Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sal-lum student tal-Junior College li jinsabu fl-ewwel sena u qed jagħmlu kors ta' l-IT f'livell intermedju għadhom mingħajr għalliem? Jista' jsir xi ħaġa ħalli din is-sitwazzjoni ma tibqax jew għallinqas tittaffa?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni ttieħdet dwar il-Junior Lyceum San Ġużepp li jinsab ġewwa Raħal Ġdid? Fejn se jmorru l-istudenti u l-għalliema ta' l-istess skola u minn liema sena skolastika?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ikun jista' jingħata meta jkunu deċizi d-dettalji rilevanti wara l-konsultazzjoni meħtieġa ma' min hu involut.
Jista' l-Ministru jgħid xi ħlas u kundizzjonijiet ser ikollhom id-Diretturi Ġenerali l-ġodda ta' l-edukazzjoni? Minn meta jibda jseħħ il-kuntratt u meta jiskadi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diretturi Ġenerali l-ġodda ta' l-edukazzjoni għandhom il-ħlas u l-kondizzjonijiet stabbiliti għal Diretturi Ġenerali fis-Servizz Pubbliku flimkien ma' allowance annwali ta' Lm2000 fil-kaz tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, u ta' Lm4000 fil-kaz tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat għall-Kwalita' u l-iStandards fl-Edukazzjoni in vista tal-kwalifiki u esperjenzi ta' l-uffiċjali rispettivi kif avzat fis-sejħa għal applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fl-iskola C. Anthony Valletta f'Birkirkara għad m'hemmx counsellor għal 700 tifel u tifla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kulleġġ li fih hemm l-iskola msemmija ta' B'Kara ġie assenjat Counsellor fil-bidu tas-sena skolastika biex jagħti servizz kemm fl-iskejjel Primarji u anke fl-iskejjel Sekondarji. Bħalissa l-iSchool Counsellors għandhom direttiva mill-Union li tirraprezentahom biex jagħtu servizz skond il-job description li kellhom qabel l-iffirmar ta' l-aħħar ftehim. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qiegħed f'diskussjonijiet mal-Union dwar il-ftehim tas-17 ta' Lulju 2007.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28820 u jara x'inhi r-raġuni li l-istudenti Group 4 l-ewwel sena tal-Junior College għadhom mill-bidu tas-sena akkademika mingħajr għalliem tal-IT fil-livell intermediate? Meta se jintbagħat dan l-għalliem biex l-istudenti ma jibqgħux imċaħħda min għalliem ta' l-IT?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-1 ta' Ottubru, 2007, wieħed mill-għalliema tal-Computing/I.T. impjega ruħu post ieħor. Ħarġet aplikazzjoni għal post fil-Computing/I.T. fil-5 ta' Ottubru, 2007 u saru l-intervisti fit-30 ta' Ottubru, 2007. Informat ukoll li sadanittant irrizenja għalliem ieħor ta' l-I.T./Computing. Il-persuna li ġiet l-ewwel fl-interviews irrifjutat l-ħatra, u z-zewġ persuni li ġew wara fil-lista ta' dawk li ġew magħzula kienu offruti l-post. Hemm perjodu ta' notice li wieħed ikollu jagħti qabel jieħu l-ħatra l-ġdida fil-Junior College.
Jista' l-Ministru jgħid:
Liema kumpanija Maltija tas-sajd talbet il-permess lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) biex timpjega lil Liu Chang f'Mejju li għadda?
Meta d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali skrutinizza l-kuntratt tax-xogħol mogħti lil Liu Chang u lil ħaddiema Ċiniżi oħra bħalu li ġew impjegati ma' din l-istess kumpannija tas-sajd?
Id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali vverifika li dan l-employer żamm mal-kuntratt tax-xogħol li Liu Chang u oħrajn kellhom mal-kumpanija tas-sajd imsemmija?
X'kienu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u salarju li Liu Chang u ħaddiema Ċiniżi oħra ngħataw minn din il-kumpanija?
Liu Chang u l-ħaddiema Ċiniżi bħalu kienu inxurjati mill-kumpanija?
