Kemm saru laqgħat ta' kull tribunal imwaqqaf apposta biex jiddelibera fuq ksur tal-liġi irrappurtati mill-wardens fl-ewwel sitt (6) xhur tas-sena? F'dawn is-sitt (6) xhur ta' din is-sena x'kien l-ammont ta' multi imwaħħla minn kull tribunal separatament? Kemm minn dawn il-multi (fi flus) għadhom ma tħallsux?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm (fi flus) kien hemm multi li twaħħlu mit-tribunali fl-2001 u 2002? Jista' jagħti il-lista' b'kull tribunal separatament? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-multi baqaw ma tħallsux ukoll f'kul tribunal separatament? X'qed isir biex jinġabru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll illi dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija qegħdin isiru diskussjonijiet mill-Local Enforcement System Management Committee biex tinstab soluzzjoni għal ġbir tal-multi li għadhom pendenti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji mil-bidu tas-sena 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 684, sat-30 ta` Ġunju 2003 ġie irrappurtat lill-Pulizija każ ieħor ta` suwiċidju.
Birgu — Persuna li qed titlob permess biex taħdem f'pajjiżna
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħareġ il-permess lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex taħdem hawn Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-talba għall-ħruġ ta` liċenzja ta` impjieg dwar il-persuna li tagħha ta d-dettalji l-Onor. Membru għadha qed tiġi pproċessata.
Din it-talba għad trid tiġi eżaminata mill-Bord li jipproċessa talbiet għall-ħruġ/tiġdid ta` liċenzji ta` impjieg u għalhekk f`dan l-istadju ma tistax tingħata tweġiba jekk hux ser jinħareġ permess f`dan il-każ.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt ta' xiri tal-fond bejn l-uffiċċju konġunt u l-inkwilina rikonoxxuta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għax-xiri tal-fond in kwistjoni tinsab fl-aħħar fażi tal-proċess ta` verifikazzjoni u reġistrazzjoni qabel ma jkun jista` isir il-kuntratt li mistenni li isir fi żmien qasir.
Jista' il-Ministru jara li titnaddaf Triq John Borg Msida (minn Triq Qrejten sa l-entratura tal-Junior College) li hija mimlija ħmieġ ta' l-annimali, żibel u skart, aktar u aktar meta din it-triq hija frekwentata minn numru kbir ta' studenti li ta' kuljum jattendu l-iskola?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u billi t-tindif ta` toroq, li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tagħhom, huwa funzjoni delegat lilhom skond Art 33 ta` l-Att, nissuġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 935, jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern jistax juża l-visa "with Limited Terminal Validity" għal skop ta' turiżmu bħala "każ ta' interess nazzjonali"; biex ir-regolamenti ta' schengen ma jfixxklux jew inaqqsu t-turiżmu li jeżisti bejn Malta u l-Libja?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` spjegajt, l-ipproċessar ta` Schengen visas isir skond kif hemm provdut fil-Common Consular Manual. Il-visa magħrufa bħala Limited Territorial Validity hija maħsuba għal każijiet eċċezzjonali u mhux bħala regola. Ma narax li għandu jkun hemm xi diffikulta` sabiex persuna, minn xi pajjiż li jkun jenħtieġ il-visa mad-dħul ta` Malta fis-sistema Schengen, iżżur Malta bħala turist.
Jista' il-Ministru jgħid jekk mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, il-Gvern jibdiex jipproċessa biss Schengen visas? Jista' il-Ministru jgħid jekk teżistix sistema li biha l-Gvern ikun jista' joħroġ Schengen visa li tkun limitata ġeografikament għal żjara għal Malta biss jekk l-applikant jindika li hu jixtieq iżur lil Malta biss?
