Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38094 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għad-dewmien biex jerġa' jiġġedded il-ftehim kollettiv fuq il-ħaddiema tal-MEPA, peress li minħabba f'hekk dawn għaddejjin bi strajk?

Response (BORG, TONIO)

Minkejja d-diskussjonijiet li saru, għal issa għad ma hemmx ftehim fuq żidiet fil-pagi mitluba mill-Union.
Leg 9 PQ #37921 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kumpanniji li joffru servizz ta' gwardjani privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma dawk il-kumpanniji reġistrati skond il-liġi ta' l-1996 li huma liċenzjati biex jagħtu servizz ta' gwardjani privati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kumpaniji li huma liċenzjati biex jagħtu servizz ta` gwardjani privati huma kif jidher hawn taħt:- Safetrust Security J.F. Security Consultancy Services Ltd. Sterling Security Co. Ltd. Group 4 Securitas (Malta) Ltd. Group 4 Services (Malta) Ltd. Security Services Malta Ltd. The Guard & Warden Service House Ltd. Securital Ltd. Guardall Security Services Monitoring Services Ltd. I.H.B. Grange Security & Consultancy Services Ltd.
Leg 9 PQ #37922 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Gwardjani privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-gwardjani privati li huma liċenzjati skond il-liġi (jiġifieri jħallsu l-liċenzja kull sena meta jibgħat għalihom il-Kummissarju tal-Pulizija)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 832 persuna li għandhom liċenzja ta` Gwardjani Privati skond kif rikjest bl-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389).
Leg 9 PQ #37923 Sitting 849 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Gwardjani privati

Question

Ladarba x-xogħol tal-gwardjani privati sar wieħed professjonali li biex tagħmlu trid liċenzja, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jinqata' l-abbuż minn dawk li qegħdin jaħdmu bla liċenzja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull fejn jirriżulta lill-Pulizija li jkun hemm ksur ta` l-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389) jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #37860 Sitting 847 2003-01-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

San Ġiljan — Xatt tas-Sajjieda

Question

Jista' il-Ministru jivverifika jekk l-iżvilupp tal-bini li qed isir fix-Xatt tas-Sajjieda San Ġiljan u li dwaru pprotestat l-Għaqda Sajjieda u dilettanti Ġiljaniżi f'ittra tad- 9 ta' Diċembru 2002 (ittra annessa) hux qed issir fuq art tal-Gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed tkompli tagħmel riċerki u tieħu pariri legali sabiex tistabilixxi mingħajr l-ebda dubju jekk l-art in kwistjoni fil-fatt hiex tal-Gvern jew le. Mill-investigazzjonijiet li saru s`issa, inkluż studju bir-reqqa ta` pjanti ta` mitt sena ilu, ma rriżultax li l-iżvilupp li qed isir fil-post qiegħed isir fuq art tal-Gvern jew art li ġiet irreklamata mill-baħar.
Leg 9 PQ #37972 Sitting 846 2003-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

San Ġwann — Triq Ugo Carbonaro - Maisonettes

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-maisonettes li nbnew fil-parti tal-wied ta' Ugo Carbonaro Str, San Ġwann għandhomx permessi tal-bini tal-MEPA? Jekk iva, meta nħarġu? Hemm il-ħsieb li jinħarġu aktar permessi tal-bini faċċata tal-parti mibnija tat-triq?

Response (BORG, TONIO)

