Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kont li qed jintbagħat separatament ħareġ fuq il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament meta dan ilu ma jgħix f'dan il-fond aktar minn 14-il sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li skond il-file, il-konsumatur kien applika biex jitneħħa l-arloġġ tad-dawl fil-31 ta' Awissu 1995, imma għall-arloġġ ta' l-ilma ma' nstabet l-ebda applikazzjoni biex jitneħħa l-arloġġ.
Is-servizz ta' l-ilma ġie maqtugħ fil-21 ta' Diċembru 1999.
Il-kont pendenti li jammonta Lm131.68 huwa kompost minn Lm13.39 elettriku, sakemm inqala l-arloġġ u Lm118.29 għal-kirjiet ta' l-arloġġ ta' l-ilma li għadu nstallat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u seconded ħaddiema mal-WSC mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum? F'liema grad ġew impjegati u minn liema dipartimenti ġew seconded?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mill-1 ta' Jannar 2004 sas-7 ta' Mejju 2004 ġew seconded/mislufa sitt (6) ħaddiema mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mill-Maltapost fil-grad ta' skrivan.
Ma kien hemm l-ebda mpjieg ġdid fil-perjodu msemmi.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-privatisation unit ma sabitx vijabbli l-interess li wrew fil-privatisation tal-freeport id-Dubai ports authority?
X'inhi l-pożizzjoni strateġika tal-gvern f'dan il-proċess? Il-gvern iħoss li jagħmel sens li l-privatizzazzjoni ssir favur linja ta' shipping aktar milli lill-port operator internazzjonali?
Meta jinstab operatur ġdid għall-freeport, dan se jkompli bl-arranġamenti eżistenti mal-cargo handling company ltd?
Jekk il-gvern se jinnegozja ma' shipping line, x'salvagwardi se jkun hemm biex jiġi żgurat li shipping lines oħrajn ikunu jistgħu joperaw b'mod adegwat mill-freeport?
Il-gvern qed jippjana tibdil fil-port worker regime qabel ma jikkonkludi l-privatizzazzjoni tal-freeport?
Huwa minnu li d-ditta CMA-CGM qegħda thedded lill-gvern li titlaq mill-freeport jekk ma tingħatalhiex il-konċessjoni tal-privatizzazzjoni tal-management tal-freeport?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li id-Dubai Ports ma kienux wrew interess fil-bidu tal-process u ma tefgħawx offerta. Meta ricenti dawn wrew interess, il-Privatisation Unit qaltithom li l-process originali kien għadu għaddej mal-kumpanija li kienet ġiet identifikata u għalhekk ma kienx possibbli li f'dan l-istadju jiftaħ xi trattattivi mad-Dubai Ports.
Il-Gvern kontinwament għamilha cara li min jirbaħ il-koncessjoni biex iħaddem il-Port irid jipprovdi a 'Common user facility'. Barra min hekk l-kumpanija li magħha qegħdin isiru n-negozjali ser ikollha tqabbad port operator internazzjonali biex tħaddem il-Port.
Il-Gvern qatt ma ġie mhedded min ħadd u zgur ma ghandux din it-theddida mis-CMA/CGM.
Deciżjoni dwar il-mistoqsijiet fuq il-Cargo Handling u l-Port Worker regime, għad trid tittieħed wara evalwazjoni tas-sitwazzjoni.
Xewkija, Għawdex — Mġarr ix-Xini - provvista ta' elettriku
Question
Peress illi l-bdiewa li jaħdmu r-raba' imsejħa ''Ta' l-Għama ta' Fuq'' f'Imġarr ix-Xini limiti tax-Xewkija ilhom għal diversi snin jitolbu biex fl-inħawi jkollhom provvista ta' l-elettriku, jista' il-Ministru jara li l-ilmenti ta' dawn in-nies jiġu ndirizzati u jgħid jekk u meta se jingħataw din il-faċilita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li fl-inħawi msemmija l-Enemalta għandha applikazzjoni waħda li għaliha saret stima iżda din qatt ma ġiet imħallsa. Għalhekk ebda xogħol ma jista' jinbeda.
Peress illi l-iskart minn Għawdex għal Malta qed jinġarr bil-vapuri tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet u miżuri qed jittieħdu minħabba l-iġjene u kontra t-tixrid ta' bacteria fuq il-vapuri? Jista' wkoll jgħid jekk hux qed issir disinfezzjoni regolari kemm a benefiċċju tal-ħaddiema kif ukoll tal-passiġġieri? Ma jaħsibx il-Ministru li l-iskart għandu jinġarr separatament mill-passiġġieri?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-kumpanija Gozo Channel ħejjiet diversi kundizzjonijiet li jridu jiġu osservati meta jinġarr l-iskart domestiku fuq il-vapuri tagħha. Dawn jinkludu:
- l-vettura li qiegħdha ġġorr l-iskart għandha tiġi diżinfettata qabel ma tħalli l-impjant, sabiex titla' fuq il-vapur.
