Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tal-corned beef li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tar-ross li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tal-ġobon cheddar li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tal-ġobon Edam li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' il-Ministru jara li l-parti ta' ġewwa ta' Triq Ġdida fi Triq il-Gandlora, Żebbuġ tiddawwal b'mod adegwat għax mal-lejl ikun hemm dalm ċappa u peress li t-triq għadha ma saritx, qiegħda tagħti lok għal ħafna inċidenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Jista' il-Ministru jara li jeħlu żewġ bozoz jew dawl ieħor suffiċjenti sabiex Triq Baptist Borda, Kalkara quddiem il-pjazza tiġi mixgħula u mdawla aħjar milli hija preżentement?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fit-triq indikata hemm dawl adekwat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 38008 u cioe' jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kumpannija Maltacom mhux qed tagħti aktar is-servizz tat-telecare lil applikanti l-ġodda? Jista' jgħid xi problema hemm mal-gvern jew aħjar mad-Dipartiment tal-Politika Soċjali li huma responsabbli li jħaddmu dan is-serivzz? Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont miftiehem u jekk l-upgrading neċessarju hux qed isir ħalli applikanti ġodda jingħataw dan is-servizz?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-abbonati tas-servizz tat-Telecare ilaħħqu 8,401 waqt li hemm 301 applikant ġdid.
Fil-preżent il-Maltacom qed tiddiskuti l-possibilta' li żżid in-numru ta' abbonati minn massimu ta' 8,500 għal 9,000. Fil-fatt diġa' daret ordni għal 250 telefon tat-Telecare li mistennija jaslu Malta fil-ġimgħat li ġejjin.
Kemm qed jiswa lill-Korporazzjoni Enemalta l-additive li jkollu jintuża ma' petrol bla ċomb (Lead replacement petrol or LRP) f'karozzi li jużaw petrol biċ-ċomb?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-Korporazzjoni Enemalta li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għalqu fabbriki mill-1998 sal-lum u kemm kienu l-ħaddiema li tilfu xogħol? Jista' jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda fl-istess żmien u kemm ħadmu ħaddiema magħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għall-perjodu Settembru 1996 - Settembru 2001, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 36006 waqt is-Seduta numru 800.
L-informazzjoni mitluba għall-perjodu Settembru 2001 - Settembru 2002 hija kif ġej:
Impjiegi ġodda fis-settur privat tal-manifattura: 671
Impjiegi li spiċċaw minħabba irtirar, riżenji u sensji: 817
Bidla totali: -146
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tad-dqiq li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern ta' l-għalf li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tal-ġobon li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tat-trabb tal-ħalib xkumat li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern tal-butir li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu l-prezz intern u estern taċ-ċanga tal-friża li ġie negozjat bejn il-Gvern u l-UE sabiex fuqu ħareġ l-istate aid temporanju mill-Gvern Malti ħalli wara sħubija ma jinħass il-prezz għoli ta' dan il-prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38140 waqt is-Seduta numru 856.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi trattattivi sabiex tinbieh Manoel Island Yacth Yard u jekk fl-affermattiv ma' min qed isiru dawn it-trattativi u jekk hemmx Maltin jew barranin involuti f' dawn it-trattativi? Saret xi sejħa biex tinbieh Manoel Island Yacth Yard? Qatt irċieva xi offerti minn imprendituri Maltin li wrew interessi li jixtru xi sehem minn Manoel Island Yacth Yard?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li sa mill-1997 it-Tarzna kienet ħarġet sejħiet għal espressjoni ta' interess dwar Manoel Island Yacht Yard. L-ebda waħda mill-proposti li kienu saru ma kienet meqjusa bħala favorevoli. Bħalissa t-Tarzna ma qed tevalwa ebda espressjoni ta' interess.
Jikkonferma il-Ministru li MDC ser tispiċċa? X'ser jsir minfloka? X'ser isir mill-ħaddiema preżenti? Se jitilfu posthom? Ser jidħlu ħaddiema ġodda? Xi żviluppi hemm?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diġa' kelli l-opportunita' ngħid,anke f'din il-Kamra, bħalissa qed titwaqqaf entita' ġdida bl-isem ta' Malta Enterprise. Din ser tinkorpora b'mod integrat il-funzjonijiet li bħalissa jkopru l-MDC, il-METCO u l-IPSE.
Hemm il-ħsieb li din l-entita' ġdida tiġbor fiha l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema li bħalissa jaħdmu f'dawn it-tlitt organizazzjonijiet. Mhuwiex il-ħsieb li jiġu ingaġġati ħaddiema ġodda, jiġifieri minn barra dawn it-tlitt organizazzjonijiet, jekk mhux f'dawk il-każijiet fejn ħadd mill-impjegati tat-tlitt entitajiet eżistenti ma jinstab idoneu biex jimla l-vakanzi identifikati fil-Malta Enterprise. Dan mhux mistenni li jkun meħtieġ jekk mhux f'xi ftit mill-pożizzjonijiet l-aktar f'dawk tekniċi jew maniġerjali l-aktar għolja.
Il-ħaddiema ta' l-MDC, l-METCO u l-IPSE diġa' ingħataw il-garanzija li ħadd minnhom mhu ser jispiċċa bla xogħol. Dawk il-ħaddiema li għal xi raġuni ma jsibux post fl-entita' l-ġdida, ser jinstabilhom xogħol alternattiv fis-settur pubbliku bl-istess paga bħalma għandhom fil-preżent.
Bħalissa qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet u qed isiru l-intervisti għall-għażla biex jimtlew il-vakanzi fil-Malta Enterprise. Il-ħaddiema fit-tlitt azjendi involuti ġew infurmati dwar dan.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37825 li riċentement saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' b'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-import tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq il-laħam aħmar u abjad impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37826 li riċentement saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' b'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-import tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna? Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq it-trabb tal-ħalib xkumat impurtat mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.