Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħ'Attard — Reserved parking

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 809, jista' il-Ministru jgħid għaliex id-direttorat għall-immaniġjar tat-traffiku mhux f'pożizzjoni li jawtorizza post riservat għall-użu tal-minibus li twassal it-tfal għad-dutrina? Jista' jitlob lid-direttorat biex jerġa' jikkonsidra d-deċiżjoni tiegħu minħabba l-fatt li Triq Ħal Warda hi triq perikoluża, traffikuża u jkun hemm parking matul it-triq kollha li jagħmilha diffiċli, jekk mhux impossibbli, li l-minibus iwassal u jwaqqaf lit-tfal viċin ta' Dar it-Tagħlim Nisrani? Ma jaħsibx il-Ministru li parking temporanju għal minibus fil-ħin tad-dutrina jagħmel dan l-ambjent għat-tfal aktar san u sikur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser nitlob lid-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku jerġa jikkunsidra din it-talba.

Eġittu — Ajruplan tal-flash airlines

Question

Fid-dawl tat-tħassib li nqala' f'diversi pajjiżi Ewropej dwar il-kwestjoni ta' l-air safety wara l-crash ta' l-ajruplan tal-flash airlines f'Sharm El Sheikh fl-Eġittu, jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet lokali wrewx tħassib jew anke waqqfu third country aircraft li jtir lejn u minn pajjiżna minħabba safety standards inadegwati? Jekk iva, liema kienu l-airlines ikkonċernati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili bħala proċedura jipproċessa applikazzjonijiet minn airlines li jixtiequ jinżlu Malta u jikkontrolla ċ-ċertifikati bażiċi ta' l-operatur u ta' l-ajruplan ikkonċernat qabel ma jingħata l-permess li jinżel Malta. Fortunatament ma kellniex applikazzjonijiet minn airlines biex iġorru passiġieri minn u lejn Malta li kien hemm xi dubju fuq is-safety standards tagħhom.

Żejtun — Triq il-Ħerba

Question

Jista' il-Ministru, permezz tad-dipartiment tat-toroq, jispjega għaliex Triq il-Ħerba, fiż-Żejtun f'dawn l-aħħar xhur inqalgħet biex jitħaffru trinek għad-dawl u wara reġgħet inqalgħet biex isiru trinek għall-ilma? Veru li din it-triq issa se terġa' tinqala' mill-ġdid biex isiru trinek oħra , aktarx tat-telefon? Kemm-il darba nqalgħet din it-triq f'din l-aħħar sena u min ħallas għal kull biċċa xogħol? Jista' ġentilment jirrispondi għal kull mistoqsija separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ħaż Żabbar — Triq Bieb is-Sultan

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jaġġornani x'sar fuq il-parti tat-Triq Bieb is-Sultan, Żabbar, liema parti għadha ma ġietx imwessgħa u miftuħa? Billi ġejt assigurat diversi drabi, anke f'dan il-Parlament, li beda l-proċess biex tiġi esproprjata l-parti tat-triq mhux miftuħa, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess u jagħtini n-numru ta' riferenza?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-passi ta' esproprijazzjoni qegħdin jittieħdu mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u għal aktar informazzjoni l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żejtun — Triq tal-Barrani - traffic lights

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari li għamilt ftit żmien ilu rigward it-traffic lights fi Triq tal-Barrani, Żejtun, inti u ħiereġ miż-Żejtun, possibbli l-Ministru jinfurmani jekk dawn il-lights hux se jsiru b'sejħa għal tender? Jekk iva, it-tender ħarġet? Jekk iva, meta ħarġet u meta tagħlaq? Jekk le, għaliex għadha ma ħarġitx meta dan il-post hu ferm riskjuż? Jista’ l-Ministru jinfurmani meta se jsir dan ix-xogħol? Jista’ l-Ministru ġentilment iwiegeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Kuntratti qiegħed fl-aħħar stadju biex jippublika s-sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol.