Huwa mifhum li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jagħmel referenza għal tlett permessi PA 5801/00 li nħareġ fid-19 ta` April 2001, PA 2195/01 li nħareġ fit-13 ta` Awissu 2001, u PA 6235/00 li nħareġ fil-15 ta` Ġunju 2001. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi faċċata ta` dawn il-maisonettes jinsab barra il-limiti ta` żvilupp u għalhekk bil-policies tal-lum mhux possibli jingħataw permessi għal bini residenzjali.
Leg 9 PQ #37866 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Postijiet vakanti — Supretendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jimtlew il-postijiet vakanti għar-rank ta' supritendenti fil-Korp tal-Pulizija? Dawk iridu jsiru wkoll b'applikazzjoni mingħand spetturi? Jekk iva jista' jagħti d-dettalji rilevanti ta' kemm applikaw? Min huma u meta saru spetturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija infurmat li l-interviews ser isiru fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #37892 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Ħin tal-viżitaturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward il-ħin (fil-preżent) tal-viżitaturi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Issir distinzjoni bejn priġunieri taħt arrest u dawk diġa' sentenzjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħinijiet għall-viżitaturi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huma kif ġej:- Nhar ta` Tnejn u nhar ta` Ġimgħa:- 9.00am – 11.45am (l-aħħar viżta tibda fil-11.30am) 2.00pm – 3.45pm (l-aħħar viżta tibda fit-3.30pm) Il-ġranet l-oħra tal-Ġimgħa:- 9.00am – 11.45am (l-aħħar viżta tibda fil-11.00am) 2.00pm – 4.45pm (l-aħħar viżta tibda fl-4.00pm) Il-priġunieri li jkunu taħt arrest preventiv jista` jkollhom viżta Non-Contact kuljum bejn nhar ta` Tnejn u nhar ta` Ġimgħa. Ikollhom ukoll viżta Contact darba fil-ġimgħa. Dawk sentenzjati huma intitolati għal viżta Contact waħda fil-ġimgħa. Priġunieri li jagħmlu xi tip ta` xogħol produttiv fil-Faċilita` jgawdu minn privileġġ ta` viżta Contact żejda fil-ġimgħa. Contact visit idum 45 minuta u l-priġunier jitkellem mal-viżitatur bil-qegħda ħdejh filwaqt li Non-Contact idum 15-il minuta u l-viżitatur jitkellem mal-priġunier permezz ta` telephone minn wara diviżorju tal-perspex.
Leg 9 PQ #37893 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-forma ta' rijabilitazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Fuq liema każi l-priġunieri jitħallew imorru d-dar? X'inċentivi għandhom il-priġunieri sabiex iġibu ruħhom aħjar? X'sanzjonijiet jeżistu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin biex irażżnu priġunieri li jġibu ruħhom ħażin ripetutament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dawk il-priġunieri li verament ikunu jridu jagħmlu xi forma ta` rijabilitazzjoni, ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, dawn jingħataw l-attenzjoni u l-mezzi meħtieġa. Ġewwa l-Faċilita` wieħed isib tagħlim edukattiv f`diversi suġġetti. Isir tagħlim ta` arti, lingwi (Ingliż, Malti, Taljan, Franċiż u Spanjol) matematika, kompjuter u chess. Minbarra t-tagħlim akkademiku isir xogħol ta` tagħlim/prattika fix-xogħol tal-elettriku, aluminium, mastrudaxxa u ħadid. Għal-finijiet purament ta` rijabilitazzjoni isiru lezzjonijiet ta` Lifeskills, spirituality u social studies/work. Fil-Faċilita` issib ukoll servizzi minn psikjatra, psikoloġista kif ukoll social workers u probation officers. Dawn kollha qegħdin għas-servizz tal-priġunieri. Wieħed ukoll isib attivitajiet ta` sports matul is-sena kollha. Diġa` kellna diversi suċċessi minn priġunieri li minbarra dawk li irnexxilhom jgħaddu minn diversi suġġetti tal-MATSEC kien hemm anke oħrajn li irnexxilhom imorru l-Universita` u ggradwaw fil-korsijiet li għażlu. Il-priġunieri jitħallew imorru d-dar fuq Compassionate Leave jew Family Occasion Leave u dejjem skond il-Ministerial General Directions 1995. Il-priġunieri li jġibu ruħhom skond ir-regolamenti tal-Ħabs igawdu minn dawk il-privileġġi li japplikaw għalihom. Igawdu ukoll minn nuqqas sħiħ ta` Remission fuq is-sentenza tagħhom. Dawk il-priġunieri li repetutament jiksru r-regolamenti tal-Ħabs, minbarra li jitilfu l-privileġġi jistgħu ukoll jitilfu ġranet ta` remission fuq is-sentenza. Dan ifisser li jkunu jridu joqogħdu l-ħabs għal aktar ġranet milli kieku ġabu ruħhom sewwa.
Leg 9 PQ #37942 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Statistika dwar il-kriminalita'

