Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' ċitazzjonijiet li ngħataw mill-wardens fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Jista' jagħti l-figuri għal Għawdex separatament? Jista' jgħid kemm saru ċitazzjonijiet għal: ipparkjar ħażin jew fejn hemm no parking sign, minħabba speed eċċessiv, minħabba kontravenzjonijiet li għandhom jaqsmu mal-litter act?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' nies impjegati bħala wardens f'Malta u f'Għawdex separatament? Kemm huma rġiel u kemm nisa? Liema huma dawk l-irħula jew bliet li ma jagħmlux użu mill-wardens?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gwardjani Lokali huma mpjegati ma kumpaniji privati u konsegwentement dan il-Ministeru m`għandux aċċess għal din l-informazzjoni.
Fil-lokalitajiet ta` Birżebbuġa, Floriana, Marsa u Xgħajra m`hemmx Gwardjani Lokali.
B'riferenza għall-kopji ta' ittri dwar każ riferut fl-istess ittri li kopja tagħhom qiegħed nibgħat kopja tagħhom ma' din il-mistoqsija, u peress li waħda mill-ittri hija mibgħuta lilek bħala ministru, tista' tgħid x'passi ittieħdu dwar l-allegati irregolaritajiet u abbużi msemmija fl-ittri?
Response (GATT, AUSTIN)
Dan il-Ministru m'ghandux x'jaqsam mal-kwistjoni mqajjma fl-ittri li qed jirreferi ghalihom l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jistax id-dipartiment tal-kunsilli lokali jinvestiga x'ġara mill-funtana li kienet tpoġġiet fil-baħar ta' Buġibba mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar u jingħad li kienet ġiet tiswa Lm34,000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-funtana li kienet tpoġġiet fil-baħar ta` Buġibaa ma kienitx proprjeta tal-Kunsill.
Nitlob għalhekk lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jistax d-dipartiment tal-kunsill lokali jinvestiga jekk hemmx tagħmir tat-tindif mixtri mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar li mhux qed jintuża għal xogħol tal-kunsill? Fejn jinsab dan it-tagħmir? Kif intuża matul is-sena li għaddiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funżjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jagħti dawk id-direttivi sabiex rikorsi ta' Għawdxin li għadhom pendenti quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, jibqgħu jinstemgħu f'Għawdex quddiem l-assistent ġudizzjarju, Dr Aron Attard Hili u mhux ikomplu jinstemgħu quddiem assistent ġudizzjarju f'Malta, għaliex miżura bħal din ma tagħmel l-ebda sens ħlief li toħloq hardship u skariġġ bla bżonn lil Għawdxin?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proċess verbal dwar il-mewt ta' ġuvni għawdxi li ismu qed jintbagħat separatament li miet f'inċident awtomobilistiku fil-21 ta' Marzu 2001 fin-Nadur , Għawdex għadu ma ġiex finalizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li dan il-kaz jinsab fi stadju ta' nkjesta, hu kopert bis-sigriet istruttorju skond it-termini tal-kodici kriminali.
Tribunal għall-Ivestigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se ikunu implimentati s-sentenzi tat-tribunal għall-investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji: rikorsi 940/97 u 945/97 kontra l-Maltacom? Meta ser jingħata l-kumpens fiż-żewġ każijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jara x'sar minnu l-mandat ta' imbizzjoni 772/00/AJM peress milli jidher hemm xi intoppi li qed iwaqqfu milli l-każ jiġi riżolt? X'ser isir sabiex dan il-każ ikun riżolt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru tal-Ġustizzja hu kostituzzjonalment inibit milli jindaħal fir-rizoluzzjoni ta` xi kaz quddiem il-Qorti.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34284, billi jirriżulta li hemm numru kbir ta' kawżi ċivili quddiem il-qorti ta' l-appell pendenti u għadhom ma ġewx appuntati, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew jista' jieħu l-gvern biex jirrimedja għal dan id-dewmien esaġerat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġijiet ta` pajjiżna jpoġġu fuq l-Imħallfin d-dover li jappuntaw il-kawżi. Il-Gvern la għandu u l-anqas għandu jkollu rwol f`dan is-sens.
Jista' l-Ministru jgħid min jikkontrolla l-attendenza tax-xogħol ta' ħaddiema tal-gvern assenjati mal-kunsilli lokali u fejn dawn jiffirmaw l-attandence sheet tagħhom? Jista' jgħid min jagħmel supervision waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
L-attendenza tal-ħaddiema tal-Gvern assenjati mal-Kunsilli Lokali hija ikkontrollata mill-istess Kunsilli Lokali.
L-attendance sheet tiġi ffirmata fil-Kunsill Lokali u din tintbagħat lid-Distrett konċernat tad-Divizjoni tax-Xogħolijiet.
Is-supervizjoni waqt il-ħin tax-xogħol issir mill-Kunsill Lokali kif ukoll mill-iSpettur tad-Diviżjoni tax-Xogħiliet u dan skond kif ġew infurmati l-Kunsilli Lokali meta sar l-assenjar fl-1 ta` Ottubru 1997.