Response (BORG, TONIO)
Mad-dħul ta` Malta fl-EU, f`Mejju tal-2004, il-Gvern Malti jibqa` joħroġ biss visas validi għal Malta, peress li ma jkunx għadu parti minn Schengen. Mad-dħul ta` Malta fis-sistema Schengen, ikun possibli li tinħareġ visa with "Limited Territorial Validity" skond kif hemm provdut fil-Common Consular Manual u ċioe` f`każijiet li jkunu ġustifikati. bħal per eżempju każijiet umanitarji, każijiet ta` interess nazzjonali, każijiet ta` obligazzjonijiet internazzjonali, etc."
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew Malta ċittadini Libjani matul 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 sena b'sena? Jista' il-Ministru jgħid meta l-Gvern fi ħsiebu jimponi l-visa fuq ċittadini Libjani?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` ċittadini Libjani li ġew Malta fis-snin speċifikati hu kif jidher hawn taħt:-
1998
1999
2000
2001
2002
38,166
45,839
44,955
32,386
24,011
Il-ħtieġa ta` visa se tidħol mhux iktar tard mill-1 ta` Mejju, 2004.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 343.
It-tagħrif l-ieħor mitlub dwar karozzi mikrija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Stabilimenti ta' l-ikel — Permessi għal imwejjed fuq barra
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 567 li kienet saret lill-Ministru tat-Turiżmu u issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' jekk jogħġbok tgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx dritt li joħorgu permessi temporanji biex xi ħadd joħroġ imwejjed barra u jservi xorb?
Response (BORG, TONIO)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal bars temporanji li jintramaw waqt xi attivitajiet bħal ma` huma festi reliġjużi.
F`dan il-każ japplika l-A.L. 119 ta` l-2002 li jistipula li ħadd ma jista` iwaqqaf xi posta f`xi triq jew jagħmel xi attivita` kummerċjali f`tali triq f`xi ġurnata jew ġranet speċjali jew speċifiċi mingħajr il-permess tal-Kunsill Lokali.
Ta` min jgħid ukoll illi l-Kummissarju tal-Pulizija, għal raġunijiet ta` ordni pubbliku eċċ jista` iwaqqaf jew jissospendi permess maħruġ mill-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kunsill lokali ta' Ħal Lija għall-uffiċini li qed juża? Għaliex ma jingħatax Villa Francia fl-istess raħal li tħalla b'wirt lill-Istat?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Dwar Villa Francia, Lija, din hija amministrata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' il-Ministru jara x'jista' isir b'konsultazzjoni mal-kunsill lokali sabiex jitrażżan it-traffiku fil-parti d-dejqa ta' Triq il-Kunċizzjoni, Ħal Lija? Jaf il-Ministru bil-perikli għat-tfal tal-mużew u l-ħafna anzjani li joqogħdu fl-inħawi peress li ħafna vetturi jinżlu jsuqu b'veloċita' qawwija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta` Ħal Lija qiegħed f`konsultazzjoni ma` espert tat-Traffic Management biex flimkien ma` l-Awtorita` tat-Transport tinstab soluzzjoni pożittiva għat-traffiku kemm fi Triq il-Kunċizzjoni kif ukoll fir-raħal kollu, għar-raġuni li l-periklu tat-traffiku mhux ristrett għal triq waħda fir-raħal.
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi adegwati u urġenti biex jiġu evitati nċdienti minħabba l-logħob tan-nar fil-festa tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun, peress li matul il-festa tas-sena l-oħra murtali waqgħu fi djar privati u kkaġunaw nirien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ilment li ressaq l-Onor. Interpellant għan-nom tar-residenti qed ikun mistħarreġ.
Fil-kuntest ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ipproċessar tal-visas hux se jibqa' f'idejn il-Kummissarju tal-pulizija jew l-Assistent Kummissarju kkonċernat? Jista' jikkonferma li dan ix-xogħol aktarx jiġi mgħoddi lill-unit pajżan fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?