Question

Jista' l-Ministru jara li l-istatistika dwar il-kriminalita' tinġabar kuljum?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` spjegajt fi Tweġibiet preċedenti dwar dan is-suġġett, f`Awissu ta` l-1997 kienet ġiet introdotta fil-Korp tal-Pulizija is-sistema kompjuterizzata ta` kif jinżammu ir-rapporti li l-pubbliku jagħmel mal-Pulizija, magħrufa aħjar bħala P.I.R.S. (Police Incident Reporting System). F`din is-sistema jiġu mdaħħla r-rapporti li jsiru lill-Pulizija mingħand il-pubbliku u kull rapport jiġi ikklassifikat skond in-natura tal-każ. Minn din is-sistema imbgħad tkun tista` tinġabar statistika ta` l-informazzjoni meħtieġa. Pero` minħabba li r-rapporti jkunu jridu jiġu investigati u verifikati, ninsab infurmat illi ma hux possibli li tinġabar statistika ta` kuljum.
Leg 9 PQ #37975 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dual citizenship

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li ħadu d-dual citizenship u mil-liema pajjiżi huma fiż-żmien ta' bejn l-1 ta' Ottubru 2002 u l-aħħar ta' Diċembru 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37980 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Impjant tar-Riċiklaġġ — Żejtun/Wied il-Għajn

Question

X'kontroll qed isir jew jista' jsir biex jiġi aċċertat li t-trakkijiet li jkunu mimlija kompost mill-impjant tar-riċiklaġġ ta' Wied il-Għajn jkunu mgħottija sew għax uħud minnhom qed ta' spiss iħallu mandra warajhom fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, Żejtun/Wied il-Għajn?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #395 Sitting 844 2003-01-13 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi investigazzjoni, anke mill-OPM, li rriżulta li wieħed mid-diretturi tal-MEPA mexa b'mod diskriminatorju ma' l-istaff? Jista' l-Ministru jikkonferma li lil xi wħud mill-ħaddiema approvalhom il-leave bla tlaqliq waqt li lil oħrajn ma' approvalhomx?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda investigazzjoni fuq l-allegazzjonijiet ta` diskriminazzjoni magħmula mill-Onor. Interpellant. Ma jirriżulta mkien li kien hemm xi rapport ta` din it-tip ta` diskriminazzjoni. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija dwar il-'leave', nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36780.
Leg 9 PQ #396 Sitting 844 2003-01-13 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Żejtun — Triq is-Suq - substation

Question

Possibbli l-Ministru, permezz tal-MEPA, jinformani fl-iqsar żmien possibbli fejn wasal il-permess tas-substation ta' l-Enemalta li trid tinbena fi Triq is-Suq, Żejtun għaliex jien informat li l-applikazzjoni issa hi biss għal ftit alterazzjonijiet fuq il-permess oriġinali u allura mhux suppost iddum daqstant? Billi hemm problemi minħabba vultaġġ baxx, possibbli dan il-permess jiġi proċessat fl-iqsar żmien possibbli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-permess (PA 4615/01) tas-substation ta` l-Enemalta li trid tinbena fi Triq is-Suq, Żejtun inħareġ fis-27 ta` Frar 2002. Infurmat ukoll illi l-applikazzjoni għal ftit alterazzjonijiet fuq il-permess oriġinali, sa llum ma ġietx sottomessa mill-applikant.
Leg 9 PQ #399 Sitting 844 2003-01-13 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Konsulenti