Il-proċess tad-dixxiplina tal-ħaddiema assenjati baqa` skond ir-Regolamenti tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-gvern li huma assenjati mal-kunsilli lokali jistgħux jirċievu ħlasijiet fil-format ta' inċentiv jew forma oħra, (apparti l-paga li jieħdu mingħand l-istess gvern), għax-xogħol li jsir waqt il-ħin normali tax-xogħol kif ukoll għax-xogħol li jsir mill-istess ħaddiema wara l-ħin normali tax-xogħol? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma l-proċeduri addottati mid-dipartiment tal-kunsilli lokali u mitluba li jiġu implimentati mill-kunsilli lokali f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma' l-assenjar tal-haddiema tal-Gvern, il-Kunsilli Lokali gew infurmati biex jinghata xoghol ta' natura ta' manutenzjoni generali u l-haddiema kellhom ukoll jigu motivati biex jaghmlu x-xoghol mitlub minnhom.
Xoghol li jsir mill-haddiem wara l-hin normali tax-xoghol jigi rimunerat skond ir-regolamenti tax-xoghol, pero ma gew addotti ebda proceduri biex il-haddiema jircievu xi hlasijiet fil-format ta' incentivi jew forma ohra apparti l-paga normali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Prison Street, Naxxar għadha maqluha u ilha fi stat disastruż għal aktar minn xagħrejn b'detriment sew għar-residenti li jgħixu fit-triq inklużi dawk l-anzjani u li huma b'diżabilita? Jista' jgħid ukoll meta din it-triq sejra tkun lesta mix-xogħlijiet li baqa jsiru fuqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħui lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 31503 u cioe, jista' jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għal rapporti /studji dwar l-operat tat-temexxija tal-gvern u dwar l-impatt ta' sħubija ta' Malta fl-UE li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001?
Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Diġa weġibt il-mistoqsija Nru. 31503. Qed nagħti issa tweġiba għall-mistoqsija Nru. 33471.
L-informazzjoni mitluba dwar rapporti/studji marbuta mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja kienet tifforma parti mit-tweġiba li tajt fit-13 ta` Frar 2001 għall-mistoqsija Nru. 23474 għas-snin 1999, 2000, u l-ewwel xhur tal-2001.
Il-parti tal-mistoqsija dwar `rapporti/studji dwar l-operat tat-tmexxija tal-Gvern` għada vaga u vasta wisq. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaqbel li mhux possibbli li jiġi kkalkolat l-infiq (inkluż ukoll il-pagi ta` min jagħmilhom) fuq in-numru li ma jispiċċa qatt ta` rapporti u studji li jsiru, jew ikunu qegħdin jinkitbu kontinwament u ta` kuljum mill-impjegati waqt l-operat normali ta` kull dipartiment u entita` tal-Gvern.
Sa kemm ma jkunx iżjed speċifiku fuq din il-parti tal-mistoqsija, li nista` nagħmel f`dan l-istadju hu li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fit-12 ta` Ġunju 2001 għall-mistoqsija Nru 25553 li kienet tinkludi l-ammonti ta` kemm ġew iqumu rapporti ppublikati mill-Ministeru tiegħi u mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi fl-1999, 2000 u fl-ewwel ħames xhur ta` l-2001. Jekk irid nista` nara li tinġabar informazzjoni simili għal kumplament ta` l-2001.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30937 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tkeċċija ta' barranin ġiet ordnata wara li dawn ikunu ġew dikjarati baħala illegal aliens għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jikkunsidra l-Prim Ministru li jinħatar kumitat biex jirrevedi dik il-parti tal-gazzetta tal-gvern li tirrigwarda emendi għal liġijiet sussidjarji fis-sens li jkun hemm fuq naħa l-pubblikazzjoni sħiħa ta' l-artiklu eżistenti waqt li fuq parti l-oħra l-istess artiklu kif qiegħed ikun emendat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lil-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx talba għal esperti forensiċi tal-marki tas-swaba bħalissa? Jekk le, hemm ħsieb li jkun hemm fil-ġejjieni qarib?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab informat li l-Amministrazzjoni tal-Qrati ma ħarget ebda talba biex jinħatar espert forensiku tal-marki tas-swaba u mhux solitu li tinħareg xi talba simili.
Jista' l-Ministru jgħid f'Għawdex minn Jannar 2002 sal-lum, kemm taw tickets it-traffic wardens fil-Belt Vittorja u fl-irħula l-oħra ta' Għawdex?
Din is-sena sal-lum, kemm saru seduti mill-kummissarju nkarigat biex jaqta' dawn il-kontravenzjonijiet?
Din is-sena, kemm persuni f'Għawdex ġew immultati u x'inhuwa l-ammont ta' flus li ddaħħal f'Għawdex minħabba l-kontravenzjonijiet mogħtija mit-traffic wardens?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.