Jista' l-Ministru jindaga għalfejnil-van tal-ħaxix, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qiegħed jitkeċċa mill-pulizija meta qiegħed xi 800 pied 'l bogħod minn ħwienet oħra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-raġunijiet għaliex qiegħed jiġi mġiegħel jiċċaqlaq mill-Pulizija tista’ tingħata biss mill-istess Pulizija għaliex mhux biss id-distanza mill-ħwienet l-oħra tapplika iżda jista' jkun hemm raġunijiet oħra fosthom ta’ mmaniġġjar ta' traffiku li għalihom tkun qed tirreferi l-Pulizija. Nissuġerixxi li din il-mistoqsija issir lill-Ministru kkonċernat.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija f'Mistoqsija Parlamentari nru 24499.
Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex
Question
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlametnari 23960 dwar l-opinjoni motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-Gvern Malti dwar is-servizz bil-baħar bejn Malta u Għawdex, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħidli jekk il-gvern bagħatx it-tweġiba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, meta bagħatha? Irċeva risposta mill-Kummissjoni Ewropea dwarha? Jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-risposta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ntalbet laqgħa formali mal-Kummissjoni dwar is-suġġett u s' issa għad ma ġietx iffissata data.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26647 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, dwar il-membri tas-segretarjat tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali?
X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni qed jerġgħu jinqalgħu partijiet mill-moll ta' l-Imġarr u jitħaffru speċi ta' trinek bil-jackhammer?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kif kien ippjanat oriġinarjament, f’dawn l-aħħar jiem saru xi xogħlijiet relatati ma' l-installazzjoni ta’ expansion joints intiżi sabiex jilqgħu għal xi movimenti strutturali li jista’ jsir matul żminijiet differenti tas-sena. Dawn ix-xogħlijiet saru fi tliet postijiet differenti fil-marshalling area tas-sit tat-terminal ta’ l-Imġarr, u għadhom kemm ġew konklużi.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Karozza uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul l-2006 kien qed jinkera garaxx ġewwa San Pawl il-Baħar biex fiħ tinżamm l-karozza uffiċjali. In-nefqa globali għal din il-kirja kienet dik ta' Lm450.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hemm tliet kontijiet pendenti mhux magħluqa fuq safar matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, u Marzu 2007, iżda li huma fil-proċess li jitħallsu. Dawn jikkonċernaw ħlas ta' żewġ biljetti ta' l-ajru (wieħed ta' l-Awtorita' Marittima u l-ieħor tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni) u ħlas wieħed biss ta' travel insurance ta' l-Awtorita' Marittima.
Ma kien hemm l-ebda flus minn subsistance allowance żejda li ma ġewx ritornati minn xi uffiċjali fil-Ministeru, Dekasteru jew xi Enti li jaqgħu taħtu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26367, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset kull linja ta' l-ajru f'MT tax fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25065 u jgħid:
1) x'kienet l-ispiża totali s'issa tal-proġett tat-terminal f'Għawdex;
2) jagħti breakdown ta' l-ispejjeż;
3) min esegwixxa x-xogħol;
4) jindika l-varjazzjonijiet mill-pjanti oriġinali u meta saru dawn il-varjazzjonijiet;
5) jgħid id-differenza fl-ispiża bejn ix-xogħol kif kellu jsir oriġinarjament u x-xogħol li sar skond il-varjazzjoni;
6) meta se jitlesta x-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ispiza totali (certified for payment) tal-proġett tat-terminal f'Għawdex sa l-aħħar ta’ Marzu 2007 hija Lm3,828,098.98.
Din hija maqsuma kif ġej:
· Civil Works (Polidano Brothers Ltd.)
Lm2,869,854.20;
· Finishes Works (Polidano Brothers Ltd.)
Lm295,513.03;
· Building Services (Central Power Installations Ltd.)
Lm195,776.45;
· Vertical Transportation (Titan International Ltd.)
Lm116,955.30;
· General Expenses (including, consultants’ fees, MEPA permit fees, Enemalta fees, etc.)
Lm350,000.00.
Il-pjanti oriġinali tat-terminal ta’ l-Imġarr, li saru mill-kumpanija tal-periti Coastal Management Co. Ltd (CMC Co. Ltd.) kienu ġew riveduti sostanzjalment mill-kumpanija tal-periti Bezzina & Cole fil-perjodu 2003-2004.
Il-varjazzjonijiet prinċipali bejn id-disinji oriġinali u dawk preżenti kienu:
1) Il-bini preżenti tat-terminal sar fuq sular wieħed u mhux fuq tnejn kif kien oriġinarjament.
2) Tibdil fil-Gangways tal-ħadid sabiex jikkumplimenta il-bini tat-terminal li issa sar fuq sular wieħed.
3) Żieda ta’ rampa għad-dħul fil-marshalling area.
4) Tibdil sostanzjali fuq id-disinn tat-toroq madwar il-port.
Ix-xogħolijiet ibbażati fuq il-pjanti ta’ Bezzina & Cole inbdew f’Lulju 2005.
Wieħed jista jgħid li x-xogħol fuq it-terminal huwa kważi lest minn kollox. L-ispiża totali tkun tista' tingħata hekk kif jingħalqu l-kontijiet tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadu qed jirċievi avviżi biex iħallas il-liċenzja tat-televiżjoni meta ilu snin bla sett tat-tv u ilu snin li avża lid-dipartiment ikkonċernat li hu bla sett tat-tv u ħadilhom anke stqarrija ġuramentata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni li ngħatat mad-domanda ma tagħmilx referenza għal data partikolari u għalhekk huwa diffiċli biex issir verifika sodisfaċenti, għalkemm il-liċenzja ndikata ma turi ebda regġistrazzjoni jew preżentazzjoni ta' ġuramanet.
Għalhekk nitlob lill-persuna kkonċernata titkellem mad-Dipartiment Tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru tal-Kompetittivita u Komunikazzjoni f'Evans Building Triq Merkanti l-Belt, possibilment bil-kopji tad-dokumenti relattivi sabiex tkun tista ssir il-verifika neċessarja u jsiru l-korrezzjonijieit neċessarji jekk ikun hemm il-bżonn.
Kompetittivita u Komunikazzjoni — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu t-taħdidiet dwar sistema ta' kontroll dwar il-prezzijiet tal-mediċini li dwarhom kienu għaddejjin negozjati xi xhur ilu? X'passi qed jieħu l-gvern dwar diversi pilloli essenzjali għal nies li jbatu bil-pressjoni bħal Atacand li telgħu għal kważi Lm11-il pakkett?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-taħdidiet dwar is-sistema ġdida biex jiġi assigurat li l-prezzijiet tal-mediċini fis-suq ikunu ġusti kienu fl-aħħar fażi tagħhom.
Fil-fatt kien hemm qbil dwar basket ta' pajjizi li kellu jintuża biex nilħqu dan il-għan u jiżgura li l-mediċina ma tkunx ogħla mill-medja li bihom jinbiegħu f'dawn il-pajjiżi.
Preżentament dan il-kumitat ma setgħax ikompli jiltaqa' u għalhekk ġie deċiz li nipproċedu b'din is-sistema fl-assenza ta' dan il-kumitat u hu mistenni li l-benefiċċju ta' din is-sistema ġdida jibda jinħass fi żmien qasir.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.