in kwestjoni.
“Taxpayer in question is presently living in England – (sister) refused the documents. She stated that she has nothing to do with her brother and added that she was not ready to make contact with him regards such matter. Taxpayers whereabouts not traced – documents undelivered – attached”.
Minn dan ir-rapport il-Kummissarju wasal għall-konkluzzjoni erronja li oħt ix-xerrej kienet tabita fl-istess fond.
Bir-rispett niġbed l-attenzjoni tal-Onoreveli Interpellant li ma saret l-ebda oġġezzjoni kontra l-imsemmi kont għax l-Onorevoli Interpellant b’ittra tas-7 ta’ Dicembru, 2001 waqt li kkonferma li x-xerrej kien ISSA beda joqgħod fil-proprjeta’ mixtrija, espressament iddikjara li l-istess ittra ma kinetx waħda ta’ oġġezzjoni imma sempliċiment Notifika ta’ Preskrizzjoni.
Il-Kummissarju għalhekk, ma kellux għażla oħra, għajr li jipproċedi bil-ġbir tat-taxxa għax il-każ ma setax ikun ittratat bħala li jaqa’ taħt oġġezzjoni. Jekk issir oġġezzjoni kif stabbilit mill-liġi, il-mertu tal-każ ikun ittrattat bħal każi simili u jekk ikun ippruvat dak li qed jikkontendi l-Onorevoli Interpellant jibdew proċeduri biex il-kont ikun ikkanċellat.
In-Notifika għall-fini tal-artikolu 51 tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, Kap 246, ingħatat lid-Dipartiment fil-15 ta’ Gunju, 2000 fejn kien indikat li l-indirizz tax-xerrej kien il-fond li nxtara bit-trasferiment in kwestjoni.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ħarġu AIP permits għax-xiri ta' proprjeta` mill-barranin bejn l-1996 u s-sena 2002 (Settembru)? Kemm minn dawn kienu suġġetti għal self?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li nħarġu biex il-barranin ikunu jistgħu jixtru proprjeta’ immobbli hawn Malta hu kif sejjer jingħad:-
1996 - 269
1997 - 168
1998 - 153
1999 - 219
2000 - 295
2001 - 344
2002 (sa Settembru) - 290
Qatt ma kienet tinżamm statistika ta’ kemm minn dawn kienu soġġetti għal self.