Siġġiewi — Triq Dun Ġuże' Delia

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet li kienu bdew fi Triq Dun Ġuże' Delia, fis-Siġġiewi waqfu nofs leħja tant li l-parti ta' isfel tat-triq għadha ma ġietx asfaltata? Jista' jara li x-xogħlijiet jiġu ffinalizzati ħalli jiġi evitat kull inkonvenjent għar-residenti? Jekk fl-affermattiv, meta??

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi xogħol f'din it-triq ikun jista' jsir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Direttorat wara li ssir l-espropjazzjoni ta' biċċtejn art li qed jimblukkaw din it-triq.

Ħal Qormi — Triq tal-Ħandaq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2969, jista' il-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport għamlitx spezzjoni f'din it-triq? Jekk iva, x'irriżulta? Jekk le, meta se ssir din l-ispezzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi s-sena li għaddiet kienet saret spezzjoni f'dawn l-inħawi u nstab li t-triq għandu bżonn isirilha xi patching, u li fil-fatt sar. Fil-preżent it-triq qed terġa tiġi patched peress li tfaċċaw aktar potholes wara l-maltemp.

Low cost air lines/charters

Question

Jista' il-Ministru jinformani jekk mill-1 ta' Mejju nies Maltin li l-vjaġġ tagħhom jibda minn Malta, ikunu jistgħu jagħmlu użu minn airlines li huma low cost jew charters, kemm bl-AirMalta jew b'airlines barranin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fl-ewwel ta' Mejju 2004 Malta taddotta r-Regolamenti ta' l-Unjoni Ewropeja magħrufa bħala it-Third Package. Dan ifisser illi kull airline stabbilita f'pajjiż tal-EU, inkluż allura anke dawk Maltin, jistgħu joperaw minn Malta għal kull ajruport/belt fl-EU bi dritt. Naturalment dan ma jkunx possibli għal kull ajruport minħabba limitazzjonijiet tekniċi u ta' kapaċita' (slots). Ta' min wieħed jgħid illi l-low cost carriers li prinċipalment ġew stabbiliti fl-Ingilterra, l-Irlanda u l-Germanja anke llum jistgħu joperaw għal Malta taħt l-air service agreements li jeżistu bejn Malta u dawn il-pajjiżi. Wara l-ewwel ta' Mejju dawn it-tip ta' airlines jistgħu jibdew joperaw minn Malta għal kull pajjiż ieħor tal-EU. Jekk dawn il-low cost carriers jibdew jaħdmu f'Malta, il-Maltin jistgħu jagħmlu użu minnhom. Anke fir-rigward taċ-charter flights, ta' min jgħid illi mill-ewwel ta' Mejju l-Maltin ikunu jistgħu jibdew jixtru seats fuq dawn it-titjiriet.

Dipartiment tat-toroq — Każ bil-file No. RD85/2000

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2460 u cioe' jista' il-Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas dovut fil-każ RD85/2000?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 2460.

Ħal Luqa — Triq Pietru Saliba

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Pietru Saliba f'Ħal Luqa tingħata t-tarmac? Hemm xi pjan meta din tista' issir? Jekk it-triq baqagħlha ċertu żmien biex issir, jista' il-Ministru jikkonsidra illi għalqa esproprjata fit-tarf ta' din it-triq tinfetaħ sabiex l-ilma ma jibqax jaffettwa ħażin il-garaxxijiet u r-residenzi ta' l-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tal-kuntratturi li ġew short listed għax-xogħol li jrid isir fuq it-toroq bil-fondi tal-Protokol Taljan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kuntratturi mitluba mill-Onor. Interpellant.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa kapitali li saret fuq it-toroq matul din is-sena? Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa skond it-triq li ntnefqu fuqhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi peress li issa wasalna fl-aħħar tas-sena u l-accounts tad-diversi voti tat-toroq ikunu qed jingħalqu bil-konsegwanza li l-pagamenti li jkunu qedgħin jiġu pproċessati ma' jkunux jistaw jirrefletu n-nefqa anwali, l-informazzjoni mitluba tkun tista tingħata wara l-għeluq ta' dawn l-accounts fl-aħħar tas-sena u reconciliation exercise li jsir mad-Dipartiment tat-Teżor.