- il-kontejner li fih jinġarr l-iskart għandu jingħata numru uniku li jista' jintgħaraf faċilment, għandu jkun issiġillat sabiex la toħroġ riħa u lanqas ebda likwidu minnu, u sabiex l-iskart ma jkunx jidher.
- jekk l-iskart li jkun qed jinġarr ikun fih sustanzi jew oġġetti li huma rregolati u jaqgħu taħt il-kodiċi ta' l-IMDG, għandhom jitwaħħlu tabelli distintivi u appożiti mal-kontejner skond il-kodiċi ta' l-IMDG u l-istandards u l-liġijiet ta' l-Ewropa.
Minn naħa tagħhom, l-Inġinier responsabbli ta' l-impjant ta' l-iskart f'Ghawdex irid jiżgura u jiċċertifika li l-ġarr ta' l-iskart qed isir skond l-istandards applikabbli u l-liġijiet ta' l-Ewropa.
Għawdex — Bini ta' impjant tat-trattament tad-drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' ħlas se toħroġ l-Unjoni Ewropea għax-xogħol tal-bini ta' l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-persentaġġ ta' ħlas li l-Unjoni Ewropeja ser toħroġ għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex jammonta għal madwar ħamsin fil-mija (50%) ta' l-investiment kapitali tal-proġett.
Vapuri tal-Gozo Channel — Ħaddiema li jaħdmu fil-catering
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li qegħdin jaħdmu fil-catering fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u li huma impjegati mal-persuna li fil-preżent għandha l-kuntratt tal-catering fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kuntrattur privat jagħti servizz tal-kafetterija lil GCCL.
Il-kuntratt li jirregola l-għoti ta' dan is-servizz ġie estiż sa l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena. Wara dik id-data, huwa mistenni li l-kumpanija tuża r-riżorsi interni tagħha biex topera l-kafetterija.
Ħ'Attard — Riħa ta' drenaġġ quddiem l-isptar Monte Carmeli
Question
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4776 li tittrattta dwar riħa ta' drenaġġ fit-toroq ta' quddiem l-isptar Monte Carmeli, jista' il-Ministru jinvestiga minn xiex qed jistadd regolarment il-main in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Minsitru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, daħlet fl-ingaġġ tal-Malta maritime authority mingħajr il-kwalifiki rikjesti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 5252 u cioe' jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ?
Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament: a) hux impjegat tal-Maltacom; b) jekk fl-affermattiv, hux eżenti milli jilbes l-uniformi; c) jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li hu jkun il-ġurnata kollha jservi ġewwa bottegin; d) jekk fl-affermattiv u jirriżulta li dan ma jattendix għax-xogħol, x'inhi r-raġuni li jibbenefika għall-allowances u l-benefiċċji kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-P.Q. 1130.
Jista' il-Ministru jgħid kemm twaħħlu CCTV cameras fil-kuriduri u fil-bini tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma f'Ħal Luqa? Jista' jgħid x'użu hemm għal dawn il-cameras fil-partijiet tal-bini li jintużaw biss mill-ħaddiema tal-korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba hi ta' natura kunfidenzjali għaliex tirrigwarda sigurta'.
Għaldaqstant mhix informazzjoni li tista' tingħata pubblikament.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa l-ministeru biex tissolva l-problema ta' ilma jew drenaġġ dieħel ġewwa l-fond imsemmi li għandha l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li tissolva għal darba u għal dejjem din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għal mistoqsijiet Parlamentari 3072 u 4155.
Jiena nfurmat li testijiet li saru sussegwentement mill-Ispettur Sanitarju ikkonfermaw li l-ilma msemmi mhux ġej mis-sistema tad-drenaġġ.
Għaldaqstant ladarba l-ilma li dwaru hemm ilment mhux ġej la mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma u anqas mis-sistema tad-drenaġġ, ma jidhirx li dan il-Ministeru hu f'pozizzjoni li jwieġeb għall-aħħar parti tal-mistoqsija.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 5240 u cioe' jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tal-full development permits għall-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex u fil-Mellieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li s'issa l-MEPA ħarġet permess 'outline' għall-Impjant t'Għawdex li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. L-'outline permit' għall-proġett tal-Mellieħa misteni jkun approvat fi żmien sitt ġimgħat oħra.
Għadhom ma saru l-ebda applikazzjonijiet għal 'full permit' lill-MEPA fuq il-proġetti msemmijja. Dawn ser isiru mill-Water Services Corporation wara li jingħataw it-tenders u qabel jibdew ix-xogħolijiet attwali.