Question

Fl-Environment Directorate u l-Environment Management Unit tal-MEPA, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx konsulenti li japprovaw l-Environment Impact Assessments li m'għandhomx First Degree imma Second Degree biss? Kien hemm ċirkostanzi fejn saret diskriminazzjoni favur dawn il-konsulenti, għad-detriment ta' oħrajn aktar kwalifikati? Hemm xi nies fl-EMU li m'għandhomx kwalifiki neċessarji fuq l-impatt fuq is-saħħa, li għamlu studji li ġew aċċettati u dan mingħajr l-approvazzjoni tad-Direttur tas-Saħħa Pubblika? Kien hemm xi Manager u ħaddiema oħra fl-Environment Management Unit u fl-Environment Protection Directorate li għamlu l-Environment Impact Assessments flimkien ma' professuri ta' l-Universita' fl-istess żmien li l-Manager u l-ħaddiema kienu qed jagħmlu kors immexxi mill-istess professuri? Fl-għażla ta' l-EIA, jistgħu l-istaff fl-EMU u l-Environment Protection Directorate jgħidulna x'metodu intuża biex ikun assigurat li r-riżultati huma korretti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- Fl-Environment Protection Directorate u l-Environment Management Unit tal-MEPA, m`hemmx konsulenti li japprovaw l-EIA. L-ebda konsulent ma jista` japprova EIAs. L-ebda Manager u ħaddiem ieħor fl-EMU u l-EPD ma għamel EIAs kif indikat mill-Onor. Interpellant. Meta jiġi sottomess l-EIA dan jiġi evalwat: Skond it-termini ta` referenza li jinħarġu mill-MEPA u huma speċifiċi skond l-iżvilupp propost; Minn nies impjegati tal-MEPA skond l-' expertise ' tagħhom; Skond kriterji ta` reviżjoni li jinħarġu minn istuzzjonijiet internazzjonali. Issir ukoll konsultazzjoni ma` Dipartimenti jew aġenziji tal-Gvern li l-MEPA jidhrilha li jkun opportun li tikkonsulta, kif ukoll il-Kunsill Lokali li jkollu r-responsabbilita` tal-lokalita` fejn ikun qed jiġi propost li jsir l-iżvilupp, u Kunsilli Lokali tal-madwar jekk ix-xorta jew l-impatti tal-proġett ikunu tali li jistgħu jaffetwawhom.
Leg 9 PQ #400 Sitting 844 2003-01-13 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Magħtab — Rimi ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess inħareġ għar-rimi ta' skart tossiku u skart ieħor perikoluż, biex jintrema' l-Magħtab? Id-direttur ta' l-ambjent ħareġ xi permessi jew approva li jinħarġu tali permessi għal traġitt fuq il-baħar jew fil-portijiet ta' skart b'kontenut ta' sustanza radjoattiva?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għal dawn l-aħħar snin kien hemm bosta permessi li nħarġu biex jintrema kull tip ta` skart fil-Magħtab u dan peress li għad ma hemmx engineered landfill fil-pajjiż. Id-Direttur ta` l-Ambjent la ħareġ u lanqas approva li jinħarġu tali permessi għat-traġitt fuq il-baħar jew fil-portijiet ta` skart b`kontenut ta` sustanza radjoattiva.
Leg 9 PQ #401 Sitting 844 2003-01-13 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Studju fuq skart ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-protagonista għal studju fuq skart ta' żejt kummissjonat mill-Ministeru ta' l-Ambjent sentejn ilu? Kien hemm xi ħadd mill-konsulenti li ħadu l-issues ta' l-ambjent li għandhom konnessjoni diretta mal-Waste Oil Co. Ltd. u li jaħdmu mal-MEPA? X'azzjoni legali ttieħdet kontra l-Enemalta, il-Malta Offshore Bunkering u l-Waste Oils Company Ltd., għall-ħruġ ta' intejjen li nittnu l-lokal tal-Menqa u li keinu ta' danu għas-saħħa tal-ħaddiema tal-bank, tal-Maltacom u r-residenti fil-qrib? X'sar biex isir magħruf ta' min hi l-ħtija? X'azzjoni ttieħdet? Hemm liċenzja tal-pulizija jew liċenzja biex jopera biex dan ix-xogħol isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istudju kien kummissjonat mill-Ministeru ta` l-Ambjent lil Eco Standards Services Ltd. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36783. Dwar l-intejjen fil-madwar tal-Menqa nirreferi l-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36783 fuq l-azzjoni li ħadet il-MEPA f`dan ir-rigward. Is-sitwazzjoni qed tiġi mmonitorjata u jekk ikun hemm bżonn ta` azzjoni din tittieħed. Infurmat ukoll illi l-Waste Oils Co Ltd hija koperta b`liċenzja tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #402 Sitting 844 2003-01-13 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Ambjent ta' l-arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pubbliku mhux jiġi nformat dwar l-ambjent ta' l-arja? X'arranġamenti saru mill-IT Section tal-MEPA sabiex il-pubbliku jkun mgħarraf b'dawn ir-riżultati u li dawn ir-riżultati huma sikuri u ta' kwalita' tajba? Għalkemm f'xi lokalitajiet il-livelli ta' PM10, taċ-ċomb u benzina fl-arja kienu ħafna iktar mil-livelli aċċettati, għaliex il-MEPA ma nformatx b'dan lill-pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Hemm nuqqas ta` data li kellha tinġabar u għalhekk ma ġietx ikkomunikata. Is-sikurezza u l-kwalita` tar-riżultati ma jiddependix mill-IT Section imma minn min għandu d-dover li jiġborha, jikkompilaha u jikkomunika. Riżultati oħra jridu jiġu kkalkulati. Ir-riżultati preliminari tal-livelli taċ-ċomb fl-arja ser jiġu kkomunikati fi żmien qarib.
Leg 9 PQ #403 Sitting 844 2003-01-13 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Direttur tal-MEPA mhux qed jerfa' r-responsabbilta' għall-ħlas ta' eluf ta' liri lil Malta National Laboratory, minkejja li dan il-kuntratt sar wara li ġie maħtur l-istess direttur? X'azzjoni qegħda tittieħed biex jiġi żgurat li jinħarġu sejħiet għall-offerti għall-analisi tal-kampjuni? Mill-kampjuni li ntbagħtu lil Malta National Laboratory, kemm minnhom intbagħtu f'laboratorji oħra sabiex jiġi żgurat li l-Malta National Laboratory qegħda tagħti riżultati xierqa tal-kwalita' ta' l-ilma baħar u biex jiġi żgurat ukoll li sakemm jaslu għand il-pubbliku dawn ir-riżultati mhumiex imbagħbsa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mhux minnu li saru xi kuntratti mal-Malta National Laboratory wara li nħatar id-Direttur tal-MEPA preżenti. Id-Direttur preżenti qed jitlob offerti oħra fuq analiżi ta’ kampjuni. L-MNL, li huwa aġenzija tal-Gvern, mhux l-uniku laboratorju ikkommissjonat mid-Direttorat għall-Ambjent għall-analiżi ta’ kampjuni. Il-kampjuni jintbagħtu lil laboratorji differenti skond il-kompetenza u l-ispeċjalizzazjoni tal-laboratorju ikkonċernat.
Leg 9 PQ #404 Sitting 844 2003-01-13 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Direttur

