Jista' l-Ministru jgħid jekk xogħol li sar ta' qtugħ ta' blat, bini ta' ħajt quddiemu u taraġ fil-ġenb fi Triq il-Kokka, San Ġwann, liema xogħol sar mill-Kunsill Lokali San Ġwann għandux il-permessi meħtieġa? Jekk fl-affermativ, jista' jgħid meta saret l-applikazzjoni u x'numru ta' referenza għanda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret, irriżulta li sar xi xogħol mill-Kunsill Lokali fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant. Dan ix-xogħol kien jikkonsisti minn bini ta` ħajt (retaining wall) u taraġ. Il-Kunsill ħass li għandu jsir dan ix-xogħol temporanju sabiex jiġi eliminat perikolu għal pubbliku li juża din il-parti tal-lokalita` u fil-frattemp jiġi rranġat aċċess eżistenti bir-riġel (taraġ) minn parti tat-triq għal oħra. Skond informazzjoni li ġabret is-Sezzjoni ta` l-Infurzar, l-istess Kunsill ser jgħaddi biex jibda konsultazzjoni uffiċjali ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u mad-Dipartimenti responsabbli mit-Toroq u mit-Trasport sabiex tinstab soluzzjoni permanenti rigward id-differenza sostanzjali li teżisti bejn il-livelli fuq iż-żewġ partijiet ta` l-istess triq sabiex din tkun tista` tinfetaħ għat-traffiku. Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tikkonsidra li x-xogħol li sar temporanjament jikkwalifika bħala żvilupp permess taħt Klassi 3.1(i)(ii) tad-'Development Notification Order' (DNO) u ser tibqa` issegwi il-każ sa ma jkun hemm soluzzjoni permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu każi ta' abbuż mid-droga fix-xahar ta' Diċembru 2001? X'tip ta' droga u kemm inqabdet ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` Diċembru 2001 kien hemm 15-il każ konnessi ma` abbuż ta` droga.
It-tip ta` droga u l-kwantita` li nqabdet hi kif ġej:-
Cocaine 1 kg 955 grms
Heroin 395 grms
Cannabis Resin 9.9 grms
Ecstasy 1 tablet
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fil-Manikata matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija f'Burmarrad matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fl-Bugibba matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fil-Mosta matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fil-Bidnija matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fil-Mellieħa matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jinkrew il-ħwienet li hemm proġettati għal block B1, tas-Swatar H.E. billi minħabba f'dan hemm xogħol fuq rampi li ma sarx, u entratura li fil-maltemp tkun qisha swimming pool għad-dannu tar-residenti tal-block?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art li hemm fis-Swatar Housing Estate hija ta` l-Awtorita` tad-Djar u għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fir-Rabat, Malta matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Response (BORG, TONIO)
B`referenza għas-sittax (16) il-Mistoqsija (minn Nru. 30651 sa Nru. 30666) dwar każi rappurtati lill-Pulizija ta` serq minn stabbilimenti kummerċjali, minn djar residenzjali u minn karozzi f`diversi lokalitajiet, ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fl-Mtarfa matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fl-Mgarr matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fil-Qawra matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fl-Naxxar matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fl-Baħrija matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid sarx il-kuntratt bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u s-sid tal-lukanda l-ġdida fil-Marfa dwar l-art li kien żviluppa llegalment?
Jekk ma sarx, meta se jsir il-kuntratt dwar l-art in kwistjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tender għall-bejgħ ta` l-art fejn saret din il-lukanda għadu qiegħed jiġi aġġudikat mill-Kumitat tal-Kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati lill-Pulizija każijiet ta' l-użurafit-toroq f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?
Response (BORG, TONIO)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-użura għadha mhix reat fil-liġi kriminali tagħna.
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 7 persuni fuq każi ta` użura. Dawn kollha kienu Malta.
L-Abbozz pendenti quddiem il-Kumitat tal-Kamra, jintroduċi dan ir-reat u l-klawsola relattiva, li ġa ġiet approvata, tidħol fis-seħħ meta l-Abbozz jiġi approvat u jsir liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijit ta' swat fuq l-anzjani, rapurtati lill-Pulizija matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien in-numru ta' anzjani li tilfu ħajjiethom kawża ta' din il-moħqrija u terrur inaċċettabli? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-2001, kien hemm rappurtati 42 reat ta` ferita ta` natura ħafifa fuq l-anzjani. 5 każijiet oħra kienu reati oħra fuq il-persuna. Dawn ir-reati jinkludu inċidenti fil-familja u bejn membri tal-familja. Infurmat ukoll li fi 23 każ inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti, f`20 każ kien hemm talba sabiex ma jittieħdux passi kriminali mill-persuna mweġġa` stess, filwaqt li l-4 każi l-oħra għadhom qed ikunu nvestigati.
Infurmat ukoll illi ebda każ ma rriżulta f`mewt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li inqabdu f'Malta matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena li għaddiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm każ nhar l-1 ta` Novembru fejn dgħajsa tas-sajd kienet daħlet f`Paradise Bay b`57 persuna fuqha. Naturalment diversi persuni oħra tressqu l-Qorti talli kienu f`Malta illegalment; filwaqt li oħrajn ġew miċħuda li jidħlu f`Malta fil-punt ta` dħul fl-ajruport jew seaport.
Fil-fatt is-sena l-oħra kien hemm 2,266 persuna li ma tħallewx jidħlu mal-wasla tagħhom f`Malta, kif ukoll 735 persuna li ġew deportati.