Din il-procedura qed tkun addottata għax il-kuntratti huma tat-tip 'Design and Build' u għalhekk huwa kmieni wisq, f'dan l-istadju, biex wieħed iforni lill-Mepa b'disinn iddettaljat.
Mosta — Triq il-Fortizza - Stabbilimenti li jenħtieġu servizz tad-drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li s-servizz nazzjonali tad-drenaġġ jingħata lill-istabbilimenti kummerċjali li joperaw fi Triq il-Ġdida fi Triq il-Fortizza, fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li bħalissa qed tinbena il-pumping station li hi neċessarja biex l-istabilimenti msemmija jkollhom serviżż tad-drenaġġ. Din hi ppjanata li tibda topera sa l-aħħar ta' Mejja 2004.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu maqtugħ il-meter ta' l-ilma u tad-dawl tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għaliex qed ikompli jogħla l-kont ta' l-ilma u tad-dawl meta dan l-istess konsumatur m'għandux ilma u dawl? Meta ġie maqtugħ il-meter, kemm kien il-kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-provista tad-dawl ta' l-inkwilin imsemmi, inqatgħet fit-30 ta' Ġunju 2000 u l-bilanċ dak in-nhar kien ta' Lm 232.93.
Il-provista ta' l-ilma ta' l-istess inkwilin nqatgħet fit-18 ta' Settembru 2002 u l-bilanċ dak in-nhar kien ta' Lm373.10.
Minkejja li l-provista ta' l-elettriku kienet maqtugħa, ħarġu xi stimi ta' konsum. Dawn se jiġu aġġustati għall-kirjiet ta' l-arloġġ biss. B'din ir-reviżjoni, wara li tiġi approvata mill-Enemalta, l-kont se jitnaqqas bl-ammont ta' Lm 255.39.
Għaldaqstant il-bilanċ dovut għandu jkun ta' Lm370.43.
Ta' min iżid li l-aħħar pagamnet li sar fuq dan il-kont kien fit-3 ta' Diċembru 1998.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jitħallas il-kont tad-dawl tal-parti komuni tal-Binja tal-gvern f'Bormla li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Lil min qed jiġi mibgħut il-kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mir-records tal-WSC jidher li hemm tlett kontijiet li jippartienu lill-parti komuni tal-Binja tal-gvern f'Bormla.Dawn il-kontijiet qed jintbagħtu lil-Lands Department . L-aħħar pagament sar fil-21 t'Awwissu 2003.
Enemalta — Ħsara ta' arloġġ tad-dawl f'residenza privata
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għar-rigward tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara li kienu huma stess li rrapportaw li l-arloġġ tad-dawl kien bil-ħsara, u wara li minn kont totali ta' Lm700 dan tniżżel għal Lm371.49, u wara li l-aħħar kont kien ta' Lm25, il-korporazzjoni Enemalta xorta qegħda tesiġi l-ħlas ta' Lm371.49 meta dan xorta huwa wieħed għoli meta mqabbel mal-kont aħħari li hu ta' Lm25?
Jista' jara li din il-familja ma tkunx imġegħla tħallas flejjes li ma jkunux verament dovuti għal servizz li qatt ma għamlu użu minnu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li saru diversi testijiet fuq l-arloġġ tad-dawl tal-inkwilin imsemmi u nstab li kien qed jaħdem bil-mod. Kien hemm wkoll kontijiet maħruġa fuq stima zbaljata li saret mill-inkwilin u oħra li saret mill-Enemalta. Saru aġġustamenti necessarji.
Barra minn hekk huwa irrakomandat li l-konsumatur imur l-Enemalta biex jiddiskuti l-kas tiegħu dwar l-bilanc dovut.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari preċedenti rigward il-bini ta' impjant għat-trattament tad-drenaġġ permezz tal-fondi mill-protokoll Taljan, jista' il-Ministru jgħid: i) meta l-Gvern Taljan ħareġ sejħa għall-expression of interest għall-kumpanniji Taljani interessati f'dan ix-xogħol? ii) kemm-il kumpannija rrispondiet għal din is-sejħa? iii) liema kienu l-kumpanniji li wrew interess?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena infurmat li saret sejħa għal 'expression of interest' permezz ta' l-Ambaxxata Taljana, fit-3 ta' Marzu, 2004.
Din is-sejħa għalqet fit-22 ta' Marzu, 2004, id-data meta lista ta' 15-il kumpanija ġiet iffinaliżżata.
Ma sar l-ebda proċess ta' 'shortlisting ' u l-kumpaniji kollha ser jingħataw iċ-ċans li jitfgħu offerta.