Question

Tul dawn l-aħħar erba' xhur, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt għal servizz jew prodott għamel id-Direttur tad-Direttorat tal-Protezzjoni Ambjentali tal-MEPA? Saru xi kuntratti diretti bla ma nħarġet sejħa għall-offerti? Jekk saru dawn is-servizzi, għax inħass li kellha tittieħed azzjoni urġenti? Għaliex ma ħarġitx sejħa għall-offerti wara tant xhur li tħaddmu dawn is-servizzi? Kemm ġie jqum kull servizz? Għaliex sar dan is-servizz mgħoddi b'kuntratt lil terzi persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-uniku xiri ta` servizz jew prodott f`dawn l-aħħar 4 xhur mid-Direttur tad-Direttorat tal-Protezzjoni Ambjentali kienu servizz ta` labourer biex ikun jista` jitħaddem il-Mobile Air Monitoring Station u ghajnuna fl-immuntar ta’ passive tubes monitors għal monitoraġġ ta’ l-arja. Id-Direttur kif assuma l-kariga tiegħu ħass immedjatament il-ħtieġa li jixtri dan is-servizz ad hoc peress li ma kienx fl-interess pubbliku li l-monitoragg ta’ l-arja ma jsirx jew jiġi mxellef il-pjan ta l-istess monitoraġġ. Dan is-servizz qed jinxtara bir-rata ta’ Lm4.25 fis-siegħa. Il-kap tal-Pollution Unit hu inkarigat biex jara li dan is-servizz jintuża bl-aktar mod għaqli. Dan is-servizz jiġi mwaqqaf meta tinħass il-ħtieġa.