Il-kumpannija li mpjegat lil Liu Chang u l-ħaddiema Ċiniżi ħallset il-kontribuzzjonijiet soċjali ta' dawn il-ħaddiema?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid ma' liema kumpanija kien rreġistrat fl-ETC li kien qed jaħdem iċ-Ċiniż Liu Chang Hua meta ddaħħal l-isptar fit-3 ta' Awissu 2007 minn emoroġija celebrali waqt li kien qiegħed jaħdem fuq il-vapur tas-sajd Degre?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol minn dawn il-lokalitajiet: L-Isla, Bormla, il-Birgu, il-Kalkara, Wied il-Għajn, Iż-Żejtun, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Ix-Xgħajra u Marsaxlokk, lokalita b'lokalita? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond is-sess?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jaf il-Ministru li ż-żgħażagħ li jbatu mill-kundizzjoni tad-dyslexia u li se joqogħdu għall-eżamjiet tal-Matsec O level mhumiex se jingħataw l-faċilita' ta' reader kif kienu jingħataw sa madwar sentjen ilu? Jista' jgħid għaliex? Jaf li dawn iż-żgħażagħ se jkunu preġudikati wara snin sħaħ ta' studju u għaldaqstant se jaqgħu lura? Jista' għaldaqstant jidħol fil-każ biex din il-problema serja għal dawn iż-żgħażagħ tkun solvuta bl-azzjoni meħtieġa?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum, u f'każ li fl-affermattiv, kemm il-mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-mobile phones li nxtraw fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Impjiegi, fid-dekasteru u l-enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum huma:
Nokia 1112 LM 27.00
Nokia 1112 LM 27.00
PDA (Sony Ericcson) LM260.00
(PDA) FOR 022.07 LM299.00
Sagem LM 69.00
Vodaphone 225 LM 18.00
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x'ċilindrata għandha l-karozza f'kull każ separtament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għal kemm żmien?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tiġi leased Mercedes Benz E220 għar-rata ta' Lm350 fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-manutenzjoni tal-karozza tiegħu bħala Ministru u s-second car separatament minn Jannar 2007 sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-karozza tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Impjiegi hi tal-kiri, u l-manutenzjoni ssir mill-kuntrattur.
Informat ukoll li l-ispiza fuq manutenzjoni fuq is-second car bejn Jannar 2007 sal-lum kienet ta' Lm 262,99ċ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjal jew għal użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x'tip ta' karozza, l-prezz u x'ċilindrata huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-karozzi ġodda li nxtraw għall-uzu uffiċjali jew għall-uzu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum huma Volkswagon Polo 1200cc, swiet Lm 5100, u li nxtrat għal Direttur. Ħdax-il karozza tat-tip Chevrolet Kalos, b'ċilindrata ta' 11500cc li swew Lm 3500 kull waħda, u nxtraw għall-uzu ġenerali. Karozza tat-tip Citroen C3, b'ċilindrata ta' 1000cc li tiswa Lm 5,700 għall-uzu taċ-Chairman ta' l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi. Nxtrat ukoll karozza tat-tip Renault Megane għal użu tac-chairman tal-Korporazzjoni għall-Xogħol u Taħriġ, b'ċilindrata ta' 1461cc li tiswa Lm9575.
Jista' l-Ministru jara li jinħarġu linji ta' gwida lit-tfal ta' l-iskola dwar l-użu tas-servizz 179 biex ma jsirx abbuż minnu għaliex ħafna drabi jsiru rapporti li allegatament ikunu skorretti u inġusti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-servizz tal-179 jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali. Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Xogħol għandu servizz jismu 'Child Safety Services' li joffri servizz għall-iskejjel fuq l-abbuz tat-tfal. Fost il-funzjonijiet ta' programmi ta' prevenzjoni għall-istudenti u f'dawn il-programmi jiġi spjegat l-uzu tal-179.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28670 u cioe' : Peress li rċevejt ilmenti minn ġenituri li wliedhom imorru l-iskola primarja ta' Lija/Balzan dwar il-fatt li l-iskola tiftaħ biss fit-8.20 ta' filgħodu biex jiddaħħlu t-fal, jista' l-Ministru jara li l-iskola tinfetaħ aktar kmieni biex it-tfal ma jibqgħux barra fi triq pubblika bil-perikli kollha li hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola ta' Lija/Balzan tibda fit-8.30 am. Billi ma nstabu ebda għalliem/a biex j/tieħu ħsieb it-tfal li jaslu bit-trasport għal ħabta tat-8.00 am, l-iskola tiftaħ il-bibien fit-8.20 am. Tajjeb jingħad li t-triq ta' quddiem l-iskola tkun magħluqa għat-traffiku fil-ħin tad-dħul u ħruġ tat-tfal.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28610, jista' l-Ministru jgħid jew ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kif huma komposti dawn il-bordijiet fil-preżent u kien kienu qabel sar dan it-tibdil?
Response (GALEA, LOUIS)
Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra stante li l-proċess biex tinġabar l-informazzjoni jeħtieġ ċertu żmien.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar petizzjoni li saret minn studenti ta' l-MCAST (Part 66 Cat A Aircraft Maintenance Licence) dwar il-kundizzjonijiet tagħhom ta' matul is-sena waqt l-on job training?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li jġibu l-petizzjoni għall-għarfien tiegħi.