Response (BORG, TONIO)
L-ipproċessar tal-visas mad-dħul ta` Malta fl-EU jibda jsir mill-Uffiċċji Konsulari tal-Ambaxxati Maltin. Pero` il-Pulizija xorta jkollhom parti mill-proċess ta` dawn il-visas f`idejhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati visas għal ċittadini mill-Marokk, Tuneżija, Eġittu u Turkija mill-1 ta' Jannar 2003? Kemm ġew aċċettati u kemm ġew irrifjutati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena, in-numru ta` applikazzjonijiet għal visa mill-Marokk, Tuneżija, Eġittu u Turkija kien ta` 4,154. Minn dawn 3,533 ġew aċċettati, filwaqt li 621 kienu rifjutati.
Jista' il-Minsitru jagħti tagħrif fid-dettall dwar kif tiġi pproċessata Schengen visa ta' ċittadin barrani li jixtieq iżur pajjiżna għal skopijiet ta' turiżmu u/jew xogħol? Kemm iddum visa, approssimattivament, biex tiġi pproċessata? Isir xi forma ta' skrutinju mill-UE dwar il-mod kif nipproċessaw Schengen visa?
Response (BORG, TONIO)
L-ipproċessar ta` Schengen visas isir skond struzzjonijiet li ħarġet l-EU u li huma magħrufa bħala il-'Common Consular Instructions on visas'. Hemm ukoll katalogu relatat mal-ħruġ ta` Schengen visas li fih ukoll lista ta` rakkomandazzjonijiet fuq il-ħruġ ta` dawn il-visas. Schengen visa ma toħroġx għal skopijiet ta` xogħol u l-ipproċessar tagħha jsir skond il-proċeduri nazzjonali. Bħalissa visa tieħu sa ħmistax-il jum biex tiġi proċessata pero` dan jiddependi mill-ammont ta` xogħol li jkun qiegħed jiġi proċessat.
L-iskrutinju tal-ħruġ ta` Schengen visas isir permezz tal-proċeduri msemmija fil-Common Consular Instructions li fih standards li jridu jiġu applikati minn kull Stat membru tal-EU.
Pulizija — Persuni ta' nazzjonalita' barranija li applikaw għal multiple visa
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw ċittadini barranin għal multiple visa fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sal-31 ta' Mejju, 2003)? X'kienet iċ-ċittadinanza tagħhom? Kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati? Jista' jgħid għal kull multiple visa kemm għaddew ġranet bejn il-preżentata ta' l-applikazzjoni u d-deċiżjoni finali tal-kummissarju tal-pulizija? Jista' jgħid jekk il-perjodu operattiv tal-multiple visa jvarjax bejn visa u oħra? Jista' jagħti tagħrif dwar għal kemm żmien tkun operabbli, bejn wieħed u ieħor, multiple visa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, u ċioe` kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati, ninsab infurmat illi dan it-tagħrif ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għaldaqstant jieħu ż-żmien sabiex ikun kompilat. Infurmat ukoll illi bejn wieħed u ieħor, l-ipproċessar ta` tali applikazzjoni tieħu bejn ħmistax u tlett ġimgħat. Il-perijodu operattiv ivarja skond kif tkun it-talba, pero` qatt ma jeċċedi s-sena.
Jista' il-Ministru jara li ssir rampa fil-bankina fi Triq Fleur-de-Lys sabiex jagħmlu użu minnha persuni li jkunu qed jaqsmu minn fuq iż-zebra crossing ta' ħdejn ir-Roxy?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Fleur-de-Lys hija triq arterja u għalhekk taqa` fil-kompetenza tal-Gvern Ċentrali.
Għalhekk nitlob lill-Onor. Membru biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ħal Balzan — Triq il-Kbira - xogħol mill-kunsill lokali
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qiegħed isir mill-kunsill lokali ta' Ħal Balzan fi Triq il-Kbira? Għaliex ix-xogħol ilu sejjer mat-tmien xhur? Għaliex il-bankini twessgħu daqshekk biex issa jekk jinqala' xi inċident it-triq trid tingħalaq għal kollox?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.