Gudja — Ta' Xlejli - Xogħol ta' asfaltar

Question

Jogħġbu l-Ministru jinformani x'qiegħed iżomm ix-xogħol ta' asfaltar fl-area ta' Xlejli fil-Gudja li jibda wara li l-kuntratt ta' għoti ta' fondi mill-awtorita' tat-trasport ġie ffirmat mill-kunsill lokali tal-Gudja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hija ntenzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gudja li t-tender għax-xogħol ta' rikostruzzjoni tat-toroq fl-area ta' Xlejli, tkun tinkludi wkoll tħaffir u bini ta' ġibjun għal ilma tax-xita li jinġabar fl-inħawi. Għaldaqstant filwaqt li tqabbad kuntrattur biex jagħmel site investigation sabiex jiġi stabilit x'tip ta' ġibjun għandu jsir, huwa l-ħsieb tal-Kunsill Lokali illi hekk kif dan jiġi stabilit, toħroġ tender waħda kemm għar-rikostruzzjoni tat-toroq kif ukoll għal bini tal-ġibjun.

Triq il-Palazz l-Aħmar — Santa Venera

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbena mill-ġdid Triq il-Palazz l-Aħmar, Santa Venera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed timplimenta programm ta' asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Birkirkara — Kuntratt għaż-żamma tas-soft areas

Question

Jista' il-Ministru jieħu dawk il-passi li jidhirlu xierqa biex ikun assigurat li l-kuntrattur li ħa x-xogħol għaż-żamma tas-soft areas fi Triq Salvu Psaila Birkirkara u Triq il-Ferrovija l-Qadima Santa Venera jżommhom kif suppost b'siġar u pjanti ħajjin u mingħajr ħaxix ħażin? Jista' il-Ministru jara li jsiru l-bus shelters kif ippjanati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta biex biex tara x'jista jsir.

Żejtun — Triq tal-Barrani

Question

Jista' il-Ministru jinfurmana għaliex sal-lum għadha ma ħarġitx is-sejħa għall-offerti sabiex isiru traffic lights fi triq tal-Barrani kantuniera ma' Vjal 25 ta' Novembru Żejtun? Jista' il-Ministru jgħidilma d-data ta' meta se toħroġ l-offerta?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 3170.

Żejtun — Triq Tal-Barrani - traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'żamm il-proċess tat-tendering għat-traffic lights fit-Triq tal-Barrani, fiż-Żejtun? Jista' jgħid meta se jkun lest il-proċess ta' tendering ħalli x-xogħlijiet jibdew mill-aktar fis possibbli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat illi id-dokumenti neċessarji ntbagħtu lid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex tkun tista' tiġi ppublikata s-sejħa għall-offerti.

Ajruplani/vapuri tal-gwerra — Użu mill-faċilitajiet tal-portijiet Maltin

Question

Matul din is-sena, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm każi fejn gvernijiet ta' pajjiżi oħra talbu li l-ajruplani u l-vapuri tal-gwerra tagħhom jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-portijiet ta' l-ajruport tagħna u ġew irrifjutati? Jekk iva, liema gvernijiet kienu dawn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-talbiet biex ajruplani militari u vapuri navali jidħlu f'Malta jsiru lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla — Servizz ta' trasport pubbliku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 618, peress li l-Ministru qal li ilha x-xhur teżisti, meta fil-fatt din ilha biss ftit xhur, jista' jara li tintlaqa' it-talba tar-residenti ta' Triq W. Rosato Bormla u din ir-rotta tibda tgħaddi minn San Ġwann t'Għuxa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmatli diġa teżisti rotta numru 6 bejn il-Belt Valletta u l-Birgu u viċi versa, via San Gwann t'Għuxa.